Official Journal L 108 , 27/04/1999 P. 0021 - 0027
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/1999 tas-26 ta’ April 1999 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ġodda u użi ġodda ta’ addittivi fl-ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar l-addittivi fl-ikel [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/20/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 3 u 9j tagħha, (1) Billi d-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li addittivi ġodda jew uzi ta’ addittivi ġodda jistgħu jkunu awtorizzati, wara li jitqies il-progress fl-għarfien xjentifiku u tekniku; (2) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KEE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993 tikkonċerna l-użu u l-marketing ta’ enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet tagħhom fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/40/KE [4], b’deroga mid-Direttiva 70/524/KEE, awtorizzat l-Istati Membri biex iħallu provisorjament l-użu u l-marketing ta’ l-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjonijiet tagħhom; (3) Billi l-eżami tad-dossiers, mogħtija mill-Istati Membri b’mod konformi ma’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/113/KE, jindika li ċertu numru ta’ preparazzjonijiet li jappartjenu lill-gruppi ta’ enżimi u mikro-organizmi jistgħu jkunu awtorizzati provisorjament; (4) Billi l-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali ta opinjoni favorevoli fir-rigward ta’ l-innokwità ta’ dawn il-preparazzjonijiet; (5) Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-preparazzjonijiet li huma parti mill-grupp "enżimi" u mniżżla fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkunu awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fin-nutriment ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f’dak l-Anness. Artikolu 2 Il-preparazzjonijiet li jappartjenu lill-grupp "mikro-organiżmi" kif imniżżla fl-Anness II għal dan ir-Regolament jistgħu jkunu awtorizzati skond id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi fin-nutriment ta’ annimali taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f’dak l-Anness. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol bis-seħħ fl-20 jum minn wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1999. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ April 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. [2] ĠU L 80, tal-25.3.1999, p. 20. [3] ĠU L 334, tal-31.12.1993, p. 17. [4] ĠU L 180, tad-9.7.1997, p. 21. -------------------------------------------------- ANNESS I Nru | Addittiv | Formula kimika, deskrizzjoni | Speċi jew kategorija ta' annimal | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra | Perjodu ta' awtorizzazzjoni | Unitajiet ta' attività kull kg ta' għalf komplut | Unitajiet ta' attività kull kg ta' għalf komplut | 2 | 3-phytase EC 3.1.3.8 | Preparazzjoni ta' 3-phytase prodott bil-Aspergillus oryzae (DSM 10 289) li jkollha attività minima ta': Forma miksija: 2500 FYT/gForma likwida: 5000 FYT/g | Tiġieġ tal-bajd | — | 500 FYT | 1000 FYT | 1.Fil-metodu ta' l-użu ta' l-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament.2.Doża rakkomandata kull kg ta' għalf komplut: 750 FYT.3.Għall-użu f'għalf kompost rikk fi phytates, eż. li jkollu aktar minn 40 % ċereali (qamħ, xgħir, ħafur, tgħam, segala, triticale), zrieragħ taż-żejt u pulses. | tat- 30.9.1999 | 8 | Endo-1,4-betaglucanase EC 3.2.1.4 Endo-1,4-betaxylanase EC 3.2.1.8 | Preparazzjoni ta' endo-1,4-betaglucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodotta minn Aspergillus niger (CBS600.94) li jkollha attività minima ta': Forom likwidi u solidi:Endo-1,4-beta-glucanase:10000 BGU/gEndo-1,4-beta-xylanase:4000 FXU/g | Qżieqeż | Erba' xhur | 3000 BGU 1200 FXU | 5000 BĠU C 2000 FXU | 1.Fil-metodu ta' l-użu ta' l-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, l-possibbilità ta' l-appallottolament.2.Doża rakkomandata kull kg ta'għalf komplut:3000 sa 5000 BGU1200 sa 2000 FXU.3.Għall-użu fl-għalf kompost rikk fi polysaccharides mhux tal-lamtu (l-aktar beta-glucans u arabi-noxylans), eż. li jkollhom iżjed minn 30 % xgħir. | tat- 30.9.1999 | 29 | Endo-1,3(4)-beta- glucanase EC 3.2.1.6 | Preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase prodotta bi Geosmithiaemersonii (IMI SD 133) li jkollha attività minima ta': 5500 U/g | Tiġieġ għas-simna | — | 250 U | — | 1.Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament.2.Doża rakkomandata kull kg ta' għalf komplut: 250 U.3.Għall-użu f'għalf kompost għani fi polysaccharides mhux tal-lamtu, (l-aktar beta-glucans), eż. li jkollhom iżjed minn 50 % xgħir. | tat- 30.9.1999 | 30 | Endo-1,3(4)-beta- glucanase EC 3.2.1.6 Endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8 | Preparazzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glucanase u endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Penicillium funiculosum (IMI SD 101) li jkollha attività minima ta': Forma ta' trabEndo-1,3(4)-beta-glucanase: 2000 U/gEndo-1,4-beta-xylanase: 1400 U/gForma likwidaEndo-1,3(4)-beta-glucanase:500 U/mlEndo-1,4-beta-xylanase:350 U/ml | Tiġieġ għas-simna | — | Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 U Endo-1,4-beta-xylanase: 70 U | — | 1.Fil-metodu ta' l-użu ta' l-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament.2.Doża rakkomandata kull kg ta' għalf komplut:Endo-1,3(4)-beta-glucanase: 100 UEndo-1,4-beta-xylanase: 70 U.3.Għall-użu fl-għalf kompost għani fi polysaccharides mhux tal-lamtu (l-aktar beta-glucans u arabi-noxylans), eż. li jkollhom iżjed minn 50 % xgħir jew 60 % tgħam. | tat- 30.9.1999 | 31 | Endo-1,4-betaxyla-nase EC 3.2.1.8 | Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Trichoderma longibrachiatum (CBS 614-94) li jkollha attività minima ta': Forma solida: 300 EU/gForma likwida: 1000 EU/g | Tiġieġ għas-simna | — | 600 EU | — | 1.Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament.2.Doża rakkomandata kull kg ta' għalf komplut: 600 EU.3.Għall-użu fl-għalf kompost għani fi polysaccharides mhux tal-lamtu (l-aktar arabinoxylans), eż. li jkollhom iżjed minn 60 % tgħam. | tat- 30.9.1999 | Tiġieġ tal-bajd | — | 300 EU | — | 1.Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament.2.Doża rakkommandata kull kg ta' għalf komplut: 600 EU.3.Għall-użu fl-għalf kompost għani fi polysaccharides mhux tal-lamtu (l-aktar arabinoxylans), eż. li jkollhom iżjed minn 60 % tgħam. | tat- 30.9.1999 | -------------------------------------------------- ANNESS II Nru | Addittiv | Formula kimika, deskrizzjoni | Speċi jew kategorija ta' annimal | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra | Perjodu ta' awtorizzazzjoni | CFU/kg ta' għalf komplut | CFU/kg ta' għalf komplut | 5 | Saccharomy-ces cerevisiae CBS 493. 94 | Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae li jkollha minimu ta' 1 × 108 CFU/g additiv | Bhejjem għas-simna | – | 1,7 × 108 | 1,7 × 108 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. Il-kwantità ta' Saccharomyces cerevisiae fir-razzjon ta' kuljum m'għandiex taqbeż 7,5 × 108 CFU għal 100 kg piż fil-ġisem. Żid 1 × 108 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem. | tat- 30.9.1999 | 9 | Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M | Preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici li jkollha minimu ta' 1 × 1010 CFU/g ta' additiv | Tiġieġ għas-simna | – | 1 × 109 | 1 × 1010 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. Jista' jintuża għall-għalf li jkollu coccidiostats permess: amprolium, meticlorpindol, decoquinate, halofuginone, narasin, salinomycin sodium, nicarbazin, maduramicin ammonium, diclazuril. | tat- 30.9.1999 | Qżieqeż | Erba' xhur | 1 × 109 | 1 × 1010 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. | tat- 30.9.1999 | Ħnieżer | – | 1 × 109 | 1 × 109 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. | tat- 30.9.1999 | 10 | Enterococcus faecium NCIMB 10415 | Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li jkollha minimu ta': forma mikroenkapsulata:1,0 × 1010 CFU/g additiv1,75 × 1010 CFU/g additiv | Tiġieġ għas-simna | – | 0,3 × 109 | 2,8 × 109 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-addittiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. Jista' jintuża fl-għalf kompost li jkollu coccidiostats permessi: amprolium, amprolium/ethopabate, diclazuril, halofuginone, maduramicin ammonium, meticlorpindol, meticlorpindol/methylbenzoquate, monensin sodium, robenidine, salinomycin sodium. | tat- 30.9.1999 | Ħnieżer | – | 0,35 × 109 | 1,5 × 109 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. | tat- 30.9.1999 | Ħnieżer nisa | – | 0,2 × 109 | 1,25 × 109 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. | tat- 30.9.1999 | Bhejjem għas-simna | – | 0,25 × 109 | 0,6 × 109 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. Il-kwantità ta' Enterococcus faecium fir-razzjon ta' kuljum m'għandux jaqbeż 1 × 109 CFU għal 100 kg piż tal-ġisem. Żid 1 × 109 CFU għal kull 100 kg piż tal-ġisem. | tat- 30.9.1999 | Preparazzjoni ta' Enterococcus faecium li jkollha minimu ta': fil-forma mikoroenkapsulata ta':1,0 × 1010 CFU/g additiv1,75 × 1010 CFU/g additivu Forma granumata:3,5 × 1010 CFU/g additiv | Qżieqeż | Erba' xhur | 0,3 × 109 | 1,4 × 109 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. Forma granulata għandha tintuża esklussivament fir-rimpjazzaturi tal-ħalib. | tat- 30.9.1999 | Vitelli | Sitt xhur | 0,35 × 109 | 6,6 × 109 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. Forma granulata għandha tintuża esklussivament fir-rimpjazzaturi tal-ħalib. | tat- 30.9.1999 | 11 | Entero-coccus faecium DSM 5464 | Preparazzjoni Enterococcus faecium li jkollha minimu ta': 5 × 1010 CFU/g additiv | Qżieqeż | Erba' xhur | 0,5 × 109 | 1 × 109 | Fil-metodu ta' l-użu ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, il-ħajja fil-ħażna, u l-possibbilità ta' l-appallottolament. | tat- 30.9.1999 | --------------------------------------------------