31999R1081



Official Journal L 131 , 27/05/1999 P. 0015 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1081/1999

tas-26 ta' Mejju 1999

li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għal importazzjonijiet ta' barrin, baqar u eriegħ ta' ċerti razez ta' l-Alpi u tal-muntanji minbarra dawk għall-qtil, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1012/98 u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1143/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' ċanga u vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1633/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet fil-forma ta' kwoti ta' tariifi Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u li jipprovdi għal aġġustament, bħala miżura awtonoma u transizzjonali, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli li għalihom hemm provdut fil-Ftehim ta' l-Ewropa, sabiex tingħata konsiderazzjoni lill-Ftehim dwar l-Agrikoltura milħuq waqt il-Laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati dwar kummerċ multilaterali [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2435/98 [4] u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet elenkati fl-Iskeda CXL magħmul fid-dawl tal-konklużjonijiet tat-Taqsima XXIV.6 tan-negozjati tal-GATT [5], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

(1) Billi, fil-qafas ta' l-Għaqda Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-Komunità obbligat ruħha li tiftaħ żewġ kwoti annwali ta' tariffi kull waħda għal 5000 ras għal barrin, baqar u eriegħ minnbarra dawk għall-qatla tar-razza Simmental kollha kuluri u tar-razez Schwyz u Fribourg u għal baqar u eriegħ minbarra dawk għall-qatla tar-razez Simmental griżi, kannella, sofor u kollha kuluri u tar-razza Pinzgau b'rati ta' dazju doganali ta' 6 % u 4 % rispettivament; billi dawk il-kwoti għandhom jinfetħu fuq bażi multiannwali għal perjodi ta' tnax-il xahar li jibdew nhar l-ta' Lulju, minn hawn 'il quddiem imsejjħa "is-sena ta' importazzjoni", u għandhom jiġu preskritti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħhom;

(2) Billi għandu jkun hemm garanzija b'mod partikolari ta' aċċess ugwali u kontinwu għall-kwoti msemmija għall-operaturi kollha interessati fi ħdan il-Komunità u ta' applikazzjoni li ma tieqafx tad-dazji doganali preskritti għal dawk il-kwoti għall-importazzjonijiet kollha ta' l-annimali in kwistjoni sakemm ikunu eżawriti l-kwoti;

(3) Billi l-esperjenza uriet li jekk jiġu limitati l-importazzjonijiet dan jista' jwassal għal applikazzjonijiet spekulattivi għal liċenzi ta' importazzjoni; billi, sabiex ikun assigurat li l-miżuri ppjanati jaħdmu tajjeb, il-parti l-kbira tal-kwantitajiet disponibbli għandha tkun allokata lil importaturi "tradizzjonali" ta' barrin, baqar u eriegħ ta' razez ta' l-Alpi u tal-muntanji speċifikati; billi f'ċerti każijiet żbalji amministrattivi mill-organizazzjoni nazzjonali kompetenti jistgħu jillimitaw l-aċċess ta' importaturi għal dik il-parti tal-kwota; billi għandu jkun provdut sabiex jitranġa kull preġudizzju li jirriżulta;

(4) Billi, sabiex ikun evitat li r-relazzjonijiet tan-negozju f'dan is-settur jiġu infurzati f'forma eċċessivament riġida, għandha tkun magħmula disponibbli biċċa oħra lil importaturi li jistgħu juru li huma impenjati f'negozju ġenwin ta' ċertu livell ma' pajjiżi terzi; billi, in konnessjoni ma' dan u b'ħarsa lejn tmexxija effiċjenti, jeħtieġ li l-operaturi konċernati jkunu impurtaw mill-inqas 15-il ras fit-12-il xahar ta' qabel is-sena ta' importazzjoni in kwistjoni; billi, bħala prinċipju, merħla ta' 15-il annimal tikkostitwixxi tagħbija normali u l-esperjenza uriet li l-bejgħ u x-xiri ta' merħla waħda hi ħtieġa minima sabiex operazzjoni tiġi kunsidrata bħala ġenwina u vijabbli;

(5) Billi, biex tiġi verifikata konformità ma' dawn il-kriterji, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fl-Istat Membru fejn l-importatur jkun reġistrat għal raġunijiet ta' VAT;

(6) Billi, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni, l-operaturi "tradizzjonali" li m'humiex aktar involuti fin-negozju ta' ċanga u vitella fl-1 ta' Ġunju ta' qabel is-sena ta' importazzjoni in kwistjoni għandhom ikunu mċaħħda mill-aċċess għall-kwota;

(7) Billi għandu jsir provvediment sabiex id-drittijiet ta' importazzjoni jkunu allokati wara perjodu ta' konsiderazzjoni u soġġetti, fejn ikun applikabbli, għall-applikazzjoni ta' perċentwali ta' riduzzjoni uniformi;

(8) Billi għandu jsir provvediment sabiex l-arranġamenti jkunu amministrati permezz ta' liċenzi ta' importazzjoni; billi, għal dak il-għan, għandu jkun provdut b'mod partikolari għal regoli dettaljati dwar il-mod kif applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi u dwar id-dettalji li għandhom jidhru fuq applikazzjonijiet u fuq liċenzi, jekk hemm bżonn permezz ta' deroga minn, jew billi jkunu miżjuda, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta' Novembru 1988 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni u ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1044/98 [7], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 dwar regoli ta' applikazzjoni għal liċenzji ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2365/98 [9];

(9) Billi l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 [11], jipprovdi għal sorveljanza tad-dwana fuq merkanzija rilaxxata għal moviment ħieles b'rata ta' dazju ridotta skond l-użu finali tagħha; billi l-annimali importati għandhom ikunu kkontrollati għal ċertu perjodu sabiex ikun assigurat li ma jinqatlux matul dak il-perjodu; billi sabiex ikun assigurat li l-qtil ta' l-annimali ma jseħħx matul dak il-perjodu, jenħtieġ li tingħata garanzija li tkopri d-differenza bejn it-tariffa doganali komuni (TDK) u d-dazju mnaqqas applikabbli fid-data ta' ħruġ għall-moviment ħieles ta' l-annimali in kwistjoni;

(10) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1012/98 ta' l-14 ta' Mejju 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għal importazzjonijiet ta' barrin, baqar u eriegħ minbarra dawk maħsuba għall-qatla, ta' ċerti razez ta' l-Alpi u tal-muntanji [12], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1143/98 [13], għandu jiġi revokat;

(11) Billi, sabiex ikun assigurat li l-annimali importati ma jiġux maqtula għal ċertu perjodu, l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/98 tat-2 ta' Ġunju 1998 li jippreskrivii regoli dettaljati għal kwota ta' tariffa għal baqar u eriegħ ta' razez tal-muntanji speċifiċi li joriġinaw minn pajjiżi terzi varji, minbarra minn dawk biex jinqatlu, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1012/98 jipprovdi sabiex annimali importati jkunu identifikati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 ta' April 1997 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' annimali bovini u dwar it-tikkettjar ta' ċanga u prodotti taċ-ċanga [14] u għal ċerti partikolaritajiet addizzjonali; billi, minħabba li dawk il-partikolaritajiet huma diġà obbligatorji, iż-żewġ paragrafi in kwistjoni għandhom jiġu mħassra;

(12) Billi, għal raġunijiet ta' ċarezza, l-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 8(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1143/98 għandhom jiġu korretti;

(13) Billi l-miżuri li dwarhom hemm provvediment f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam taċ-Canga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-kwoti ta' tariffi li ġejjin huma minn issa miftuħa fuq bażi multiannwali għal perjodi mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, kull waħda minnhom minn issa "l quddiem imsejjħa" is-sena ta' importazzjoni.

Numru tas-serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Volum tal-kwota (rjus ta' bhejjem) | Dazju Doganali |

09.0001 | ex01029005 | Baqar u eriegħ tar-razez tal-muntanji li ġejjin, minbarra dawk għall-qatla: griżi, kannella, sofor u kollha kuluri tar-razez Simmental u tar-razza Pinzgau | 5000 | 6 % |

ex01029029 |

ex01029049 |

ex01029059 |

ex01029069 |

09.0003 | ex01029005 | Baqar u eriegħ tar-razez tal-muntanji li ġejjin, minbarra dawk għall-qatla: tar-razez Simmental kollha kuluri u tar-razez Schwyz u Fribourg | 5000 | 4 % |

ex01029029 |

ex01029049 |

ex01029059 |

ex01029069 |

ex01029079 |

2. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, annimali kif hemm imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li m'humiex għall-qatla meta ma jkunux maqtula fi żmien erba' xhur mid-data ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' ħruġ għal moviment ħieles.

Iżda, jistgħu jingħataw derogi f'każijiet li għalihom tkun ingħatat prova xierqa ta' force majeure.

3. Sabiex jikkwalifikaw għall-kwota ta' tariffa koperta bin-Nru ta' serje 09.0003, għandhom jiġu ppreżentati dawn li ġejjin:

- għal barrin: ċertifikat ta' razza pura,

- għal annimali nisa: ċertifkat ta' razza pura jew ċertifkat ta' reġistrazzjoni fi ktieb tal-merħla li jiċċertifika l-purità tar-razza.

Artikolu 2

1. Iż-żewġ kwoti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu maqsuma f'żewġ partijiet ta' 80 %, jiġifieri 4000 ras, u ta' 20 %, jiġifieri 1000 ras.

(a) L-ewwel parti, li tkun ugwali għal 80 %, ta' kull kwota għandha tkun maqsuma bejn importaturi tal-Komunità li jkunu jistgħu jagħtu prova li huma importaw annimali taħt il-kwoti koperti bin-Nru ta' serje 09.0001 u/jew in-Nru 09.0003 fis-36 xahar ta' qabel is-sena ta' importazzjoni in kwistjoni.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw bħala kwantità ta' referenza drittijiet għal importazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mas-sena ta' qabel ta' importazzjoni li ma kienux ġew allokati minħabba żball amministarttiv mill-organizazzjoni nazzjonali kompetenti.

(b) It-tieni parti, li tkun ugwali għal 20 %, ta' kull kwota għandha tkun riservata għal applikanti li jistgħu jagħtu prova li huma importaw mill-inqas 15-il annimal bovin ħaj kopert bil-kodiċi NM 0102 minn pajjiżi terzi fit-tnax-il xahar ta' qabel is-sena ta' importazzjoni in kwistjoni.

L-importaturi għandu ikollhom isimhom fir-reġistru nazzjonali tal-VAT.

2. Fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet sottomessi għal drittijiet ta' importazzjoni, l-ewwel parti għandha tkun allokata lill-importaturi varji bi proporzjon skond l-importazzjonijiet tagħhom ta' annimali kif hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1(a) matul is-36 xahar ta' qabel is-sena ta' importazzjoni in kwistjoni.

3. Fuq il-bażi ta' l-applikazzjonijiet sottomessi għal drittijiet ta' importazzjoni, it-tieni parti għandha tkun allokata lill-importaturi varji kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(b) bi proporzjon għall-kwantitajiet li għalihom huma jkunu għamlu l-applikazzjoni.

Applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni:

- għandhom ikopru 15-il ras jew aktar, u

- ma jistgħux ikopru aktar minn 50 ras.

Applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni li jkopru aktar minn 50 ras għandhom jiġu trattati bħala li jkopru dak in-numru biss.

4. Prova ta' importazzjoni għandha tingħata esklussivament permezz ta' dokumenti tad-dwana ta' ħruġ għal moviment ħieles debitament iċċertifikati mill-awtoritajiet tad-dwana.

Stati Membri jistgħu jaċċettaw kopji tad-dokumenti fuq imsemmija debitament iċċertifikati mill-awtorità tal-ħruġ meta l-applikanti jkunu jistgħu jagħtu prova għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li huma ma jistgħux jiksbu l-oriġinali.

Artikolu 3

1. Importaturi li fl-1 ta' Ġunju qabel is-sena ta' importazzjoni in kwistjoni waqqfu l-attivitajiet tagħhom fis-settur taċ-ċanga u l-vitella ma jikkwalifikawx għal ebda allokazzjoni taħt l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1)(a).

2. Kumpanniji ffurmati bl-għaqda ta' intrapriżi li kull waħda għandha drittijiet skond l-Artikolu 2(2) għandhom igawdu l-istess drittijiet ta' l-intrapriżi li minnhom kienu ġew iffurmati.

Artikolu 4

1. L-applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni jistgħu jiġu sottomessi biss fl-Istat Membru fejn l-applikant għandu ismu mdaħħal f'reġistru tal-VAT nazzjonali.

2. L-applikanti jistgħu jissottomettu applikazzjoni waħda biss għal kull kwota u dik l-applikazzjoni jkollha x'taqsam ma' parti waħda biss tal-kwota.

Meta applikant jissottometti aktar minn applikazzjoni waħda f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwota, l-applikazzjonijiet kollha ta' dak l-applikant f'dak li għandu x'jaqsam ma' dik il-kwota għandhom jkunu kkunsidrati invalidi.

3. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 2(1)(a) u (b), l-applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni rigward kull numru ta' serje, flimkien mal-prova msemmija fl-Artikolu 2(4), għandhom jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti sal-15 ta' Ġunju qabel is-sena relevanti ta' importazzjoni.

4. Wara li jivverifikaw id-dokumenti sottomessi, l-Istati Membri għandhom jibagħtu dan li ġej lill-Kummissjoni sa l-10 ġurnata tax-xogħol mid-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet rigward kull numru ta' serje:

- rigward l-allokazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 2(1)(a), il-lista ta' importaturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni, bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u n-numru ta' annimali importati matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 2(2),

- rigward l-allokazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 2(1)(b), il-lista ta' applikanti, bl-ismijiet u l-indirizzi tagħhom ul-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom.

5. In-notifikazzjonijiet kollha, inklużi in-notifikazzjonijiet "nil", għandhom jintbagħtu permezz ta' fax billi jkunu wżati l-formoli fl-Annessi II u III, meta jiġu sottomessi applikazzjonijiet.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi liema perċentaġġ ta' kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom għandu jkun allokat.

2. Rigward applikazzjonijiet msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(4), meta l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi perċentwali ta' riduzzjoni uniformi fil-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom.

Meta l-applikazzjoni tal-perċentwali ta' riduzzjoni uniformi li hemm provvediment dwarha fl-ewwel subparagrafu tirriżulta f'li jkunu allokati inqas minn 15-il ras għal kull applikazzjoni, l-allokazzjoni għandha ssir mill-Istati Membri konċernati billi jittellgħu bix-xorti gruppi ta' 15-il ras. Fejn il-bqija tkun inqas minn 15-il ras, dak in-numru għandu jikkostitwixxi grupp wieħed.

Artikolu 6

1. L-importazzjonijiet tal-kwantitajiet allokati għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni waħda jew aktar.

2. L-applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni jistgħu jiġu sottomessi biss għand l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn l-applikant jkun applika għal drittijiet ta' importazzjoni.

3. Wara li l-Kummissjoni tkun innotifikat il-kwantitajiet allokati skond l-Artikolu 5, għandhom jinħarġu l-liċenzi ta' importazzjoni wara li ssir applikazzjoni minn u f'isem in-negozjanti li kisbu drittijiet ta' importazzjoni.

4. Liċenzi ta' importazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 ġurnata mid-data tal-ħruġ tagħhom fit-tifsira ta' l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88. Madankollu, liċenzi jistgħu jinħarġu biss mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' importazzjoni u l-perjodu ta' validità tagħhom m'għandux ikun estiż aktar mit-30 ta' Ġunju ta' wara.

5. Liċenzji maħruġa għandhom ikunu validi madwar il-Komunità kollha.

6. Mingħajr preġudizzju għad-disposizjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu r-Regolamenti (KEE) Nru 3719/88 u (KE) Nru 1445/95.

7. Minkejja l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, liċenzji ta' importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament ma jkunux trasferibbli u għandhom jgħaddu drittijiet taħt il-kwoti ta' tariffa fejn ikunu magħmula biss fl-ismijiet li jidhru fid-dikjarazzjonijiet ta' ħruġ għal moviment ħieles li jkun hemm magħhom.

8. L-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma japplikax.

Artikolu 7

1. L-annimali importati għandhom ikunu sorvewljati skond l-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 sabiex jiġi żgurat li ma jkunux maqtula fi żmien erba' mill-ħruġ tagħhom għal moviment ħieles.

2. Sabiex ikun assigurat li l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 li ma jinqatlux annimali importati jkun osservat u li dazji mhux imħallsa jkunu miġbura meta ma jkunx hemm konformità ma' l-obbligu, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija ma' l-awtoritajiet tad-dwana kompetenti. Il-garanzija għandha tkun daqs id-differenza bejn id-dazji tad-dwana preskritti fit-tariffa doganali komuni u d-dazji msemmija fl-Artikolu 1(1) applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom għall-moviment ħieles ta' l-annimali in kwistjoni.

Il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati minnufih li tingħata prova lill-awtoritajiet tad-dwana konċernati li l-annimali:

(a) ma ġewx maqtula fi żmien l-erba' xhur ta' wara d-data tal-ħruġ tagħhom għall-moviment ħieles,

jew

(b) ġew maqtula f'dak il-perjodu għal raġunijiet ta' force majeure jew għal raġunijiet ta' saħħa jew li mietu minħabba marda jew minħabba inċident.

Artikolu 8

L-applikazzjonijiet għal liċenzi u l-liċenzi għandhom juru:

(a) fil-kaxxa 8, il-pajjiż ta' oriġini; il-liċenzi jkun fihom l-obbligu li l-importazzjoni ssir minn dak il-pajjiż;

(b) fil-kaxxa 16, il-kodiċijiet NM mogħtija fl-Anness I;

(ċ) fil-kaxxa 20, waħda minn dawn li ġejjin:

- Razas alpinas y de montaña [Reglamento (CE) no 1081/1999], año de importación:…

- Alpine racer og bjergracer (forordning (EF) nr. 1081/1999), importår:…

- Höhenrassen (Verordnung (EG) Nr. 1081/1999), Einfuhrjahr:…

- Αλπικές και ορεσίβιες φυλές [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1081/1999], έτος εισαγωγής …

- Alpine and mountain breeds (Regulation (EC) No 1081/1999), Year of import:…

- Races alpines et de montagne [réglement (CE) no 1081/1999], année d'importation:…

- Razze alpine e di montagna [regolamento (CE) n. 1081/1999], anno d'importazione:…

- Bergrassen (Verordening (EG) nr. 1081/1999), invoerjaar:…

- Raças alpinas e de montanha [Regulamento (CE) n.o 1081/1999], ano de importaçăo:…

- Alppi- ja vuoristorotuja (Asetus (EY) N:o 1081/1999), tuontivuosi:…

- Alp- och bergraser (förordning (EG) nr 1081/1999), importår:…

Artikolu 9

1. Kwantitajiet mhux koperti b'applikazzjonijiet għal liċenzi ta' importazzjoni sal-15 ta' Marzu tas-sena ta' importazzjoni għandhom jingħataw taħt allokazzjoni finali rigward dik is-sena, miftuħa biss għal importaturi li kienu applikaw għal liċenzi ta' importazzjoni li jkopru l-kwantità totali li għaliha huma intitolati, irrispettivament mid-differenza bejn iż-żewġ arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 2(1)(a) u (b).

2. Għal dak il-għan, sat-22 ta' Marzu tas-sena ta' importazzjoni l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dettalji ta' kwantitajiet mhux koperti b'applikazzjonijiet għal liċenza ta' importazzjoni li jkunu rċevew rigward kull numru ta' serje.

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni kemm jista jkun malajr fuq il-bqija tal-kwantitajiet.

4. Applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni minn importaturi interessati kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jirreferu għal 15-il ras.

Meta jiġu sottomessi applikazzjonijiet għal numru akbar, għandhom ikunu meqjusa bħala li jkopru dak in-numru biss.

5. Kull applikant għandu jissottometti applikazzjoni waħda biss għal kull kwota.

Jekk applikanti jissottomettu aktar minn applikazzjoni waħda għal kull kwota, l-applikazzjonijiet tagħhom kollha rigward dik il-kwota ma jkunux aċċettati.

6. L-applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni għandhom jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-bidu fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3.

7. Sas-seba' ġurnata tax-xogħol minn wara d-data ta' l-egħluq għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet kif hemm preskritt fil-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista ta' applikanti u l-kwantitajiet li għalihom tkun saret applikazzjoni rigward kull numru ta' serje.

8. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 sa 8 għandhom jgħoddu mutatis mutandis.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 1012/98 hu revokat.

Artikolu 11

Ir-Regolament (KE) Nru 1143/98 hu emendat kif ġej:

1. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1)(a) hu sostitwit b'dan li ġej:

"Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw bħala l-kwantità ta' referenza drittijiet ta' importazzjoni rigward is-sena ta' importazzjoni ta' qabel li ma kienux allokati minħabba żball amministrattiv mill-organizazzjoni nazzjonali kompetenti."

2. L-Artikolu 7(2) u (3) huma mħassra.

3. L-Artikolu 8(ċ) hu sostiwit b'dan li ġej:

"(ċ) fil-kaxxa 20, waħda minn dawn li ġejjin:

- Razas de montaña [Reglamento (CE) no 1143/98], año de importación:…

- Bjergracer (forordning (EF) nr. 1143/98), importår:…

- Höhenrassen (Verordnung (EG) Nr. 1143/98), Einfuhrjahr:…

- Ορεσίβιες φυλές [κανονισμός (ΕΚ) αριθ.], έτος εισαγωγής …

- Mountain breeds (Regulation (EC) No 1143/98), Year of import:…

- Races de montagne [réglement (CE) no 1143/98], année d'importation:…

- Razze di montagna [regolamento (CE) n. 1143/98], anno d'importazione:…

- Bergrassen (Verordening (EG) nr. 1143/98), invoerjaar:…

- Raças de montanha [Regulamento (CE) n.o 1143/98], ano de importaçăo:…

- Vuoristorotuja (Asetus (EY) N:o 1143/98), tuontivuosi:…

- Bergraser (förordning (EG) nr 1143/98), importår:…"

Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Iżda, l-Artikolu 10 għandu jgħodd mill-1 ta' Lulju 1999 biss.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 17.

[3] ĠU L 328, tat-30.12.1995, p. 31.

[4] ĠU L 303, tat-13.11.1998, p. 1.

[5] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1.

[6] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1.

[7] ĠU L 19, tas-26.1.1999, p. 4.

[8] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35.

[9] ĠU L 335, ta' l-10.12.1998, p. 39.

[10] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[11] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

[12] ĠU L 145, tal-15.5.1998, p. 13.

[13] ĠU L 159, tat-3.6.1998, p. 14.

[14] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Kodiċijiet Taric

Numru tas-Serje | Kodiċijiet Nm | Kodiċijiet Taric |

09.0001 | ex01029005 | 01029005*20 |

*40 |

ex01029029 | 01029029*20 |

*40 |

ex01029049 | 01029049*20 |

*40 |

ex01029059 | 01029059*11 |

*19 |

*31 |

*39 |

ex01029069 | 01029069*10 |

*30 |

09.0003 | ex01029005 | 01029005*30 |

*40 |

*50 |

ex01029029 | 01029029*30 |

*40 |

*50 |

ex01029049 | 01029049*30 |

*40 |

*50 |

ex01029059 | 01029059*21 |

*29 |

*31 |

*39 |

ex01029069 | 01029069*20 |

*30 |

ex01029079 | 01029079*21 |

*29 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KE Nru tal-Fax (32-2) 296 60 27/(32-2) 295 36 13

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

KE Nru tal-Fax (32-2) 296 60 27/(32-2) 295 36 13

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------