31999R0953



Official Journal L 118 , 06/05/1999 P. 0023 - 0027


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEC) Nru 953/1999

tal-5 ta’ Mejju 1999

li jemenda l-Annessi II u III ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġina mill-annimali

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 804 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar tal-limiti ta’ residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġina mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 2010/1999 [2] u b’ mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan,

(1) Billi, bi qbil ma Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-amministrazzjoni lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

(2) Billi limiti ta’ residwu massimu suppost ikunu stabbiliti biss wara l-eżami fil-Komunità għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur jew affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-ikel.

(3) Billi, fl-iffissar tal-limiti ta’ residwu massimu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, huwa neċessarju li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali f’liema residwi jistgħu ikunu preżenti, l-livelli jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti ottenuti mill-annimal ittrattat (tessut bersalju) u n- natura tar-residwu li hi rilevanti għall-kontroll ta’ residwi (residwu markatur);

(4) Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti ta’ residwu massimi suppost is-soltu jkunu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; billi, iżda, l-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jiċċaqalqu fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti ta’ residwu massimu suppost għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu u xaħam;

(5) Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti ta’ residwu massimu jridu jkunu stabbiliti għall-bajd, ħalib jew għasel;

(6) Billi parkondażol suppost ikun imdaħħal f’L-Anness I lill-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

(7) Billi, sabiex tippermetti għall-kompletazzjoni ta’ l-istudji xjentifiċi, imidokarba, karażolol, pirlimiċina, danofloksaċina, josamiċina u bakitrakina suppost ikunu mdaħħla f’L-Annessi III ma’ Regolament (KEE) nru 2377/90;

(8) Billi perjodu ta’ 60 ġurnata suppost ikun permess qabel id- dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe bidla li tista’ tkun neċessarja għall-awtoriżżazzjonijiet biex tpoġġi l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fuq is-suq li ġew mogħtija bi qbil ma Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed kont tad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(9) Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti fuq prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Annessi II u III ta’ Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma minn hawn emendati kif imfassal fl-Anness hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fis-sittin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament ser ikun ta’ rabta fl-intiert tiegħu u jkun applikabbli b’ mod dirett fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 5ta’ Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 102, ta’ l-1.4.1999, p. 58.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

A. L-Anness II għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif isegwi:

2. Komposti Organiċi

"Sustanżi attivi Farmaloġikament | Speċje ta' l-annimali | Proviżjonijiet oħra |

Parconazole | Il-Farawna" | |

B. L-Anness III għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif isegwi:

1. Aġenti anti-infettivi

1.2. Antibijotiċi

1.2.2. Makrolidi

"Sustanżi attivi farmakoloġikament | Residwi markatur | Speċje ta' l-annimali | MRLs | Tessuti Bersalju | Proviżjonijiet oħra |

Josamycin | Somma ta' metaboliti attivi mikrobioloġikalment mfissra bħala josamycin | Ħnieżer | 200 μg/kg 200 μg/kg 200 μg/kg 400 μg/kg | Muskolu ġilda tax-xaħam fwied kilwa | MRLs provviżorji li jintemmu 1-7-2002" |

1.2.6. Kwinloni

"Sustanżi attivi farmakoloġikament | Residwi Markatur | Speċje ta' l-annimali | MRLs | Tessuti Bersalju | Proviżjonijiet oħra |

Danofloksaċina | Danofloksaċina | ħnieżer | 100 μg/kg50 μg/kg200 μg/kg200 μg/kg | Muskolu ġilda u xaħam fwied kilwa | MRLs provviżorji li jintemmu 1-1-2000" |

1.2.12. Polipeptidi

"Sustanżi attivi farmakoloġikament | Residwi Markatur | Speċje ta' l-annimali | MRLs | Tessuti Bersalju | Proviżjonijiet oħra |

Bacitracin | Bacitracin | Bovini | 150 μg/kg | ħalib | MRLs provviżorji li jintemmu 1-7-2000" |

1.2.13. Linkosamides

"Sustanżi attivi farmakoloġikament | Residwi Markatur | Speċje ta' l-annimali | MRLs | Tessuti Bersalju | Proviżjonijiet oħra |

Pirlimycin | Pirlimycin | Bovini | 100 μg/kg100 μg/kg1000 μg/kg400 μg/kg100 μg/kg | Muskolu Xaħam fwied kilwa ħalib | MRLs provviżorji li jintemmu 1-7-2000" |

2. Aġenti antiparassitiċi

2.4. Aġenti li jaġixxu kontra l-protożoa

2.4.1. Krbanilidi

"Sustanżi attivi farmakoloġikament | Residwi Markatur | Speċje ta' l-annimali | MRLs | Tessuti Bersalju | Proviżjonijiet oħra |

Imidocarb | Imidocarb | Bovini,nagħaġ | 300 μg/kg50 μg/kg2000 μg/kg1500 μg/kg50 μg/kg | Muskolu Xaħam fwied kilwa ħalib | MRLs provviżorji li jintemmu ta' l- 1.1.2002" |

3. Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema nervuża

3.2. Aġenti li jaġixxu fuq is-sistema awtonomika nervuża

3.2.2. Anti- adrenerġiċi

"Sustanżi attivi farmakoloġikament | Residwi Markatur | Speċje ta' l-annimali | MRLs | Tessuti Bersalju | Proviżjonijiet oħra |

Carazolol | Carazolol | Bovini | 5 μg/kg5 μg/kg15 μg/kg15 μg/kg1 μg/kg | Muskolu Xaħam fwied kilwa ħalib | MRLs provviżorji li jintemmu ta' l- 1.1.2002" |

--------------------------------------------------