31999R0954



Official Journal L 118 , 06/05/1999 P. 0028 - 0031


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 954/1999

tal-5 ta’ Mejju 1999

li jemenda l-Anness III għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabiliment ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel u ta’ oriġini mill-annimali

(Test b’ rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar tal-limiti ta’ residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru. 2010/1999 [2] u b’ mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan,

(1) Billi, bi qbil ma Regolament (KEE) Nru. 2377/90, limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-amministrazzjoni lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

(2) Billi limiti ta’ residwu massimu suppost ikunu stabbiliti biss wara l-eżami fil-Komunità għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkunċernata għall-konsumatur jew affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel.

(3) Billi, fl-iffissar tal-limiti ta’ residwu massimu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, huwa neċessarju li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali f’liema residwi jistgħu ikunu preżenti, l-livelli jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti ottenuti mill-annimal ittrattat (tessut bersalju) u n- natura tar-residwu li hi rilevanti għall-kontroll ta’ residwi (residwu markatur);

(4) Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti ta’ residwu massimi suppost is-soltu jkunu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; billi, iżda, l-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jiċċaqalqu fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti ta’ residwu massimu suppost għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu u xaħam;

(5) Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

(6) Billi, sabiex tippermetti għall-kompletazzjoni ta’ l-istudji xjentifiċi, ċipermetrina, alfaċipermetrina u ċefkwinome suppost ikunu mdaħħla f’L-Annessi III ma’ Regolament (KEE) nru. 2377/90;

(7) Billi perjodu ta’ 60 ġurnata suppost ikun permess qabel id- dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe bidla li tista’ tkun neċessarja għall-awtoriżżazzjonijiet biex tippjazza l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fuq is-suq li ġew mogħtija bi qbil ma Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed kont tad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(8) Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitat Wieqaf fuq prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness III għal Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huwa minn hawn emendat kif imfassal fl-Anness hawnhekk.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fis-sittin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament ser ikun ta’ rabta fl-intiert tiegħu u jkun applikabbli b’ mod dirett fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 5ta’ Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p.1.

[2] Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p.1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness III għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif isegwi:

1. Aġenti anti-infettivi

1.2. Antibijotiċi

1.2.4. Ċeflasporins

"Sustanżi Farmakologikament attivi | Residwu Markatur | Speċje ta' l-annimali | MRLs | Tessuti Bersalju | Proviżżjonijiet oħra |

Cefquinome | Cefquinome | ħnieżer | 50 μg/kg | Muskolu | MRLs provviżorji li jintemmu ta' l- 1.1.2000 |

50 μg/kg | ġilda u xaħam |

100 μg/kg | fwied |

200 μg/kg | kilwa" |

2. Aġenti antiparassitiċi

2.2. Aġenti li jaġixxu kontra l-ektoparassiti

2.2.3. Piretrojdi

"Sustanżi Farmakologikament attivi | Residwu Markatur | Speċje ta' l-annimali | MRLs | Tessuti Bersalju | Proviżżjonijiet oħra |

Alphacypermethrin | Cypermethrin (soma ta' isomers) | Bovini, nagħaġ | 20 μg/kg | Muskolu | MRLs provviżorji li jintemmu ta' l- 1.1.2002 |

200 μg/kg | Xaħam |

20 μg/kg | fwied |

20 μg/kg | kilwa |

20 μg/kg | Ħalib Proviżżjonijiet oħra fuq id-direttiva tal-kunsill 93/57/KE (ĠU L 211, tat-23.8.1992, p. 1) għandhom jiġu osservati |

Tiġieġ | 50 μg/kg | Muskolu |

50 μg/kg | ġilda u xaħam |

50 μg/kg | fwied |

50 μg/kg | Kilwa |

50 μg/kg | Bajd |

Cypermethrin | Cypermethrin (soma ta' isomers) | Bovini, nagħaġ, caprine | 20 μg/kg | Muskolu | MRLs provviżorji li jintemmu ta' l- 1.1.2002 |

200 μg/kg | Xaħam |

20 μg/kg | fwied |

20 μg/kg | kilwa |

20 μg/kg | ħalib Proviżżjonijiet oħra fuq id-direttiva tal-kunsill 93/57/KE (ĠU L 211, tat-23.8.1992, p. 1) għandhom jiġu osservati |

Ħnieżer | 20 μg/kg | Muskolu |

200 μg/kg | ġilda u xaħam |

20 μg/kg | fwied |

20 μg/kg | Kilwa |

Tiġieġ | 50 μg/kg | Muskolu |

50 μg/kg | ġilda u xaħam |

50 μg/kg | fwied |

50 μg/kg | Kilwa |

50 μg/kg | Bajd |

Salmonidae | 50 μg/kg | ġilda u muskoli f'proporzjon naturali" |

--------------------------------------------------