31999R0800



Official Journal L 102 , 17/04/1999 P. 0011 - 0052


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999

tal-15 ta' April 1999

li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Gunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/96 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 13 u 21 tiegħu, u tad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' regolamenti oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agrimonetarji għall-euro [3], u b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 9 tiegħu,

(1) Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta' Novembru 1987 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli [4], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 604/98 [5], kien emendat ripetutament u sostanzjalment; billi, minħabba emendi ġodda, dan għandu jsir mill-ġdid biex ikun iżjed ċar;

(2) Billi r-regoli ġenerali stipulati mill-Kunsill jipprovdu għall-ħlas ta'-rifużjonijiet meta tinġieb prova li l-prodotti jkunu ġew esportati mill-Komunità, billi l-intitolament għar-rifużjonijiet tkun akkwistata malli l-prodotti jħallu s-suq tal-Komunità, meta tapplika rata waħda ta' rifużjonijiet għall-pajjiżi terzi kollha; billi, meta jkun hemm differenza fir-rata tar-rifużjonijiet skond id-destinazzjoni tal-prodotti, l-intitolament għar-rifużjonijiet jiddependi fuq il-kondizzjoni ta' l-importazzjoni f'pajjiż terz;

(3) Billi l-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj dwar l-Agrikoltura,bħala regola ġenerali, tissoġġetta l-għoti ta' rifużjonijiet, għal- liċenzja ta' l-esportazzjoni li tistabbilixxi minn qabel ir-rifużjonijiet, billi, b'dana kollu, konsenji fil-Komunità għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u għall-forzi armati, konsenji għall-provista ta' l-ikel u l-esportazzjoni ta' kwantitajiet zgħar huma każijiet speċjali u ta' importanza ekonomika minuri, billi għall-dawk ir-raġunijiet, saret dispożizzjoni għall-sistema speċjali mingħajr liċenzja ta' l-esportazzjoni, sabiex jiġu ssimplifikati operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni simili u biex ikun evitat li jkun hemm piż amministrattiv eċċessiv fuq l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti;

(4) Billi, skond it-tifsira ta' dan ir-Regolament, il-ġurnata ta' l-esportazzjoni titqies bħala dik il-ġurnata meta l-awtoritajiet doganali jaċċettaw l-att li permezz tiegħu d-dikjarant juri l-volontà tiegħu li jattwa l-esportazzjoni tal-prodotti li għalihom jitlob il-benefiċċju ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni; billi tali att huwa intenzjonat li jiġbed l-attenzjoni, u b'mod partikolari l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana, għall-fatt li l-operazzjoni konċernata tkun qed issir bl-għajnuna ta' fondi tal-Komunità sabiex dawk l-awtoritajiet doganali jagħmlu l-verifikixierqa; billi fiż-żmien ta' l-aċċettazzjoni, il-prodotti jitpoġġew taħt is-superviżjoni tad-Dwana sakemm issir fil-fatt l-esportazzjoni; billi d-data sservi bħala referenza sabiex jiġu stabbiliti l-kwantità, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott esportat;

(5) Billi, fil-każ ta' konsenji fi kwantitajiet kbar jew f'unitajiet mhux standardizzati, huwa rikonoxxut li l-massa netta eżatta tal-prodotti tista' tkun magħrufa biss wara t-tagħbija fuq il-mezzi ta' trasport; billi, sabiex tiġi affrontata din is-sitwazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni sabiex tiġi ddikjarata massa provviżorja fuq id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni;

(6) Billi, sabiex jiġi applikat sewwa r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 386/90 tat-12 ta' Frar 1990 dwar is-sorveljanza mwettqa fil-waqt ta' l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 163/94 [7], għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-verifika ta' jekk id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni taqbilx mal-prodotti agrikoli ssir meta jitgħabba l-container, it-trakk, il-vapur jew container ieħor simili;

(7) Billi, meta l-esportazzjoni tinvolvi konsenji frekwenti ta' kwantitajiet żgħar, għandha ssir dispożizzjoni għall-proċedura ssimplifikata fir-rigward tal-jum relevanti li għandu jintuża ghad-determinazzjoni tar-rata tar-rifużjonijiet;

(8) Billi, sabiex il-kunċett ta' "esportazzjoni mill-Komunità" jkun jista' jiġi interpretat konsistentement, għandu jiġi speċfikat li prodott jiġi meqjus bħala li jkun ġie esportat meta jitlaq mit-territorju doganali tal-Komunità;

(9) Billi jista' jkun meħtieġ li l-esportatur jew min jittrasporta jieħu l-passi sabiex ma jħallix li ssir deterjorazzjoni tal-prodotti intenzjonati għall-esportazzjoni fil-perjodu tas- 60 ġurnata wara l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni u qabel it-tluq mit-territorju doganali tal-Komunità jew qabel il-wasla fid-destinazzjoni; billi l-iffriżar huwa pass ta' dan it-tip, li jagħmilha possibbli li l-prodotti jibqgħu intatti; billi sabiex jiġi osservat dan ir-rekwiżit, għandu jkun permissibbli li l-iffriżar isir fl-istess perjodu;

(10) Billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-prodotti li jħallu l-Komunità jew li qegħdin fi tranżitu lejn destinazzjoni partikolari huma fil-fatt dawk li għaddew mill-formalitajiet ta' l-esportazzjoni doganali; billi għal dan l-għan meta prodott jgħaddi mit-territoju ta' Stat Membru ieħor qabel ma jitlaq mit-territorju doganali tal-Komunità jew jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu, għandu jsir użu mill-kopja ta' kontroll T5 imsemmija fl-Artikoli 471 sa 495 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [8], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru. 502/1999 [9], billi madanakollu, jidher li huwa opportun, sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura amministrattiva, li jiġu provduti arranġamenti iżjed flessibbli mill-użu tal-kopja ta' kontroll T5, fil-każ ta' tranżazzjonijiet taħt il-proċeduri ta' transitu simplifikat tal-Komunità għat-trasport permezz tal-ferrovija jew containers kbar permezz ta' l-Artikoli 412 sa 442 tar-Regolament (KE) Nru. 2454/93 li jistipula li meta l-operazzjoni ta' trasport tibda fil-Komunità u għandha tintemm barra minnha, m'hemmx għalfejn jiġu osservati formalitajiet fl-uffiċċju doganali ta' l-istazzjon tal-fruntiera;

(11) Billi f'ċerti każijiet tista' ssir talba għal rifużjonijiet dwar prodotti li jkunu ġew esportati u li jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità, iżda li jkunu ġew mibgħuta lura għall-iskop ta' trasbord jew operazzjoni ta' transitu qabel ma jaslu fid-destinazzjoni finali barra dak it-territorju; billi dan it-treġġiegħ lura jista' konċepibbilment iseħħ ukoll għal raġunijiet oħra barra minn ħtiġijiet ta' trasport, u b'mod iżjed partikolari għal skopijiet ta' spekulazzjoni; billi f'każijiet simili tiġi mnaqqsa l-osservanza tal-limitu ta' 60 ġurnata għat-tluq mit-territorju doganali tal-Komunità; billi, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili, hemm il-ħtieġa li jiġu definiti b'mod ċar il-kondizzjonijiet li taħthom jiġu mibgħuta lura;

(12) Billi l-arranġamenti pprovduti f'dan ir-Regolament jistgħu jiġu mogħtija biss għall-prodotti li qegħdin f'ċirkulazzjoni ħielsa u li huma, jekk hu xieraq, ta' oriġini Komunitarja; billi fil-każ ta' ċerti prodotti komposti r-rifużjonijiet jiġu ddeterminati mhux fuq il-bażi tal-prodott innifsu iżda b'referenza għall-prodotti bażiċi li minnu huma komposti; billi meta r-rifużjonijiet jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta' wieħed jew iżjed komponenti, huwa suffiċjenti għall-għotja tar-rifużjonijiet jew il-parti relevanti ta' l-istess li l-komponent jew il-komponenti kkonċernati infushom jissodisfaw ir-rekwiżiti, jew li m'għadhomx jagħmlu hekk biss minħabba li jkunu ġew inkorporati f'prodotti oħra; billi sabiex jiġi kkunsidrat l-istatus ta' ċerti komponenti, għandha tiġi mfassla lista ta' prodotti li għalihom ir-rifużjonijiet huma stabbiliti fuq il-bażi ta' komponent wieħed;

(13) Billi l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [11], jiddefinixxu l-oriġini mhux preferenzjali tal-prodotti; billi għall-iskop ta' l-għoti ta'rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, huma biss prodotti ottenuti kompletament jew ipproċessati sostanzjalment fil-Komunità li jigu meqjusa bħala li oriġinaw fil-Komunità; billi huwa xieraq li jiġi kjarifikat, sabiex ikun hemm applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha, li ċertu taħlit ta' prodotti ma jikkwalifikax għar-rifużjoni.

(14) Billi r-rata ta' rifużjonijiet hija ddeterminata mill-klassifikazzjoni tat-tariffa ta' prodott, billi l-klassifikazzjoni tista', għal ċerti taħlit, prodotti magħmula f'settijiet u prodotti komposti, tirriżulta fl-għotita' rifużjonijiet għola milli jkun ekonomikament iġġustifikat; billi huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali għad-determinazzjoni tar-rifużjonijiet applikabbli għat-taħlitiet, prodotti magħmula f'settijiet u prodotti komposti;

(15) Billi, meta r-rata tar-rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni tal-prodott, għandha ssir dispożizzjoni għall-verifika li l-prodott ikun ġie importat fil-pajjiż jew pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew iddeterminati r-rifużjonijiet; billi miżura bħal dik tista' tiġi llaxkata mingħajr diffikultà fir-rigward ta' prodotti esportati meta r-rifużjonijiet involuti huma żgħar u t-tranżazzjoni tkun tali li toffri ċertezzi adegwati li l-prodotti kkonċernati jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, billi l-għan tad-dispożizzjoni huwa li tissimplifika x-xogħol amministrattiv involut fis-sottomissjoni tax-xhieda;

(16) Billi, meta rata waħda ta' rifużjonijiet tapplika għad-destinazzjonijiet kollha fil-ġurnata meta r-rifużjonijiet jiġu ddeterminati minn qabel, f'ċerti każijiet hemm klawsola ta' destinazzjoni mandatorja; billi din is-sitwazzjoni għandha tkun ittrattata bħala varjazzjoni tar-rifużjonijiet meta r-rata tar-rifużjonijiet applikabbli fil-ġurnata meta ssir l-esportazzjoni hija inqas mir-rata tar-rifużjonijiet applikabbli fil-ġurnata meta tiġi determinata bil-quddiem, aġġustata fejn xieraq għall-ġurnata meta sseħħ l-esportazzjoni;

(17) Billi, meta r-rata ta' rifużjonijiet hija ddifferenzjata skond id-destinazzjoni tal-prodotti esportati, għandha tingħata prova li l-prodott ikkonċernat ikun ġie importat f'pajjiż terz; billi t-tkomplija tal-formalitajiet doganali ta' l-importazzjoni tikkonsisti prinċipalment fil-pagament tad-dazji ta' l-importazzjoni applikabbli sabiex prodott jiġi promoss fil-pajjiż terz ikkonċernat; billi jekk tiġi kkunsidrata d-diversità tas-sitwazzjonijiet prevalenti fil-pajjiżi terzi li jimpurtaw, huwa għaqli li tiġi aċċettata l-produzzjoni ta' dokumenti doganali ta' l-importazzjoni li jagħtu assigurazzjonijiet li l-prodotti esportati jkunu waslu fid-destinazzjoni tagħhom, waqt li jostakolaw il-kummerċ mill-inqas possibbli;

(18) Billi, sabiex l-esportaturi tal-Komunità jiġu mgħejuna sabiex jakkwistaw prova tal-wasla fid-destinazzjoni, għandu jiġi pprovdut li aġenziji internazzjonali ta' kontroll u superviżjoni approvati mill-Istati Membri għandhom jagħtu ċertifikazzjoni tal-wasla għall-prodotti agrikoli esportati tal-Komunità li jibbenefikaw minn rifużjonijiet differenzjati; billi l-approvazzjoni ta' dawn l-aġenziji hija r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jagħtu l-approvazzjoni tagħhom każ b'każ, skond ċerti linji ta' gwida eżistenti; billi huwa xieraq li tiġi kjarifikata s-sitwazzjoni u jiġu integrati l-linji ta' gwida prinċipali f'dan ir-Regolament;

(19) Billi, sabiex l-esportazzjoni ta' prodotti li jgawdu rifużjonijiet varjabbli, skond id-destinazzjoni, titpoġġa fuq l-istess livell ta' prodotti oħra, għandha ssir dispożizzjoni sabiex parti mir-rifużjonijiet, ikkalkulati fuq il-bażi ta' l-inqas rata ta' rifużjonijiet applikabbli fil-ġurnata li fiha ssir l-esportazzjoni, titħallas malli l-esportatur ikun ġab prova li l-prodott ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità;

(20) Billi fil-każ ta' rifużjonijiet differenzjati, jekk ikun hemm bidla fid-destinazzjoni, huma pagabbli r-rifużjonijiet applikabbli għad-destinazzjoni reali, soġġett għall-massimu tal-livell ta' l-ammonti applikabbli għad-destinazzjoni stabbilitaminn qabel, billi sabiex jiġi evitat l-abbuż meta destinazzjonijiet bl-ogħla rata ta' r-rifużjonijiet jintagħżlu sistematikament, għandha tiġi introdotta sistema ta' penalitajiet għall-bdil tad-destinazzjoni meta r-rata ta' rifużjonijiet attwali hija anqas mir-rata tad-destinazzjoni li tkun stabbilita minn qabel; billi din id-dispożizzjoni ġdida għandha konsegwenzi għall-kalkolu tal-parti tar-rifużjonijiet pagabbli ladarba l-esportatur jagħti prova li l-prodott ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità;

(21) Billi l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jiddefinixxu l-oriġini mhux preferenzjali tal-merkanzija; billi huwa xieraq f'ċerti każijiet li jiġi applikat il-kriterju li jkopri l-ipproċessar jew xogħol sostanzjali stipulat fl-Artikolu 24 sabiex jiġi valutat jekk il-prodotti jkunux attwalment waslu fid-destinazzjoni tagħhom;

(22) Billi ċerti transazzjonijiet ta' l-esportazzjoni jistgħu jwasslu għal devjazzjonijiet tal-kummerċ; billi, sabiex jiġu evitati tali devjazzjonijiet, il-pagament ta' rifużjonijiet għandu jkun soġġett għall-kondizzjoni li l-prodott mhux biss ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità izda jkun ukoll ġie importat f'pajjiż terz jew ikun għadda minn ipproċessar jew minn xogħol sostanzjali; billi, barra minn hekk, il-pagament tar-rifużjonijiet jista', f'ċerti każijiet, ikun soġġett għall-fatt li l-prodott ikun realment tpoġġa fuq is-suq fil-pajjiż terz li jimporta jew għall-fatt li jkun għadda minn ipproċessar jew minn xogħol sostanzjali;

(23) Billi jekk prodott ikun inqered jew tkun ġratlu l-ħsara qabel ma jitpoġġa fuq is-suq f'pajjiż terz jew jgħaddi minn ipproċessar sostanzjali r-rifużjonijiet ikunu kkonsidrati bħala mhux dovuti; billi f'tali każ l-esportatur għandu jkollu l-opportunità li jissottometti evidenza li turi li l-operazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun saret f'kondizzjonijiet ekonomiċi tali li kienu jippermettu li t-transazzjoni ssir ukoll normalment;

(24) Billi l-finanzjament tal-Komunità ta' l-operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni mhux iġġustifikati meta l-operazzjoni mhix transazzjoni normali kummerċjali, għaliex m'għandhiex skop ekonomiku reali u tiġi effetwata biss sabiex jiġi akwistat il-pagament mill-Komunità;

(25) Billi għandhom jittieħdu passi biex jiġi evitat li l-fondi Komunitarji jiġu allokati għal transazzjonijiet li ma jikkorrispondux għal xi oġġettiv fis-sistema ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni; billi dan ir-riskju jeżisiti għal prodotti li jiġbdu rifużjonijiet għall-esportazzjoni li sussegwentement ikunu importati lura fil-Komunità mingħajr ma jkunu għaddew minn ipproċessar jew xogħol sostanzjali f'pajjiż terz u fuqhom jitħallas dazju mnaqqas jew b'rata żero minflok ir-rata normali meta jiġu importati lura fil-Komunità, skond ftehim preferenzjali jew deċiżjoni tal-Kunsill; billi huwa xieraq, sabiex jiġu llimitati restrizzjonijiet fuq l-esportaturi, li jiġu applikati tali miżuri għal iżjed prodotti sensittivi;

(26) Billi huwa xieraq, sabiex tiġi llimitata l-inċertezza fost l-esportaturi, li jitneħħa r-rekwiżit rigward il-pagament mill-gdid tar-rifużjonijiet, kull darba li l-prodott jiġi importat lura fil-Komunità iżjed minn sentejn wara l-esportazzjoni;

(27) Billi minn-naħa l-waħda, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jirrifjutaw li jagħtu rifużjonijiet, jew li jkunu jistgħu jirkuprawhom; f'każijiet flagranti fejn jinnotaw li t-transazzjoni ma tkunx skond l-għan tas-sistema ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni u, minn-naħa l-oħra, l-ebda piż eċċessiv m'għandu jitpoġġa fuq l-awtoritajiet nazzjonali permezz ta' obbligu sistematiku li jivverifikaw il-prodotti importati kollha;

(28) Billi l-prodotti għandhom ikunu ta' kwalità tali li jkunu jistgħu jiġu promossi fuq is–suq skond it-termini normali fil-Komunità; billi huwa xieraq, madanakollu, li jittieħdu in konsiderazzjoni obbligi speċifiċi li joħorġu mill- istandards li hemm fis-seħħ fil-pajjiżi terzi tad-destinazzjoni;

(29) Billi ċerti prodotti jistgħu jitilfu l-intitolament tagħhom għar-rifużjonijiet meta ma jibqgħux ta' kwalità tajba u ġusta għall-promozzjoni fuq is-suq;

(30) Billi l-ebda dazju ta' l-esportazzjoni ma japplika meta r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jkunu ġew stabbiliti minn qabel jew iddeterminati b'offerta, billi l-esportazzjoni għandha ssir skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minn qabel jew iddeterminati b'offerta, billi, bl-istess mod, għandu jiġi pprovdut li meta prodott li jkun se jiġi esportat huwa soġġett għal dazju ta' l-esportazzjoni stabbilit bil-quddiem jew iddeterminat b'offerta, l-esportazzjoni għandha ssir taħt il-kondizzjonijiet imsemmija u għalhekk ma tistax tikkwalifika għal rifużjonijiet għall-esportazzjoni;

(31) Billi, sabiex jgħin lill-esportaturi jiffinanzjaw it-transazzjonijiet tagħhom iżjed faċilment, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati li joħorġu l-ammont sħiħ, jew parti, mir-rifużjonijiet malli tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew id-dikjarazzjoni ta' pagament, soġġett għall-għotja ta' garanzija biex jiġi ggarantit il-pagament lura ta' l-ammont maħruġ jekk jinstab aktar tard li r-rifużjonijiet ma kellhomx jitħallsu;

(32) Billi l-ħlas lura ta' l-ammont imħallas qabel l-esportazzjoni għandu jiġi mħallas lura jekk jiġi ppruvat li ma hemmx dritt għar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jew jekk kien hemm dritt għar-rifużjonijiet iżgħar; billi l-ħlas lura għandu jinkludi ammont addizzjonali sabiex jiġu evitati l-abbużi; billi fil-każ ta' force majeure l-ammont addizzjonali ma jiġiximħallas lura;

(33) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [12], kif emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2026/83 [13], jistipula regoli ġenerali sabiex jitħallas, qabel l-esportazzjoni, ammont ugwali għar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni;

(34) Billi l-Artikoli 4(5) u (6) tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 jistipula li l-ġurnata li fiha l-prodotti bażiċi jinġiebu taħt il-kontroll doganali għandha tiġi użata biex tiġi deterninata r-rata ta' rifużjonijiet applikabbli jew, l-aġġustamenti li għandhom isiru għal dik ir-rata;

(35) Billi d-data operattiva għandha għaldaqstant tkun il-ġurnata meta l-awtoritajiet doganali jaċċettaw id-dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata, li fiha jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jpoġġi l-prodotti jew il-beni kkonċernati taħt l-arranġamenti pprovduti fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80, u biex jesportahom, b'rifużjonijiet, wara l-ipproċessar jew ħażna; billi dik id-dikjarazzjoni għandha tinkludi d-dettalji partikolari għall-kalkolazzjoni tar-rifużjonijiet;

(36) Billi l-għan li r-rifużjonijiet jitħallsu qabel ma jsir l-ipproċessar huwa biex ipoġġi l-prodotti tal-Komunità fuq l-istess livell ma prodotti importati minn pajjiżi mhux membri għall-ipproċessar u l-esportazzjoni mill-ġdid;

(37) Billi l-metodi ta' produzzjoni għall-prodotti pproċessati u l-proċeduri ta' kontroll tagħhom jeħtieġu grad ta' flessibbiltà; billi l-Artikolu 115 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jipprovdi għal sistema ta' ekwivalenza taħt l-arranġamenti interni ta' l-ipproċessar;

(38) Billi sabiex ikun permissibbli l-użu iżjed effiċjenti tal-kapaċità ta' ħażna eżistenti, huwa xieraq li tiġi pprovduta sistema li permezz tagħha l-ekwivalenza tista' tiġi awtorizzata għall-prodotti maħżuna fi kwantitajiet kbar u li għandhom jiġu esportati wara l-ipproċessar;

(39) Billi prodotti li mhumiex eliġibbli għall-ħlas lura ma jistgħux ikunu prodotti ekwivalenti;

(40) Billi huwa ċar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92 tas-16 ta' Ottubru 1992 li jistipula regoli dettaljati komuni għall-ivverifikar ta' l-użu u/jew id-destinazzjoni ta' prodotti mill-intervenzjoni [14], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 770/96 [15], li prodotti ta' intervenzjoni għandhom jaslu sad-destinazzjoni preskritta; billi, bħala riżultat, tali prodotti ma jistgħux jiġu sostitwiti bi prodotti ekwivalenti;

(41) Billi limitu ta' żmien għandu jiġi stipulat għall-esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati; billi dak il-limitu ta' żmien għandu jiġi stipulat billi tittieħed in konsiderazzjoni s-sistema ta' liċenzji ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' ffissar minn qabel;

(42) Billi, fejn l-esportazzjoni tkun ippreċeduta b'ħażna, jidher li huwa xieraq li dan ir-Regolament jiġi ristrett għall-dawk il-forom ta' maniġġar intenzjonati li jassiguraw il-preservazzjoni tal-merkanzija konċernata; billi, sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni, għandu jiġi stipulat li tali forom ta' maniġġar ma jaffetwaw bl-ebda mod ir-rifużjonijiet li għandhom jiġu applikati;

(43) Billi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 jistipula li l-ammont ugwali għar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għandu jitħallas malli l-prodotti jew il-merkanzija jkunu nġiebu taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ tad-dwana jew il-proċedura taż-żonaħielsa; billi meta d-dikjarazzjoni ta' pagament tkun ġiet aċċettata, għandu jkun possibbli li tali prodotti jew merkanzija jiġu trasportati lejn Stat Membru ieħor li mhux dak li fih isir il-pagament għall-ħażna u l-esportazzjoni sussegwenti; billi għandha ssir dispożizzjoni sabiex kopja ta' kontroll T5 takkumpanja l-prodotti jew merkanzija sabiex tforni prova ta' tluq mill-Komunità; billi, sabiex jiġu evitati r-riskji ta' pagament doppju, id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tiġi kkonfermata b'ċerti kitbiet li jinfurmaw l-aġenzija li tagħmel il-pagament fl-Istat Membru meta d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun aċċettata li l-proċedura għall-ħlas tar-rifużjonijiet tkun diġà nbdiet;

(44) Billi l-ebda rifużjonijiet ma jingħataw jekk il-limitu taż-żmien għall-esportazzjoni jew għas-sottomissjoni tal-prova meħtieġa għall-kisba tal-pagament tar-rifużjonijiet ma jiġix osservat; billi għandhom jiġu adottati miżuri simili għall-dawk misjuba fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' garanziji għall-prodotti agrikoli [16], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3403/93 [17];

(45) Billi fl-Istati Membri l-prodotti importati minn pajjiżi mhux membri għall-ċertu użu huma eżentati mid-dazji; billi, sakemm dak il-ħruġ huwa sostanzjali, prodotti Komunitarji għandhom jitpoġġew fuq l-istess livell ma' prodotti minn pajjiżi mhux membri; billi din is-sitwazzjoni tidher partikolarment fil-każ ta' prodotti użati fil-fornitura ta' vapuri u ajruplani;

(46) Billi fil-każ ta' vapuri u ajruplani l-fornituri u l-konsenji lill-forzi armati huwa possibbli li jiġu stipulati regoli speċjali sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tar-rifużjonijiet;

(47) Billi l-prodotti li jittieħdu abbord il-vapuri bħala provvisti li jkunu użati għall-konsum abbord; billi, dawn il-prodotti, ikkunsmati kif ikunu jew użati fil-preparazzjoni tal-provvisti abbord, jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti mhux ipproċessati; billi, minħabba l-ispazju llimitat għad-dispożizzjoni fuq l-ajruplani, l-ikel irid jiġi ppreparat qabel ma jittieħed abbord; billi minħabba l-armonizzazzjoni, għandhom jiġu adottati regoli li jippermettu li jingħataw l-istess rifużjonijiet fuq il-prodotti agrikoli kkunsmati abbord l-ajruplani bħal dawk li jingħataw għal dawk li jkunu kkunsmati wara l-preparazzjoni abbord vapur;

(48) Billi n-negozju tal-konsenja ta' fornituri tal-vapuri u l-ajruplani huwa negozju speċjalizzat ħafna, li jeħtieġ arrangamenti speċjali għall-ħruġtar-rifużjonijiet; billi l-prodotti u l-merkanzija kkonsenjati lill-imħażen tal-provvisti ta' l-ikel għandhom sussegwentement jiġu kkonsenjati għall-provvisti ta' l-ikel; billi konsenji lejn it-tali mħażen ma jistgħux jiġu ttrattati bħala esportazzjoni finali għall-iskopijiet ta' l-intitolament għar-rifużjonijiet;

(49) Billi, jekk isir użu minn dawn il-faċilitajiet u wara jsir magħruf li r-rifużjonijiet ma kellhomx jitħallsu, l-esportaturi jkunu fil-fatt ħadu l-benefiċċju inġust ta' self mingħajr imgħax; billi għaldaqstant għandhom jittieħdu miżuri biex jipprekludu dan il-benefiċċju mhux mixtieq;

(50) Billi sabiex tinżamm l-kompetittività tal-prodotti tal-Komunità forniti lejn il-pjattaformi f'ċerti żoni qrib l-Istati Membri, rifużjonijiet għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni bir-rata applikabbli għall-provvisti fil-Komunità; billi l-pagament ta' rata ta' rifużjonijiet għola mill-inqas applikabbli għall-konsenji lejn destinazzjoni partikolari ma tista' qatt tiġi ġġustifikata sakemm ma jkun hemm l-ebda dubju li l-oġġetti jkunu waslu f'dik id-destinazzjoni; billi l-konsenja ta' fornituri lejn il-pjattaformi f'żoni marittimi iżolati hija neċessarjament ħidma speċjalizzata b'mod li jkun possibbli li jiġi eżerċitat kontroll suffiċjenti fuq il-konsenji; billi suġġett għall-ispeċifikazzjoni ta' miżuri ta' kontroll adekwati jidher li huwa raġonevoli li tiġi applikata għall-konsenji r-rata ta' rifużjonijiet għall-provisti fil-Komunità; billi huwa possibbli li tiġi pprovduta sistema ssimplifikata għall-konsenji ta' importanza iżgħar: billi, peress li t-tul ta' l-ibħra territorjali jvarja bejn l-Istati Membri bejn 3 u 12-il mil, ikun ukoll raġonevoli li l-konsenji kollha lejn tali pjattaformi lil hinn mill-limitu ta' tliet mili; jiġu konsiderati bħala esportazzjoni

(51) Billi, meta bastimenti navali ta' xi wieħed mill-Istati Membri jingħatawlu provisti fl-ibħra miftuħa minn vapur ta' fornitura navali li jopera minn port Komunitarju, huwa possibbli li tinkiseb ċertifikazzjoni ta' dik il-konsenja minn awtorità kompetenti; billi jkun raġonevoli li għal tali konsenji tiġi applikata l-istess rata ta' rifużjonijiet li tapplika għall-għotja ta' provisti f'port Komunitaru;

(52) Billi jkun aħjar jekk il-prodotti agrikoli użati għall-fornitura ta' vapuri u ajruplani għandhom jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet identiċi kemm jekk jittieħdu abbord vapur jew ajruplan fi ħdan il-Komunità jew barra;

(53) Billi l-konsenji ta' tali fornituri f'pajjiżi terzi jistgħu jkunu diretti jew indiretti; billi metodi ta' superviżjoni xierqa għal kull tip ta' konsenja għandhom jiġu introdotti;

(54) Billi skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 161(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 il-gżira ta' Heligoland ma tikkwalifikax bħala destinazzjoni li fir-rigward tagħha jistgħu jingħataw rifużjonijiet; billi l-konsum ta' prodotti agrikoli mill-Komunità fil-gżira ta' Heligoland għandu jkun inkorraġġit; billi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu adottati għal dan l-għan;

(55) Billi wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Proviżorju dwar il-kummerċ u l-għaqda doganali bejn il-Komunità u San Marino [18] t-territorju ta' dak l-Istat m'għadux jifforma parti mit-territorju doganali tal-Komunità, billi jsegwi mill-Artikoli 1, 5 u 7 ta' dak il-Ftehim li l-prezzijiet għall-prodotti agrikoli huma fl-istess livell fi ħdan l-unjoni doganali u għalhekk m'hemmx ġustifikazzjoni ekonomika għall-għotja ta' rifużjonijiet fuq prodotti agrikoli Komunitarji konsenjati lil San Marino;

(56) Billi, jekk applikazzjoni għall-pagament lura jew maħfra tal-ħlas ta'dazji tiġi sussegwentement irrifjutata, il-prodotti kkonċernati jistgħu jkunu eliġibbli għar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jew ikunu suġġetti, skond il-każ, għaldazju ta' l-esportazzjoni jew ħlas ta' l-esportazzjoni; billi konsegwentement, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet speċjali;

(57) Billi, ġeneralment, forzi armati stazzjonati f'pajjiż mhux membru li ma jaqgħux taħt il-kmand ta' dak il-pajjiż, organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi diplomatiċi stabbiliti f'pajjiż terz jakkwistaw l-provvisti tagħhom mingħajr dazju ta' l-importazzjoni; billi jidher li huwa possibbli li jittieħdu miżuri speċifiċi - fir-rigward ta' forzi armati li huma taħt il-kmand jew ta' Stat Membru jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tagħha mill-inqas wieħed mill-Istati Membri huwa membru, fir-rigward ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li tagħhom mill-inqas Stat Membru wieħed huwa membru u fir-rigward ta' korpi diplomatiċi - li jipprovdu li l-prova ta' l-importazzjoni għandha tingħata permezz ta' dokument speċjali;

(58) Billi għandha tiġi introdotta dispożizzjoni li permezz tagħha r-rifużjonijiet għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni;

(59) Billi jista' jiġri li minħabba ċirkustanzi mhux taħt il-kontroll ta' l-esportatur il-kopja tal-kontroll T5 ma tkunx tista' tiġi prodotta anki jekk il-prodott ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità jew ikun wasal f'destinazzjoni partikolari; billi tali sitwazzjoni tista' timpedixxi l-kummerċ; billi f'tali ċirkostanzi dokumenti oħrajn għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala ekwivalenti;

(60) Billi fl-interess ta' prattika amministrattiva b'saħħitha, applikazzjonijiet għall-ħlas tar-rifużjonijiet, akkumpanjati mid-dokumenti kollha relevanti, għandhom jiġu mitluba fi żmien ragonevoli, ħlief f'każi ta' u b'mod partikolari meta ma kienx possibbli li jiġi osservat il-limitu taż-żmien minħabba dewmien amministrattiv mhux taħt il-kontroll ta' l-esportatur;

(61) Billi l-perjodu li fih isir il-ħlas tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni jvarja minn Stat Membru għall-ieħor, billi huwa rakkomandabbli, sabiex tiġi evitata d-deformazzjoni tal- kompetizzjoni, li jkun introdott perjodu massimu uniformi għall-ħlas ta'dawn ir-rifużjonijiet mill-aġenziji ta' pagament;

(62) Billi l-esportazzjoni ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti li ma jkunux ta' sinifikat ekonomiku u jistgħu iwasslu sabiex jiżdiedu l-problemi għall-awtoritajiet kompetenti mingħajr bżonn; billi s-servizzi kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jingħataw l-alternattiva li jirrifjutaw li jħallsu r-rifużjonijiet rigward tali esportazzjoni;

(63) Billi r-regoli tal-Komunità jipprovdu għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq il-bażi unika ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari dwar il-kwantità, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott esportat, u d-destinazzjoni ġeografika tagħha; billi, fid-dawl ta' l-esperjenza, miżuri kontra l-irregolaritajiet u partikolarment frodi li jagħmlu ħsara lill-finanzi tal-Komunità għandhom jiġu intensifikati; billi, għal dak l-għan, għandha ssir dispożizzjoni għall-ġbir lura ta' l-ammonti mħallsa żejda u sanzjonijjiet biex iħajru lill-esportaturi josservaw ir-regoli tal-Komunità;

(64) Billi, sabiex jiġi assigurat li s-sistema ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taħdem tajjeb, għandhom jiġu applikati sanzjonijiet irrispettivament mis-suġġettività tal-ħtija; billi huwa madanakollu xieraq li ma jiġuxapplikatis-sanzjonijiet f'ċertu każijiet, u b'mod partikolari fejn hemm żball ovvju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti; u li jiġu pprovduti sanzjonijiet iżjed iebsa fil-każ fejn ikun hemm każijiet ta' intenzjoni billi dawk il-miżuri huma neċessarji, u għandhom ikunu proporzjonati, suffiċjentement diswassivi u applikati b'mod uniformi fost l-Istati Membri;

(65) Billi, sabiex ikun assigurat trattament egwali ta' l-esportaturi fl-Istati Membri, għandha ssir dispożizzjoni speċifika, f'dak li jikkonċernar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe ammont żejjed li jkun ġie mħallas sabiex jiġi rimborżat bl-imgħax mill-benefiċċjarju, u għandha tiġi stipulata l-proċedura għall-ħlas; billi, sabiex l-interess finanzjarju tal-Komunità jkun protett aħjar, għandha ssir dispożizzjoni meta d-dritt għar-rifużjonijiet jkun ittrasferit, sabiex dik l-obbligazzjoni tiġi estiża lil min ikun qed isirlu t-trasferiment; billi somom u mgħaxijiet miġbura mill-ġdid, u s-sanzjonijiet miġbura, għandhom jiġu kkreditati lill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) skond il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta' April 1970 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [19] kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1287/95 [20];

(66) Billi, sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi fil-Komunità kollha, tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi meta ammonti li jkunu tħallsu żejda jiġu rkuprati, il-kondizzjonijiet li taħthom jista' jiġi invokat dak il-prinċipju għandhom jiġu stipulati mingħajr preġudizzju għat-trattament ta' spejjeż irregolari kif ipprovdut, b'mod partikolari, fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70;

(67) Billi l-esportatur għandu jkun responsabbli b'mod partikolari għall-atti ta' terzi li jkunu jistgħu jagħmluha possibbli li d-dokumenti meħtieġa għall-ħlas tar-rifużjonijiet jiġu ottenuti irregolarment;

(68) Billi l-kumitati ta'gestjoni kkonċernati ma tawx l-opinjonijiet tagħhom fiż-żmien stipulat mill-presidenti tagħhom;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1

IL-QASAM TA' L-APPLIKAZZJONI U D-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-derogi stabbiliti fir-regolamenti tal-Komunità speċifiċi għal ċerti prodotti, dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta'rifużjonijiet għall-esportazzjoni, hawn taħt imsemmija "rifużjonijiet",stabbli:

- fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [21] (żjut u xaħmijiet).

- fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [22] (ħalib u prodotti tal-ħalib).

- fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 [23] (ċanga u vitella).

- fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 [24] (laħam tal-majjal).

- fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 [25] (bajd).

- fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 [26] (laħam tat-tjur).

- fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru1785/81 [27] (zokkor, isoglucose u ġulepp ta' l-inulina).

- fl-Artikoli 55 u 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 [28] (inbid).

- fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1966/92 (ċereali).

- fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3072/95 [29] (ross).

- fl-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2200/96 [30] (frott u ħxejjex).

- fl-Artikoli 16, 17 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 [31] (prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex).

Artikolu 2

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) - "prodotti" tfisser il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, u oġġetti,

- "prodotti bażiċi" tfisser prodotti intenzjonati għall-esportazzjoni wara li jkunu ġew ipproċessati fi prodotti pproċessati jew f'oġġetti; oġġetti intenzjonati għall-esportazzjoni wara l-ipproċessar għandhom jitqiesu wkoll bħala prodotti bażiċi,

- "prodotti pproċessati" tfisser prodotti ottenuti mill-ipproċessar ta' prodotti bażiċi u li dwarhom huma pagabbli ħlasijiet lura.

- "oġġetti" tfisser l-oġġetti elenkati fl-Anness B għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1222/94 [32];

(b) "dazji ta' l-importazzjoni" tfisser dazji doganali, piżijiet li għandhom effett ekwivalenti u piżijiet oħra ta' l-importazzjoni stabbiliti fil-politika agrikola komuni jew taħt arranġamenti kummerċjali speċifiċi applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli;

(ċ) "Stat Membru ta' l-esportazzjoni" tfisser l-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tiġi aċċettata;

(d) "iffissar minn qabel tar-rifużjonijiet" ifisser l-iffissar tar-rifużjonijiet fil-ġurnata tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għal liċenzja ta' l-esportazzjoni jew ċertifikat ta' iffissar minn qabel, ir-rata tkun aġġustata bi kwalunkwe żieda jew ammont korrettiv applikabbli għall-ħlas lura;

(e) "rifużjonijiet iddifferenzjati" tfisser:

- izjed minn rata waħda ta' rifużjonijiet tkun iffissata għall-istess prodott skond il-pajjiż terz tad-destinazzjoni, jew

- rata waħda jew iżjed minn waħda ta' rifużjonijiet ikunu ffissati għall-istess prodott, skond il-pajjiż terz tad-destinazzjoni, bl-ebda rata ma tkun iffissata għal wieħed jew iżjed pajjiżi terzi;

(f) "parti ddifferenzjata tar-rifużjonijiet" tfisser dik il-parti tar-rifużjonijiet miġjuba meta titnaqqas dik il-parti tar-rifużjonijiet imħallsa jew li għandha titħallas fuq il-bażi ta' prova ta' ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità kkalkolati skond l-Artikolu 18 mill-ammont totali ta' rifużjonijiet applikabbli,;

(g) "esportazzjoni" tfisser tlestija tal-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni segwiti bil-ħruġ tal-prodotti mit-territorju doganali tal-Komunità;

(h) "kopja ta' kontroll T5" tfisser id-dokument msemmi fl-Artikoli 471 sa 495 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

(i) "esportatur" tfisser il-persuna legali jew naturali intitolata għar-rifużjonijiet. Meta liċenzja ta' l-esportazzjoni b'iffissar minn qabel tar-rifużjoni għandha jew tista' tiġi użata, id-detentur jew, fejn hu xieraq, il-persuna li lilha tkun ġiet trasferita l-liċenzja għandu jkun intitolat għal rifużjonijiet. L-esportatur għall-għanijiet doganali jista' jkun differenti mill-esportatur skond id-definizzjoni ta' dan ir-Regolament, minħabba r-relazzjoni bejn operaturi ekonomiċi taħt il-liġi privata, ħlief meta jingħad mod ieħor fid-dispożizzjonijiet speċjali adottati permezz ta' ċerti organizzazzjonijiet tas-suq komuni;

(j) "avvanz fuq ir-rifużjonijiet" tfisser ammont egwali sa massimu tar-rifużjonijiet mħallsa mill-mument ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni;

(k) "finanzjament minn qabel tar-rifużjonijiet" tfisser avvanzi fuq ir-rifużjonijiet meta l-oġġetti jkunu pproċessati jew maħżuna qabel l-esportazzjoni, skond ir-Regolament (KEE) Nru 565/80;

(l) "rata tar-rifużjonijiet determinata b'sejħa għall-offerti" tfisser ir-rifużjonijiet ikkwotat mill-esportatur u aċċettati permezz ta' sejħa għall-offerti;

(m) "territorju doganali tal-Komunità" tfisser it-territorji msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(n) "nomenklatura tar-rifużjonijiet" tfisser in-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 [33];

(o) "liċenzja ta' l-esportazzjoni" tfisser id-dokument imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [34].

2. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, ir-rifużjonijiet ddeterminati b'sejħa għall-offerti huma meqjusa bħala rifużjonijiet iffissati bil-quddiem.

3. Meta dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkopri diversi kodiċi tan-nomenklatura ta' rifużjonijiet differenti jew kodiċi ta' NomenklaturaMiġbura, ir-reġistrazzjoni li tirrigwardja kull kodiċi għandhom jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet separati;

TITOLU II

ESPORTAZZJONI LEJN PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU 1

Intitolament għar-rifużjonijiet

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 3

Mingħajr preġudizju għall-Artikoli 18, 20, 21 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2988/95 [35], l-intitolament għar-rifużjonijiet jiġi akkwistat:

- mat-tluq mit-territorji doganali tal-Komunità, meta rata waħda ta' rifużjonijiet tapplika għall-pajjiżi terzi kollha;

- ma' l-importazzjoni f'pajjiż terz speċifiku, meta r-rifużjonijiet differenzjati japplikaw għal dak il-pajjiz terz.

Artikolu 4

1. L-intitolament għar-rifużjoni jiddependi fuq il-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni ma' l-iffissar minn qabel tar-rifużjoni, ħlief fil-każ ta' l-esportazzjoni ta' l-oġġetti u l-għajnuna ta' ikel internazzjonali skond id-definizzjoni ta' l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj dwar l-Agrikoltura.

Madanakollu, l-ebda liċenzja ma hija meħtieġa biextinkiseb rifużjoni:

- meta r-rifużjoni għal kull-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni ma teċċedix EUR 60,

- fil-każijiet koperti mill-Artikoli 6, 36, 40, 44 u 45 u l-Artikolu 46(1).

- għall-konenji lill-forzi armati ta' l-Istati Membri stazzjonati f'pajjiżi terzi.

2. Minkejja l-paragrafu 1, liċenzja ta' l-esportazzjoni bl-iffissar minn qabel tar-rifużjoni għandha tkun valida wkoll għall-esportazzjoni ta' prodott kopert minn kodiċi tal-prodott ta' 12-il-ċifra barra dak indikat fil-kaxxa 16 tal-liċenzja jekk iż-żewġ prodotti jappartjenu:

- għall-istess kategorija msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13a tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88, jew

- għall-istess grupp ta' prodotti, dejjem jekk tali gruppi ta' prodotti jkunu ġew definiti għal dan l-iskop skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jew l-Artikoli korrispondenti tar-regolamenti l-oħra li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-suq komuni.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kondizzjonijiet addizzjonali segwenti għandhom japplikaw:

- jekk ir-rata tar-rifużjoni korrispondenti għall-prodott attwali hija egwali jew ogħla mir-rata applikabbli għall-prodott muri fil-kaxxa 16 tal-liċenzja, ir-rata msemmija l-aħħar għandha tapplika,

- jekk ir-rata ta' rifużjonijiet korrispondenti għall-prodott attwali hija inqas mir-rata applikabbli għall-prodott indikata fil-kaxxa 16 tal-liċenzja, ir-rifużjonijiet li għandhom jitħallsu għandhom ikunu dawk akkwistati bl-applikazzjoni tar-rata li tikkorrispondi għall-prodott attwalli, bit-tnaqqis, ħlief fil-każ ta' force majeure, ta' 20 % tad-differenza bejn ir-rifużjoni korrispondenti għall-prodott indikat fil-kaxxa 16 tal-liċenzja u r-rifużjoni għall-prodott attwali,

Fejn japplikaw it-tieni subinċiż tat-tieni subparagrafu u l-punt (b) ta' l-Artikolu 18(3), it-tnaqqis applikabbli għar-rifużjoni li jikkorrispondu għall-prodott attwali u d-destinazzjoni attwali għandhom ikunu kkalkolati fuq id-differenza bejn ir-rifużjoni li tikkorrispondi għall-prodott u d-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja u r-rifużjonijiet li jikkorrispondu għall-prodott u d-destinazzjoni attwali,

Għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta'dan il-paragrafu, ir-rati ta' rifużjoni li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni huma dawk validi fil-ġurnata meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja. Fejn meħtieġ dawk ir-rati għandhom jiġu aġġustati fil-ġurnata ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew tad-dikjarazzjoni tal-ħlas.

3. Meta l-paragrafu 1 jew 2 u l-Artikolu 51 japplikaw għall-istess operazzjoni ta' l-esportazzjoni, l-ammont li jirriżulta mill-paragrafu 1 jew 2 għandu jkun imnaqqqas bl-ammont tal-penali msemmija fl-Artikolu 51.

Artikolu 5

1. "Ġurnata ta' l-esportazzjoni" tfisser il-ġurnata li fiha l-awtoritajiet doganali jaċċettaw id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni li tiddikjara li għandha ssir applikazzjoni għar-rifużjoni.

2. id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandha tiddetermina:

(a) ir-rata ta' rifużjoni applikabbli meta r-rifużjoni ma tkunx stabbilita bil-quddiem;

(b) kwalunkwe aġġustamenti li jridu jsiru għar-rata ta' rifużjoni meta tkun stabbilita bil-quddiem;

(ċ) il-kwantità, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott esportat.

3. Kull att ieħor li skond il-liġi għandu l-istess effett ta' l-aċċettazjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandu jitqies bħala ekwivalenti għal tali aċċettazzjoni.

4. Id-dokument użat fl-esportazzjoni għalkwalifika għar-rifużjonijiet għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja biex jiġu kkalkolati r-rifużjonijiet, u b'mod partikolari:

(a) għall-prodotti:

- deskrizzjoni, issimplifikatafejn xieraq, tal-prodotti skond in-nomenklatura tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, flimkien mal-kodiċi ta' nomenklatura tar-rifużjonijiet, u fejn huwa meħtieġ sabiex tiġu kkalkolati r-rifużjonit, il-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati jew ir-referenza għalihom,

- il-massa netta tal-prodotti, jew, fejn applikabbli, il-kwantità espressa fl-unità' ta' kejl li tintuża meta jiġu kkalkolati r-rifużjonijiet;

(b) fil-każ ta' oġġetti, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu (KE) Nru 1222/94 għandhom japplikaw.

5. Fil-mument ta' l-aċċettazzjoni jew ta' l-att previst fil-paragrafu 3, il-prodotti għandhom jitpoġġew taħt il-kontroll doganali skond l-Artikolu 4(13) u (14) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 sakemm iħallu t-territorju doganali tal-Komunità.

6. B'deroga mill-Artikolu 282(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-awtorizzazzjoni biex issir id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni f'forma ssimplifikata tista' tistipula li d-dikjarazzjoni ssimplifikata għandha jkollha estimi tal-massa netta tal-prodotti esportati fil-massa jew f'unitajiet mhuxstandard, meta l-kwantità eżatta tista' tiġi stabbilita biss meta tkun saret it-tagħbija fil-mezz ta' trasport.

Id-dikjarazzjoni addizzjonali li tindika l-massa netta eżatta għandha tiġi ppreżentata meta tintemm it-tagħbija. Għandha tiġi akkumpanjata minn evidenza dokumentarja tal-massa netta eżatta li tkun ġiet mgħobbija.

L-ebda rifużjoni ma tingħata għall-kwantitajiet li jaqbżu 110 % tal-massa netta kif ikkalkolata. Meta t-tagħbija attwalment mgħobbija hija inqas minn 90 % tal-massa netta kif ikkalkolata, ir-rifużjoni għall-massa netta attwalment mgħobbija titnaqqas b'10 % tad-differenza bejn ir-rifużjoni korrispondenti għal 90 % tal-massa netta ikkalkolata u r-rifużjoni li tikkorrispondi għall-massa attwalment mgħobbija.

Is-segwenti għandhom jitiqiesu bħala unitajiet mhuxstandard: annimali ħajjin, (nofs) karkassi u kwartijiet.

Minkejja dak li jgħid punt (d) ta' l-Artikolu 278(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw għall-prodotti mqiegħda taħt l-arranġamenti pre-finanzjari skond l-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament.

7. Il-persuni kollha li jesportaw prodotti li għalihom jitolbu rifużjonijiet għandhom jintalbu sabiex:

(a) jjippreżentaw id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni ma' l-uffiċċju doganali kompetenti fil-post fejn il-prodotti għandhom jitgħabbew għat-trasport għall-esportazzjoni;

(b) jinformaw dak l-uffiċċju doganali mill-inqas 24 siegħa qabel il-bidu tal-ħidmiet ta' tagħbija u jindikaw id-dewmien antiċipat tat-tagħbija. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistipulaw terminu ta' mhux aktar minn 24 siegħa.

L-uffiċċju doganali kompetenti jista' jawtorizza l-ħidmiet ta' tagħbija wara li tkun aċċetta d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, qabel l-iskadenza tat-terminu msemmi fil-punt (b).

L-uffiċċju doganali kompetenti għandu jkun jista' jagħmel spezzjonijiet fiżiċi u jidentifika l-merkanzija għat-trasport lejn l-uffiċċju tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità.

Jekk, għal raġunijiet amministrattivi, l-ewwel subparagrafu ma jkunx jista' jiġi applikat, id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tista' tiġi ppreżentata biss lill-uffiċċju doganali kompetenti fl-Istat Membru konċernat u, fejn spezzjoni fiżika ssir skond ir-Regolament (KEE) Nru 386/90, kwalunkwe merkanzija li tiġi preżentata trid tinħatt kompletament. Madanakollu, il-merkanzija m'għandhiex għalfejn tinħatt kollha meta l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu spezzjoni fiżika eżawrenti.

Artikolu 6

B'deroga mill-Artikolu 5(2), meta l-kwantitajiet esportati ma jeċċedux 5000 kilogramm tal-prodott għall-kull kodiċi ta' nomenklatura tar-rifużjonijiet fil-każ ta' ċereali jew 500 kilogramm għal kull nomenklatura ta' rifużjonijiet jew kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda fil-każ ta' prodotti oħra, u meta tali esportazzjonijiet jinvolvu konsenji frekwenti, l-Istat Membru jista' jippermetti li l-aħħar ġurnata tax-xahar tintuża biex tiġi ddeterminati r-rifużjoni applikabbli, jew jekk ir-rifużjoni kienet ġiet stabbilita minn qabel, kwalunkwe aġġustamenti li jridu jsiru għal dan.

Meta r-rifużjoni tiġi stabbilita minn qabel jew iddeterminatab'sejħa għall-offerti, il-liċenzja għandha tkun valida fl-aħħar ġurnata tax-xahar ta' l-esportazzjoni.

L-esportaturi awtorizzati sabiex jagħmlu użu minn din l-alternattiva m'għandhomx japplikaw il-proċedura normali għall-kwantitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu.

Fil-każ ta' Stati Membri li ma jipparteċipawx fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja, l-aħħar ġurnata tax-xahar għandha tiġi wkoll użata sabiex tiġi ddeterminata r-rata tal-kambju ta' l-euro fil-munita nazzjonali applikabbli għall-ammont tar-rifużjonijiet,

Artikolu 7

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 20, il-ħlas tar-rifużjoni għandu jkun kondizzjonali fuq il-fornitura ta' l-evidenza li l-prodotti koperti minn dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni aċċettati jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità fl-istat mhux mibdul tagħhom fi żmien 60 ġurnata minn tali aċċettazzjoni.

Madanakollu, il-kwantitajiet ta' prodotti meħudin bħala kampjuni fiż-żmien tal-kompletazzjoni tal-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni u mhux sussegwentement irritornati, għandhom jitqiesu bħala li ma tneħħewx mill-massa netta tal-prodotti li minnhom ikunu attwalment ittieħdu.

2. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, provisti għall-trattamenti. kkonsenjati lejn il-pjattaformi tat-tħaffir jew estrazzjoni kif definiti fil-punt (a) ta' l-Artikolu 44(1) għandhom jitqiesu li jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità.

3. L-iffriżar għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-osservanza tal-paragrafu 1.

Dan għandu japplika wkoll għall-ippakkjar mill-ġdid, sakemm tali ppakkjar mill-ġdid ma jirriżultax f'bidla fis-subintestatura tal-prodott fin-nomenklatura tar-rifużjonijiet jew is-subintestatura tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda. L-ippakkjar mill-ġdid jista' jseħħ biss wara li l-awtoritajiet doganali jkunu taw il-kunsens tagħhom.

Fil-każ ta' l-ippakkjar mill-ġdid, il-kopja ta' kontroll T5 għandha tkun mimlija kif imiss.

It-twaħħil jew it-tibdil tat-tikketti jista' jiġi awtorizzat taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-ippakkjar mill-ġdid skond it-tieni u t-tielet sub-paragrafi.

4. Meta għal raġunijiet ta' force majeure, l-esportatur ma jkunx jista' josserva t-termini stipulati fil-paragrafu 1, dak it-terminu jista' fuq talba ta' l-esportatur, jiġi estiż b'tali perjodu li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' l-esportazzjoni jqisu neċessarju fiċ-ċirkostanzi.

Artikolu 8

Jekk, qabel ma jħalli t-territorju doganali tal-Komunità, prodott kopert b'dikjarazzjoni doganali aċċettata jaqsam it-territorju tal-Komunità li ma jkunx dak ta' l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni, evidenza li dak il-prodott ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità għandha tiġi fornita permezz tal-kopja ta' kontroll T5 oriġinali endorsjata kif suppost.

Il-kaxxi 33, 103, 104 u, fejn xieraq, 105 tal-kopja ta' kontroll, għandhom inter alia jiġu mimlija. Il-kitba xierqa għandha ssir fil-kaxxa 104.

Artikolu 9

1. Għall-iskop ta' rifużjonijiet fil-każ ta' l-esportazzjoni permezz tal-baħar, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċjali li ġejjin::

(a) Meta l-kopja ta' kontroll T5 jew id-dokument nazzjonali li jagħti prova li l-prodotti jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità jkunu ġew endorsjati mill-awtoritajiet kompetenti, il-prodotti ma jistgħux, ħlief fil-każ ta' force majeure, jibqgħu iżjed minn 28 ġurnata għall-iskopijiet ta' trasbord f'xi port(ijiet) oħra li jinsabu fl-istess jew f'xi Stat Membru ieħor. Dak il-limitu ta' żmien m'għandux japplika meta l-prodotti jkunu ħallew il-port finali fit-territorju doganali tal-Komunità fit-terminu taż-żmien oriġinali ta' 60 ġurnata.

(b) Rifużjonijiet għandhom jitħallsu suġġett għall-preżentazzjoni llill-aġenzija li tagħmel il-ħlas ta':

- dikjarazzjoni ta' l-esportatur li l-prodotti mhux se jiġu trasbordati f'port ieħor tal-Komunità.

jew

- prova ta' l-osservanza ta' (a). Din il-prova għandha tikkonsisti b'mod partikolari mid-dokument(i) ta' trasport, jew kopja jew fotokopja ta' l-istess, li jkopru l-prodotti mit-tluq mill-ewwel port ta' fejn id-dokumenti msemmija f'(a) ikunu ġew endorsjati, sal-wasla fil-pajjiż terz li fih għandhom jiġu żbarkati.

Id-dikjarazzjonijiet kif imsemmija fl-ewwel subinċiż għandhom ikunu suġġetti għall-ispezzjonijiet adegwati fuq il-post mill-aġenzija li tagħmel il-ħlas. Il-prova msemmija fit-tieni subinċiż hija meħtieġa għal dak l-għan.

Fil-każijiet ta' esportazzjoni permezz ta' vapuri li joperaw servizz dirett ta' trasport lejn port ta' pajjiż terz mingħajr ma jieqaf f'xi port ieħor tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu japplikaw proċedura ssimplifikata għall-għan ta' l-ewwel subinċiż.

(ċ) Bħala alternattiva għall-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (b), l-Istat Membru tal-ħruġ jista' jistipula li l-kopja ta' kontroll T5 jew id-dokument nazzjonali li jagħti evidenza li l-prodotti jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità għandu jiġi kkonfermat biss mal-preżentazzjoni tad-dokument tat-trasport li jispeċifika destinazzjoni finali 'il barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

F'każijiet bħal dawn, waħda mill-kitbiet li ġejjin għandha tiġi miżjuda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-ħruġ taħt l-intestatura "Rimarki" fis-sezzjoni ntitolata "Kontroll ta' l-użu u/jew destinazzjoni" fuq il-kopja ta' kontroll T5 jew taħt l-intestatura korrispondenti tad-dokument nazzjonali:

- Documento de transporte con destino fuera de la CE presentado,

- Transportdokument med destination uden for EF forelagt,

- Beförderungspapier mit Bestimmung außerhalb der EG wurde vorgelegt,

- Υποβαλλόμενο έγγραφο μεταφοράς με προορισμό εκτός ΕΚ,

- Transport document showing a destination outside the Community has been presented,

- Document de transport avec destination hors CE présenté,

- Documento di trasporto con destinazione fuori CE presentato,

- Vervoerdocument voor bestemming buiten EG voorgelegd,

- Documento de transporte con destino fuera de la CE presentado,

- Kuljetusasiakirja, jossa ilmoitetaan yhteisön tullialueen ulkopuolinen määräpaikka, on esitetty,

- Transportdokument med slutlig destination utanför gemenskapens tullområde har lagts fram.

L-osservanza ta' dan il-punt għandha tiġi vverifikata permezz ta' spezzjonijiet adegwati fuq il-post imwettqa mill-aġenzija li tagħmel il-pagament.

(d) Meta jinstab li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ma jkunux ġew osservati, għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 35 u 50 il-ġurnata, jew il-ġranet, sa meta l-limitu taż-żmien ta' 28 ġurnata jiġi maqbuż għandhom jitqiesu li jkunu ġranet sa meta l-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikoli 7 u 34jiġi maqbuż.

Jekk kemm il-limitu taż-żmien ta' 60 ġurnata stipulat fl-Artikolu 7 (1) u l-limitu taż-żmien ta' 28 jum stipulat fil-punt (a)jiġu maqbuża, l-ammont li bih ir-rifużjonijiet għandhom jitnaqqsu jew il-parti tal-garanzija li għandha tiġi ssekwestrata għandha tkun egwali għal dik dovuta għall-akbar miż-żewġ eċċessi.

2. Għall-iskop ta' għotja tar-rifużjonijiet fil-każ ta' l-esportazzjonipermezz tat-triq, permezz tal-passaggi fuq l-ilma jew permezz tal-ferrovija, id-dispożizzjonijiet speċjali segwenti għandhom japplikaw:

(a) Meta l-kopja ta' kontroll T5 jew id-dokument nazzjonali li jagħti prova li l-prodotti jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità jkunu ġew endorsjati mill-awtoritajiet kompetenti, il-prodotti ma jkunux jistgħu, ħlief fil-każ ta' force majeure, imorru lura lejn dak it-territorju apparti milli għall-iskop ta' operazzjoni ta' trasbord u mhux għal aktar minn 28 ġurnata. Dak il-limitu taż-żmien m'għandux japplika meta l-prodotti kkonċernati jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità definittivament fil-limitu taż-żmien oriġinali ta' 60 ġurnata.

(b) L-osservanza tal-punt (a) għandha tiġi vverifikata bi spezzjonijiet adegwati fuq il-post imwettqa mill-aġenzija li teffetwa l-pagament. F'każijiet bħal dawn id-dokumenti ta' trasport li jkopru l-prodotti sal-wasla tagħhom fil-pajjiż terz li fih għandhom ikunu żbarkati, huma meħtieġa.

Fil-każijiet meta jinstab li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ma jkunux ġew osservati, għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 35 u 50, il-ġurnata, jew il-ġranet, sa meta l-limitu taż-żmien ta' 28 ġurnata jinqabeż għandhom jitqiesu li jkunu ġranet sa meta l-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikoli 7 u 34 jiġi maqbuż.

Jekk kemm il-limitu taż-żmien ta' 60 ġurnata preskritt fl-Artikolu 7 (1) u l-limitu taż-żmien ta' 28 ġurnata preskritt fil-punt (a) jinqabżu, l-ammont li bih ir-rifużjonijiet għandhom jitnaqqsu jew il-parti tal-garanzija li għandha tkun ikkonfiskata għandha tkun egwali għal dik dovuta għall-akbar miż-żewġ eċċessi.

3. Għall-iskop ta' għotja tar-rifużjonijiet fil-każ ta' l-esportazzjoni permezz ta' l-ajru, id-dispożizzjonijiet speċjali segwenti għandhom japplikaw:

(a) Il-kopja ta' kontroll T5 jew id-dokument nazzjonali li jagħti prova li l-prodotti jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità jistgħu jiġu kkonfermati biss mill-awtoritajiet kompetenti mal-preżentazzjoni tad-dokument tat-trasport li jindika d-destinazzjoni finali li hi 'il barra mit-territorju doganali tal-Komunità.

(b) Fejn jinstab li, wara t-twettieq tal-formalitajiet imsemmija fil-punt (a), il-prodotti jkunu baqgħu, ħlief fil-każ ta' force majeure, għal aktar minn 28 ġurnata għall-iskop ta' trasbord f'wieħed jew aktar ajruporti fit-territorju doganali tal-Komunità, il-ġurnata jew ġranet, sa meta l-limitu taż-żmien ta' 28 ġurnata jinqabeż għandhom, għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 35 u 50, jitqiesu bħala ġranet sa meta l-limitu taż-żmien stipulat fl-Artikoli 7 u 34 jinqabeż.

Jekk kemm il-limitu taż-żmien ta' 60 ġurnata stipulat fl-Artikolu 7 (1) u l-limitu taż-żmien ta' 28 ġurnata stipulat f'dan il-punt jinqabżu, l-ammont li bih ir-rifużjonijiet għandhom jitnaqqsu jew il-parti tal-garanzija li għandha tkun issekwestrata trid tkun egwali għal dik dovuta għall-akbar miż-żewġ eċċessi.

(ċ) L-osservanza ta' dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata bi spezzjonijiet adegwati fuq il-post imwettqa mill-aġenzija li tħallas..

(d) Il-limitu taż-żmien ta' 28 ġurnata stipulat f'(b) m'għandux japplika meta l-prodotti kkonċernati jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità definittivament fil-limitu taż-żmien oriġinali ta' 60 ġurnata.

Artikolu 10

1. Meta l-prodott jitpoġġa, fl-Istat Membru ta' l-esportazzjoni, taħt waħda mill-proċeduri Komunitarji ssimplifikati ta' trasbord għall-ġarr permezz tal-ferrovija jew containers kbar stipulati fl-Artikoli 412 sa 442 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għall-ġarr lejn stazzjon tad-destinazzjoni jew għall-konsenja lejn il-konsenjatarju 'l barra mit-territorju doganali tal-Komunità, il-ħlas tar-rifużjonijiet m'għandux ikun kondizzjonali fuq il-produzzjoni tal-kopja ta' kontroll T5.

2. Għall-iskop tal-paragrafu 1, l-uffiċċju doganali kompetenti għandu jassigura li l-kliem "Tluq mit-territorju doganali tal-Komunità permezz tal-proċedura Komunitarja ssimplifikata ta' trasbord għall-ġarr permezz tal-ferrovija jew containers kbar" ikunu miktuba fuq id-dokument maħruġ għall-iskop tal-ħlas tar-rifużjonijiet.

3. L-uffiċċju doganali minn fejn il-prodotti jitpoġġew taħt proċedura li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 ma jistax jippermetti li l-kuntratt ta' ġarr jiġi emendat sabiex il-ġarr jintemm fi ħdan il-Komunità sakemm ma jkunx stabbilit li:

- meta ir-rifużjoni tkun ġiet imħallsa, tali rifużjoni tkun ġiet rimborżati,

jew

- il-passi neċessarji jkunu ttieħdu mill-awtoritajiet sabiex jassiguraw li r-rifużjonima tiġix imħallsa.

Madanakollu, jekk ir-rifużjonijiet ikunu ġew imħallsa skond il-paragrafu 1 u l-prodott ma jkunx ħalla t-territorju doganali tal-Komunità fil-limitu taż-żmien stipulat, l-uffiċċju doganali kompetenti għandu jinforma b'dan lill-aġenzija responsabbli li tħallas ir-rifużjonijiet u għandu jipprovdiha malajr kemm jista' jkun bid-dettalji neċessarji. F'każijiet bħal dawn ir-rifużjonijiet għandhom jitqiesu bħala li jkunu tħallsu żejda.

4. Meta prodott li jkun f'ċirkolazzjoni permezz tal-proċedura ta' transitu estern tal-Konumità jew tal-proċedura komuni ta' trasport jitqiegħed fi Stat Membru ieħor apparti minn dak ta' l-esportazzjoni permezz tal-proċedura kif previst fil-paragrafu 1 għall-ġarr lejn stazzjon tad-destinazzjoni jew għall-konsenja lil destinatarju 'l barra mit-territorju doganali tal-Komunità, l-uffiċċju doganali li fih il-prodott jitpoġġa taħt il-proċedura kif imsemmija hawn fuq għandu jikteb waħda mill-kitbiet segwenti taħt "Rimarki" fis-sezzjoni intitolata "Kontroll ta' l-użu u/jew tad-destinazzjoni" fuq in-naħa ta' wara ta' l-oriġinal tal-kopja ta' kontroll T5:

- - Documento de transporte:

tipo:

número:

- Fecha de aceptación para el transporte por parte de la administración ferroviaria o de la empresa de transporte de que se trate:

- - Transportdokument:

tip:

nummer:

- Dato for overtagelse ved jernbane eller ved det pågældende transportfirma:

- - Beförderungspapier:

Art:

nummer:

- Zeitpunkt der Annahme zur Beförderung durċh die Eisenbahnverwaltung oder das betreffende Beförderungsunternehmen:

- - Έγγραφο μεταφοράς:

είδος:

αριθμός:

- Ημερομηνία αποδοχής για τη μεταφορά από τη διοίκηση των σιδηροδρόμων:

- - Transport document:

Type:

Number:

- Date of acceptance for carriage by the railway authorities or the transport undertaking concerned:

- - Document de transport:

espèce:

numéro:

- Date d'acceptation pour le transport par l'administration des chemins de fer ou par l'entreprise de transports concernée:

- - Documento di trasporto:

tipo:

numero:

- Data di accettazione per il trasporto da parte delle ferrovie o dell'impresa di trasporto interessata:

- - Vervoerdocument:

tip:

nummer:

- Datum van aanneming ten vervoer door de betrokken spoorwegadministratie of de betrokken vervoeronderneming:

- - Documento de transporte:

tipo:

número:

- Data de aceitação para o transporte pela administração dos caminhos-de-ferro ou pela empresa de transporte interessada:

- - Kuljetusasiakirja:

tyyppi:

numero:

- Päivä, jona rautatieviranomainen tai asianomainen kuljetusyritys hyväksyi kuljetettavaksi:

- - Transportdokument:

typ:

nummer:

- Mottagningsdag för befordran hos järnvägsföretaget eller det berörda transportföretaget:

Meta l-kuntratt tat-trasport jiġi emendat sabiex it-trasport jispiċċa fil-Komunità, il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis.

5. Meta prodott jgħaddi f'idejn il-ferroviji fl-Istat Membru ta' l-esportazzjoni jew fi Stat Membru ieħor u jiċċirkola taħt il-proċedura ta' transitu estern tal-Komunità jew il-proċedura komuni ta' transitu b'kuntratt ta' ġarr għal trasport ikkumbinat bit-triq u bil-ferrovija għal destinazzjoni barra t-territorju doganali tal-Komunità, l-uffiċċju doganali kompetenti għal jew l-eqreb stazzjon tal-ferrovija li fih il-prodott jgħaddi f'idejn il-ferroviji għandu jdaħħal waħda mis-segwenti kitbiet taħt "Rimarki" fis-sezzjoni li tibda "Kontroll ta' l-użu u/jew destinazzjoni" fuq wara ta' l-oriġinal tal-kopja ta' kontroll T5:

- - Documento de transporte:

tipo:

número:

- Fecha de aceptación del transporte por parte de la administración ferroviaria:

- - Transportdokument:

tip:

nummer:

- Dato for overtagelse ved jernbane:

- - Beförderungspapier:

Art:

nummer:

- Zeitpunkt der Annahme zur Beförderung durch die Eisenbahnverwaltung:

- - Έγγραφο μεταφοράς:

είδος:

αριθμός:

- Ημερομηνία αποδοχής για τη μεταφορά από τη διοίκηση των σιδηροδρόμων:

- - transport document:

type:

name:

- Date of acceptance for carriage by the railway authorities:

- - Document de transport:

espèce:

numero:

- Date d'acceptation pour le transport par l'administration des chemins de fer:

- - Documento di trasporto:

tipo:

numero:

- Data di acettazione del trasporto da parte dell'amministrazione delle ferrovie:

- - Vervoerdocument:

tip:

nummer:

- Datum van aanneming ten vervoer door de spoorwegadministratie:

- - Documento de transporte:

tipo:

número:

- Data de aceitação do transporte pela administração dos caminhos-de-ferro:

- - Kuljetusasiakirja:

tyyppi:

numero:

- Päivä, jona rautatieviranomainen hyväksyi kuljetettavaksi:

- - Transportdokument:

typ:

nummer:

- Mottagningsdag för befordran hos järnvägsföretaget:

Kuntratt ta' trasport għal trasport ikkombinat bit-triq u bil-ferrovija li jkun emendat sabiex il-ġarr jintemm ġewwa l-Komunità minflok barra ma jistax jitwettaq mill-awtoritajiet ferrovjarji mingħajr l-awtorizziazzjoni preċedenti ta' l-uffiċċju tat-tluq. F'każijiet bħal dawn, il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 11

1. Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss fuq prodotti li, irrispettivament mis-sitwazzjoni tad-dwana rigward l-ippakkjar:

- joriġinaw fil-Komunità u jiċċirkolaw liberament fil-Komunità, jew

- jiċċirkolaw liberament fil-Komunità, jew

- jiċċirkolaw liberament fil-Komunità, ir-rifużjonif'dan il-każ huma llimitati għall-ammont tal-ħlas ta' l-importazzjoni miġbur fil-ħin ta' l-importazjoni.

Id-dispożizzjonijiet leġislattivi dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodott kkonċernat għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet applikabbli għall-prodott wara li jiġi kkunsidrat l-ewwel subparagrafu.

2. Meta ir-rifużjonijiet jingħataw bil-kondizzjoni li l-prodott ikun oriġina fil-Komunità, l-esportaturi għandhom jiddikjaraw l-oriġini kif imfissra fit-tieni u fit-tielet subparagrafi bi qbil mar-regoli tal-Komunità fis-seħħ.

Għall-iskop ta' l-għoti tar- rifużjonijiet, prodotti jitqiesu li huma ta' origini komunitarja jekk ikunu ġew ottenuti kompletament fil-Komunità jew jekk l-aħħar proċessar jew xogħol li jkun sar fuqhom ikun sar fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 jew 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Bla preġudizzju għall-għoti tar-rifużjonijiet, il-prodotti joriġinaw fil-Komunità jekk ikunu miksuba totalment fil-Komunità jew jekk l-aħħar proċessar jew xogħol sostanzjali jkun seħħ fil-Komunità bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 jew 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, prodotti miksuba minn dawn li ġejjin ma għandhomx jikkwalifikaw għal rifużjonijiet:

- materjali li joriġinaw fil-Komunità, u

- materjal agrikolu kopert mir-regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 importati minn pajjiżi terzi li ma jgħaddux minn ipproċessar sostanzjali ġewwa l-Komunità.

3. Għall-iskop ta' l-Artikolu 17(12) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, l-esportaturi għandhom jiddikjaraw li z-zokkor jilħaq waħda mill-kondizzjonijiet preskritti f'dak ir-Regolament u għandu jispeċifika l-kondizzjoni f'dak il-każ.

4. Id-dikjarazzjonijiet skond il-l-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu vverifikati bl-istess mod bħal kwalunkwe informazzjoni oħra f'dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni.

5. Meta prodotti komposti li jikkwalifikaw għal rifużjonijiet fuq wieħed jew aktar ta' l-ingredjenti tagħhom jiġu esportati, ir-rifużjonijiet fuq ta' l-aħħar għandhom jingħataw suġġetti għall-konformità tagħhom mal-kondizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1.

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw ukoll meta l-ingredjent, jew l-ingredjenti, li fir-rigward tagħhom ir-rifużjonijiet ikunu mitluba oriġinarjament jidħlu fit-termini stabbiliti fil-paragrafu 1 u ma jkunux aktar f'ċirkolazzjoni libera unikament minħabba l-inkorporazzjoni tagħhom fi prodotti oħra.

6. Għall-iskop tal-paragrafu 5, ir-rifużjonijiet dwar is-segwenti għandhom jitqiesu rifużjonijiet stabbiliti fuq il-bażi ta' ingredjent:

- prodotti bażiċi fl-oqsma ta' ċereali, bajd, ross, zokkor, ħalib u prodotti tal-ħalib, esportati fil-forma ta' l-oġġetti li hemm referenza dwarhom fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 1222/94,

- zokkor abjad u zokkor mhux maħdum li jaqgħu taħt kodiċi NM 1701, glukożju u ġulepp tal-glukożju li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 17023051, 17023059, 17023091, 17023099, u 17029050, isogluċose li jaqa' taħt il-kodiċi NM 17023010, 17024010, 17026010, u 17029030 u ġulepp tal-pitravi u tal-kannamieli li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 17026095 u 17029099, użati fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96,

- ħalib u prodotti tal-ħalib u zokkor esportati fil-forma ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 04021091 sa 99, 040229, 040299, 04031031 sa 39, 04039031 sa 39, 04039061 sa 69, 04041026 sa 38, 040630 li ma huma fl-ebda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat,

- ċereali esportati fil-forma ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23091011 sa 70 u 23099031 sa 70 u elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92,

- ħalib u prodotti tal-ħalib esportati fil-forma ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23091011 sa 70 u 23099031 sa 70 u elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 804/68,

Artikolu 12

1. Ir-rata ta' rifużjonijiet applikabbli għal taħlitiet li jaqgħu taħt il-Kapitoli 2, 10 u 11 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tkun dik applikabbli:

(a) fil-każ ta' taħlit fejn ingredjent wieħed jikkostitwixxi mill-inqas 90 % tal-piż, għal dak l-ingredjent;

(b) fil-każ ta' taħlit ieħor, għall-ingredjent li għalih tapplika l-inqas rata ta' rifużjonijiet. Fejn ingredjent wieħed jew iktar ma jikkwalifikax għal rifużjonijiet, l-ebda rifużjonim' għandha titħallas fuq taħlitta'din ix-xorta..

2. Sabiex jiġu kkalkolati r-rifużjonijiet applikabbli għall-oġġetti mpoġġija f'settijiet u oġġetti komposti, kull komponent għandu jkun kkunsidrat bħala komponent separat.

3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal taħlit, oġġetti mpoġġija f'settijiet u oġġetti komposti li għalihom ġew stabbiliti regoli speċjali dwar il-kalkolazzjoni..

Artikolu 13

Id-dispożizzjonijiet rigward l-iffissar ta' rifużjonijiet bil-quddiem u aġġustamenti li jridu jsiru għandhom japplikaw biss għal prodotti li għalihom ġiet stabbilita rata ta' rifużjoni egwali jew ogħla minn żero

Sezzjoni 2

Rifużjonijiet differenzjati

Artikolu 14

1. Meta r-rata tar-rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni, ir-rifużjonijiet għandhom jitħallsu suġġetti għall-kondizzjonijiet addizzjonali stabbbiliti fl-Artikoli 15 u 16.

2. Meta rata waħda ta' rifużjoni tapplika fir-rigward tad-destinazzjonijiet kollha fil-jum ta' l-iffissar bil-quddiem u d-destinazzjoni obligatorja tkun stipulata, ir-rifużjonijiet għandhom jitqiesu li jvarjaw skond id-destinazzjoni meta r-rata li tkun tapplika fil-jum ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun aktar baxxa mir-rata stabbilita bil-quddiem, kif aġġustata, metaxieraq, fid-data ta' taliaċċettazzjoni

Artikolu 15

1. Il-prodotti għandhom jiġu mportati fl-istat mhux mibdul tagħhom, f'pajjiż terz jew f'wieħed mill-pajjiżi terzi li dwarhom japplikaw ir-rifużjonijiet, fi żmien 12-il xahar mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, estenzjoni għal dan il-limitu jista' jingħata skond l-Artikolu 49.

2. Il-prodotti għandhom jiġu meqjusa bħala li kienu ġew importati fl-istat mhux mibdul tagħhom jekk ma jkun hemm l-ebda evidenza ta' proċessar.

B'dana kollu:

- l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29 (4) mwettqa bl-iskop li l-prodotti jibqgħu miżmuma fiż-żġur jistgħu jsiru qabel l-importazzjoni u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal konformità mal-paragrafu 1,

- il-prodotti pproċessati qabel l-importazzjoni għandhom jiġu meqjusa li kienu ġew impurtati fl-istat mhux mibdul tagħhom basta li l-proċessar iseħħ f'pajjiż terz li fih il-prodotti kollha li jirriżultaw minn ipproċessar bħal dak ikunu importati.

3. Prodott għandu jiġi meqjus li kien ġie importat meta l-formalitajiet doganali ta' l-importazzjoni, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-ġbir tad-dazji ta' l-importazzjoni jkunu ġew imwettqa.

4. Il-parti differenzjata tar-rifużjonijiet għandha titħallas fuq il-massa tal-prodotti li jkunu għaddew mill-formalitajiet doganali għall-importazzjoni fil-pajjiż terz; b'dana kollu, m'għandha tittieħed l-ebda konsiderazzjoni ta' xi varjazzjonijiet fil-massa li jistgħu jseħħu waqt it-trasport bħala riżultat ta' kawżi naturali u li huma rrikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti jew minħabba l-ġbir ta' kampjuni u skond id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7 (1).

Artikolu 16

1. Prova li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni jkunu ġew imwettqa għandha, skond ma jagħżel l-esportatur, tkun provduta b'wieħed minn dawn id-dokumenti segwenti:

(a) id-dokument doganali jew kopja jew foto-kopja tiegħu; kopja jew foto-kopja bħal din għandha tiġi ċċertifikata, bħala kopja vera, mill-korp li jkun endorsja d-dokument oriġinali, aġenzija uffiċjali tal-pajjiż terz konċernat, aġenzija uffiċjali ta' Stat Membru fil-pajjiż terz konċernat jew aġenzija responsabbbli għal ħlas tar-rifużjonijiet;

(b) ċertifikat tal-ħatt u ta' l-importazzjoni mħejji minn aġenzija ta' kontroll internazzjonali u ta' superviżjoni approvata minn Stat Membru skond il-ħtiġiet minimi stabbiliti fil-paragrafu 5. Id-data u n-numru tad-dokument doganali għandhom jidhru fuq iċ-ċertifikat konċernat.

2. Meta esportatur ma jkunx jista' jakkwista d-dokument magħzul skond il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, anki wara li jkun ħa l-passi xierqa, jew meta jkun hemm dubju dwar l-awtentiċità tad-dokumentprovdut, prova tat-twettieq tal-formalitajiet doganali għall-importazzjoni tista' tkun provduta b'wieħed jew aktar mid-dokumenti segwenti.

(a) kopja tad-dokument tal-ħatt maħruġ jew endorsjat fil-pajjiż terz li fuqu jistgħu jitħallsu r-rifużjonijiet;

(b) ċertifikat tal-ħatt maħruġ minn aġenzija uffiċjali ta' Stat Membru stabbilita fi, jew kompetenti għal, pajjiż tad-destinazzjoni, li tiċċertifika b'żieda li l-prodott ikun ħalla l-post tal-ħatt jew għall-inqas li, sa kemm tkun taf, il-prodott ma jkunx ġie sussegwentement mgħobbi għall-esportazzjoni mill-ġdid;

(ċ) ċertifikat tal-ħatt imħejji minn aġenzija ta' kontroll internazzjonali u ta' superviżjoni approvata minn Stat Membru skond il-ħtiġijiet minimi stabbiliti fil-paragrafu 3, li tiċċertifika b'żieda li l-prodott ikun ħalla l-post tal-ħatt jew għall-inqas li, sa kemm tkun taf, il-prodott ma jkunx ġie sussegwentement mgħobbi għall-esportazzjoni mill-ġdid;

(d) dokument bankarju maħruġ minn intermedjarji approvati stabbiliti fil-Komunità, li jiċċertifika, fil-każ tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II, li l-ħlas għal-esportazzjoni f'dak il-każ ikun ġie kkreditat lill-kont ta' l-esportatur, b'dawk l-ammonti;

(e) ċertifikat ta' aċċettazjoni tal-konsenja maħruġ minn aġenzija uffiċjali tal-pajjiż terz konċernat, meta l-oġġetti jkunu mixtrija minn dak il-pajjiż jew minn aġenzija uffiċjali ta' dak il-pajjiż jew meta l-oġġetti jikkonstitwixxu għajnuna ta' ikel;

(f) dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni tal-konsenja maħruġ minn organizzazzjoni internazzjonali jew minn organizzazzjoni umanitarja approvata mill-Istat Membru ta' l-esportazzjoni, meta l-oġġetti jkunu jikkonstitwixxu għajnuna ta' ikel;

(g) dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' konsennja maħruġa minn korp f'pajjiż terz li l-istedina tiegħu għal offerti tkun aċċettabbli permezz ta' l-Artikolu 44 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 meta l-oġġetti jkunu mixtrija minn dak il-korp.

3. L-esportaturi għandhom fil-każijiet kollha jipproduċu kopja jew foto-kopja tad-dokumenti tat-trasport.

4. Il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE u fl-artikoli korrispondenti tar-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, tistabbilixxi li, f'ċerti każijiet speċifiċi li għandhom jiġu ddeterminati, il-prova ta' l-importazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tista' tiġi provduta b'dokument speċifiku jew b'xi mod ieħor.

5. Il-ħtiġiet minimi għall-approvazzjoni minn aġenziji ta' kontroll internazzjonali jew ta' aġenziji ta' sorveljanza, għandhom ikunu s-segwenti:

(a) L-aġenziji ta' kontroll u superviżjoni għandhom jiġu approvati, fuq it-talba tagħhom, mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għal perjodu ta' tliet snin. L-approvazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

(b) Meta l-provi primarji u sekondarji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-punt (ċ) tal-paragrafu 2 jiġu mħejjija, l-aġenziji ta' kontroll u superviżjoni għandhom iwettqu l-verifiki kollha meħtieġa biex jiddeterminaw in-natura, il-karatteristiċi u l-kwantita tal-prodotti msemmija fiċ-ċertifikat. Għandu jinfetaħ fajl għal kull ċertifikat maħruġ li fih l-attivitajiet kollha ta' sorveljanza jiġu rreġistrati. Il-verifiki għandhom isiru fuq il-post fil-waqt ta' l-importazzjoni, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq.

(ċ) L-aġenziji ta' kontroll u superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-punt (ċ) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu independenti mill-partijiet involuti fit-transazzjoni li tkun taħt l-iskrutinju., La l-aġenzija ta' kontroll u superviżjoni li tagħmel il-kontrolli dwar tranżazzjoni partikolari, lanqas xi kumpannija sussidjarja li tappartjeni lill-istess grupp finanzjarju, ma tista' tieħu sehem fl-operazzjoni bħala esportatur, aġent doganali, burdnar, konsenjant, persuna responsabbli għall-maħzen,jew f'xi kapaċita oħra li aktarx li toħloq kunflit ta' interess.

(d) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 4045/89 [36], l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw l-attivitajiet ta' l-aġenziji ta' kontroll u superviżjoni f'intervalli regolari jew meta jkun hemm raġuni għal dubju jekk il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni jkunux ġew oservati.

(e) L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-approvazzjoni, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk jinstab li l-aġenzija tal-kontroll u s-superviżjoni ma tkunx tista' aktar tiggarantixxi l-konformità mal-kondizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu immedjetament jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-irtirar ta' l-approvazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tkun is-suġġett ta' skambju ta' veduti fil-Kumitati ta' Ġestjoni relevanti kollha.

L-irtirar ta' l-approvazzjoni għandha tkun valida għall-Istati Membri kollha.

Artikolu 17

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-esportaturi milli jipprovdu prova apparti mid-dokument tat-trasport meħtieġ permezz ta' l-Artikolu 16, meta operazzjoni ta' l-esportazzjoni toffri granziji adegwati tal-wasla fid-destinazzjoni ta' prodotti koperti b'dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni li tagħti l-intitolament għal rifużjonijiet tal-komponent varjabbli li ma jkunx jeċċedi:

(a) EUR 1200 fil-każ ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) (ċ) tar-Regolament Nru 136/66/KEE;

(b) EUR 1200 fil-każ ta' prodotti apparti minn dawk imsemmija fil-punt (a) meta pajjiż terz jew territorju tad-destinazzjoni elenkat fl-Artikolu IV;

(ċ) EUR 6000 fil-każ ta' prodotti apparti minn dawk imsemmija fil-punt (a) meta pajjiż terz jew it-territorju tad-destinazzjoni ma jkunx elenkat fl-Anness IV

Artikolu 18

1. B'deroga mill-Artikolu 14 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, parti mir-rifużjonijiet għandhom jitħallsu ma' l-applikazzjoni mill-esportatur la darba tiġi provduta l-prova li l-prodott ikun telaq mit-territorju doganali tal-Komunità.

2. Il-parti tar-rifużjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta' l-anqas rata għar-rifużjonijiet, li minnhom titnaqqas 20 % tad-differenza bejn ir-rata stabbilita bil-quddiem u l-anqas rata jew żero, meta l-ebda rata ma tkun stabbilita.

Meta l-ammont li għandu jiġi mħallas ma jeċċedix EUR 2000, l-Istati membri jistgħu jiddifferixxu l-ħlas ta' dak l-ammont sakemm jitħallsu r-rifużjonijiet kollha kkonċernati, apparti minn meta l-esportatur jiddikjara li hu ma jkunx sejjer japplika għal pagament ta' ammont ieħor f'dak li jirrigwarda l-esportazzjoni kkonċernata.

3. Meta d-destinazzjoni mmarkata fil-kaxxa 7 tal-liċenzji maħruġa bl-iffissar bil-quddiem tar-rifużjonijiet ma tkunx osservata:

(a) jekk ir-rata tar-rifużjonijiet li tikkorrispondi ma' dik tad-destinazzjoni attwali tkun egwali għal jew ogħla mir-rata tar-rifużjonijiet għad-destinazzjoni indikata fil-kaxxa 7, ir-rifużjonijiet għad-destinazzjoni indikata fil-kaxxa 7 għandha tapplika;

(b) jekk ir-rata tar-rifużjonijiet li tikkorrispondi ma' dik tad-destinazzjoni attwali tkun inqas mir-rata tad-destinazzjoni indikata fil-kaxxa 7, ir-rifużjonijiet li għandhom jitħallsu għandhom ikunu:

- dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata li tikkorrispondi ma' dik tad-destinazzjoni attwali,

- imnaqqsa, għajr fil-każ ta' force majeure, b'20 % tad-differenza bejn ir-rifużjonijiet għad-destinazzjoni mmarkata fil-kaxxa 7 u r-rifużjonijiet għad-destinazzjoni attwali.

Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, ir-rati tar-rifużjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom ikunu dawk applikabbli fil-jum li fih tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal-liċenzja. Rati bħal dawn għandhom jiġu aġġustati, meta applikabbli, fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew tad-dikjarazzjoni tal-pagament.

Meta l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta' dan il-paragrafu u ta' l-Artikolu 51 japplikaw għall-istess operazzjoni ta' esportazzjoni, l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għandu jiġi mnaqqas bil-penalità prevista fl-Artikolu 51.

4. Meta r-rata ta' rifużjonijiet tkun iddeterminata bl-istedina biex isiru offerti u l-kuntratt relevanti jistipula destinazzjoni obbligatorja, kwalunkwe rifużjonijiet perjodiċi stabbiliti jew il-fatt li l-ebda rifużjonijiet bħal dawn ma jkunu ġew stabbiliti għal dik id-destinazzjoni fid-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għal-liċenzja jew fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni m'għandhiex tiġi kkunsidrata biex tiġi ddeterminata l-anqas rata tar-rifużjonijiet.

Artikolu 19

1. Il-paragrafi 2 sa 5 għandhom japplikaw meta prodott jiġi esportat permezz ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' iffissar bil-quddiem li jistipula destinazzjoni obligatorja.

2. Meta prodott ma jasalx fid-destinazzjoni obligatorja, għandha titħallas biss dik il-parti tar-rifużjonijiet li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 18 (2).

3. Meta, għal raġunijiet ta' force majeure, il-prodott jiġi mwasssal f'destinazzjoni li ma tkunx dik li għaliha tkun inħarġet il-liċenzja ta' l-esportazzjoni, ir-rifużjonijiet għandhom jitħallsu ma' l-applikazzjoni mill-esportatur jekk hu jġib prova ta' force majeure u prova tal-wasla tal-prodott fid-destinazzjoni; il-prova tal-wasla fid-destinazzjoni għandha tiġi pprovduta skond l-Artikoli 15 u 16.

4. Fejn japplika l-paragrafu 3, ir-rifużjonijiet applikabbli għandhom ikun egwali għar-rifużjonijiet stabbiliti għad-destinazzjoni attwali, imma ma jistgħux ikunu ogħla minn dawk applikabbli għad-destinazzjoni mmarkati fil-kaxxa 7 tal-liċenzja maħruġa b'iffissar'il quddiem tar-rifużjonijiet.

Ir-rati tar-rifużjonijiet għandhom jiġu aġġustati, meta applikabbli, fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew tad-dikjarazzjoni tal-pagament.

5. Biex jikkwalifikaw għal rifużjonijiet iffissati bil-quddiem, meta prodott jiġi esportat permezz ta' liċenzja maħruġa permezz ta' l-Artikolu 44 tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 u r-rifużjonijiet ivarjaw skond id-destinazzjoni, l-esportatur għandu jipprovdi prova, b'żieda ma' dik meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 16, li dak il-prodott kien ġie mwassal fil-pajjiż terz ta' l-importazzjoni lill-korp speċifikat fl-istedina għall-offerti li għaliha tirreferi l-liċenzja.

Sezzjoni 3

Miżuri speċifiċi ta' protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità

Artikolu 20

1. Meta:

(a) ikun hemm dubju serju rigward id-destinazzjoni vera tal-prodott;

jew

(b) minħabba d-differenza bejn l-ammont tar-rifużjonijiet fuq il-prodott esportat u l-ammont tad-dazju ta' importazzjoni mhux-preferenzjali applikabbli fuq prodott identiku fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, il-prodott jista' jiġi impurtat mill-ġdid fil-Komunità,

jew

(ċ) ikun hemm suspetti serji li l-prodott, fl-istat mhux mibdul tiegħu jew wara li jkun ġie pproċessat f'pajjiż terz, ikun ġie impurtat mill-ġdid fil-Komunità mingħajr dazju jew b'rata ta' dazju mnaqqas;

ir-rata waħdanija tar-rifużjonijiet jew tal-parti tar-rifużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 18 (2) għandha titħallas biss jekk il-prodott ikun ħalla t-territorju doganali tal-Komunità skond l-Artikolu 7, u,

(i) fil-każ ta' rifużjonijiet mhux-differenzjati, il-prodott ikun ġie impurtat f'pajjiż terz ma' tul it-12-il xahar li jsegwu d-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew li jkun għadda minn proċessar jew xogħol sostanzjali ma' tul dan il-perijodu skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92

(ii) fil-każ ta' rifużjonijiet differenzjati skond id-destinazzjoni, il-prodott ikun ġie impurtat fl-istat mhux mibdul tiegħu f'pajjiż terz speċifiku fi żmien it-12-il xahar mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni.

L-Artikoli 15 u 16 għandhom japplikaw għall-importazzjoni f'pajjiżi terzi.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jitolbu evidenza addizzjonali għar-rifużjonijiet kollha li jagħtu prova għas-sodisfazzjon tagħhom li l-prodott ikun attwalment tqiegħed fuq is-suq fil-pajjiż terz ta' l-importazzjoni jew li jkun għadda minn proċessar jew xogħol sostanzjali skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Żmien addizzjonali jista' jingħata skond il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 49.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-paragrafu 1 fuq l-inizjattiva tagħhom stess u wkoll fuq talba mill-Kummissjoni.

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-każ maħsub fil-punt (b) tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw jekk iċ-ċirkostanzi konkreti tat-tranżazzjoni f'dak il-każ, -meta b'mod partikolari jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tat-trasport - li probabbilment jeskludu r-riskju ta' l-importazzjoni mill-ġdid. Barra minn hekk, l-Istati Membri ma jistgħux japplikawhom meta l-ammont tar-rifużjonijiet jkun egwali għal jew anqas minn EUR 500 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni kkonċernata.

3. Fejn japplika l-paragrafu 1 u l-prodott, wara li jitlaq mit-territorju doganali tal-Komunità, ikun tħassar waqt it-tranżitu jew bħala riżultat ta' force majeure;

- fil-każ ta' rifużjonijiet mhux differenzjati, għandhom jitħallsu r-rifużjonijiet totali,

- fil-każ ta' rifużjonijiet differenzjati, għandha titħallas il-parti tar-rifużjonijiet stabbilita skond l-Artikolu 18.

4. Il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli qabel ma jkunu tħallsu r-rifużjonijiet.

B'dana kollu, ir-rifużjonijiet għandhom ikunu meqjusa bħala li m'humiex iġġustifikati u għandhom jitħallsu lura jekkukoll wara li r-rifużjonijiet ikunu ġew imħallsa, l-awtoritajiet kompetenti jsibu:

(a) li l-prodott kien ġie meqrud jew li kien sofra l-ħsara qabel ma ġie mqiegħed fuq is-suq ta' pajjiż terz jew qabel ma kien sar fuqu xogħol jew proċessar sostanzjali skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, f'pajjiż terz, sa kemm l-esportatur ma' jkunx jista' jagħti prova għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti li l-esportazzjoni kienet saret taħt kundizzjonijiet ekonomiċi tali li l-prodott seta' raġonevolment jiġi kummerċjalizzat f'pajjiż terz mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 21(2);

(b) li l-prodott kien ġie mqiegħed taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju f'pajjiż terz, 12-il xahar wara d-data ta' l-esportazzjoni mill-Komunità, mingħajr ma jkun għadda, f'pajjiż terz, minn xi proċessar jew xogħol sostanzjali skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u li l-esportazzjoni ma kinitx ġiet imwettqa bħala tranżazzjoni kummerċjali normali;

(ċ) li l-prodott esportat ikun impurtat mill-ġdid fil-Komunità mingħajr ma jkun għadda minn proċessar jew xogħol sostanzjali fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, li d-dazju mhux-preferenzjali fuq l-importazzjoni jkun anqas minn dak tar-rifużjonijiet mogħtija, u li l-esportazzjoni kienet twettqet bħala tranżazzjoni kummerċjali normali;

(d) li l-prodotti elenkati fl-Anness V jiġu impurtati lura fil-Komunità:

- wara li jkunu għaddew minn xogħol jew proċessar f'pajjiż terz mingħajr ma jkunu akkwistaw il-livell tal-proċessar previst fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, u

- ikollhom dazji ta' importazzjoni mnaqqsa jew dazju ta' importazzjoni b'rata żero u mhux rata preferenzjali.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien jekk isibu li l-prodotti apparti minn dawk inklużi fl-Anness V jistgħu joħolqu bdil fid-direzzjoni tal-kummerċ.

Il-punti (ċ) u (d) m'għandhomx ikunu applikabbli fil-każijiet meta l-Kapitolu 2 ("Oġġetti mibgħuta lura") tat-Titolu VI tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jkunu japplikaw, jew meta l-prodotti jiġu importati lura mill-inqas sentejn wara l-jum ta' l-esportazzjoni.

L-Artikolu 51 m'għandux japplika għal dawk il-każijiet imsemmija fil-punti (b), (ċ) u (d).

Sezzjoni 4

Każijiet fejn ma tingħata l-ebda rifużjonit

Artikolu 21

1. L-ebda rifużjoni m'għandha tingħata fuq prodotti li ma jkunux ta' kwalità tajba u ġusta biex jitpoġġew fuq is-suq fid-data li fiha d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tiġiaċċettata.

Il-prodotti għandhom jiġu meqjusa li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbilit fl-ewwel subparagrafu jekk dawn ikunu jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq fit-territorju tal-Komunità taħt kondizzjonijiet normali permezz tad-deskrizzjoni li tkun tidher fuq l-applikazzjoni għar-rifużjonijiet u jekk, fejn dawn il-prodotti huma intenzjonati għal konsum uman, l-użu tagħhom għal dak l-għan ma jkunx eskluż jew sostanzjalment imfixkel minħabba l-karatteristiċi jew il-kondizzjoni tagħhom.

Il-konformità tal-prodotti mal-ħtiġiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandha tkun eżaminata skond l-istandards jew il-prattiċi eżistenti fil-Komunità.

B'dana kollu, ir-rifużjonijiet għandhom ukoll jingħataw meta, fil-pajjiż tad-destinazzjoni, il-prodotti esportati jkunu suġġetti għal kondizzjonijiet obligatorji, partikolarment kondizzjonijiet dwar is-saħħa u l-iġjene, li ma jkunux konformi ma' l-istandards jew il-prattiċi eżistenti ġewwa l-Komunità. Għandha tkun ir-responsabbilità ta' l-esportatur, fuq talba mill-awtorità kompetenti, li jagħti prova li l-prodotti jkunu konformi mal-kondizzjonijiet obligatorji eżistenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni.

Barra minn hekk, jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti.

2. Meta prodott ikun ta' kwalità tajba u ġusta biex jitqiegħed fuq is-suq malli jħalli l-Komunità, għandu jkun intitolat għal dik il-parti tar-rifużjonijiet kkalkolata skond l-Artikolu 18 (2), barra fejn japplika l-Artikolu 20.. B'dana kollu, għandu jitlef dak l-intitolament jekk ikun hemm evidenza li l-prodott:

- ma jkunx aktar ta' kwalità tajba u ġusta għat-tqegħid fuq is-suq minħabba difett moħbi li jfeġġ aktar tard,

- ma jkunx jista' jiġi mibjugħ lill-konsumatur finali minħabba li d-data finali tal-konsum kienet qrib wisq tad-data ta' l-esportazzjoni.

Jekk ikun hemm evidenza li l-prodott ma jkunx aktar ta' kwalità tajba u ġusta għat-tqegħid fuq is-suq qabel ma jkunu twettqu il-formalitajiet doganali għall-importazzjoni f'pajjiż terz, m'għandux ikun intitolat għall-parti differenzjata tar-rifużjonijiet.

3. L-ebda rifużjonijiet m'għandhom jingħataw fuq prodotti li jeċċedu l-livelli massimi tar-radjo-attività permissibbli permezz tal-leġislazzjoni tal-Komunità. Il-livelli applikabbli dwar prodotti, irrespettivament mill-oriġini tagħhom, għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 [37].

Artikolu 22

1. L-ebda rifużjonijiet m'għandhom jingħataw fuq l-esportazzjoni li tkun suġġetta għal impost ta' l-esportazzjoni jew għal xi piż ieħor fuq l-esportazzjoni stabbilit bil-quddiem jew iddeterminat bl-offerta.

2. Meta, fil-każ tal-prodott kompost, l-impost ta' l-esportazzjoni jew xi piż ieħor fuq l-esportazzjoni jiġi ffissat bil-quddiem fuq il-bażi ta' wieħed jew aktar mill-ingredjenti tal-prodott, l-ebda rifużjonijiet m'għandhom jingħataw fuq dak l-ingredjent jew dawk l-ingredjenti.

Artikolu 23

L-ebda rifużjonijiet m'għandhom jingħataw fuq prodotti li jkunu mibjugħa jew imqassma abbord vapuri u fejn hemm possibbiltà li dawn jistgħu sussegwentement jiddaħħlu mill-ġdid fil-Komunità ħielsa mid-dazju bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 [38].

KAPITOLU 2

Avvanzi fuq rifużjonijiet

Artikolu 24

1. Ma' l-applikazzjoni mill-esportatur, l-Istati Membri għandhom iħallsu r-rifużjonijiet bil-quddiem, kollha kemm huma jew parti minnhom, la darba d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata, bil-kondizzjoni li garanzija ekwivalenti għall-ammont avvanzat, flimkien ma' 10 %, tkun ġiet ippreżentata

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal avvanz fuq parti tar-rifużjonijiet.

2. L-ammont li għandu jitħallas bil-quddiem għandu jiġi kkalkolat bl-użu tar-rata tar-rifużjonijiet applikabbli għad-destinazzjoni ddikjarata, aġġustata, meta applikabbli, bl-ammonti l-oħra previsti fir-regolamenti tal-Komunità.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx il-paragrafu 1 jekk l-ammont li għandu jitħallas ma jkunx jeċċedi EUR 2000.

Artikolu 25

1. Meta l-ammont imħallas bil-quddiem ikun aktar minn dak attwalment pagabbli fuq l-esportazzjoni jew l-esportazzjoni ekwivalenti, l-awtorità kompetenti għandha tagħti bidu, mingħajr dewmien, għall-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 bl-iskop ta' ħlas lura, mill-esportatur, tad-differenza bejn dawk iż-żewġ somom, miżjuda b'10 %.

Meta, b'dana kollu, għal raġunijiet ta' force majeure:

- il-prova li għandha tiġi provduta permezz ta' dan ir-Regolament sabiex jikkwalifika għal rifużjonijiet ma tistax tiġi pprovduta,

jew

- il-prodott jasal f'destinazzjoni li ma tkunx dik li għaliha l-avvanz kien ġie kkalkolat,

l-10 % żejda m'għandhomx ikunu rkuprati.

2. Meta l-prodott ma jasalx fid-destinazzjoni li dwarha l-avvanz kien ġie kkalkolat minħabbba xi irrogolarità mwettqa minn xi parti terza għad-detriment ta' l-esportatur, u dan immedjatament jinforma lill-awtoritajiet kompetenti b'dan il-fatt bl-inizjattiva tiegħu stess u bil-miktub, il-ħlas lura tar-rifużjonijiet imħallsa bil-quddiem, iż-żieda li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun illimitata għall-imgħax pagabbli għall-perjodu li jkun skada bejn l-akkwist ta' l-avvanz u l-ħlas lura tiegħu, ikkalkolat bi qbil mar-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 52 (1).

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu diġà nnotifikaw lill-esportatur bl-intenzjoni tagħhom li jwettqu verifika jew jekk l-esportatur ikun sar konxju b'xi mod ieħor ta' l-intenzjoni tagħhom.

3. L-esportazzjoni, wara l-importazzjoni mill-ġdid tas-sistema ta' l-oġġetti mibgħuta lura, ta' prodotti ekwivalenti li jidħlu taħt l-istess sub-intestatura tan-Nomeniklatura Magħquda għandhom ikunu meqjusa bħala esportazzjoni ekwivalenti meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40 (2)(a) u (b) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ikunu mwettqa.

Din id-dispożizzjoni għandha tkun tapplika biss meta s-sistema ta' l-oġġetti mibgħuta lura tkun użata fl-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni li tkopri l-esportazzjoni oriġinali tkun ġiet aċċettata.

KAPITOLU 3

Finanzjament bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Artikolu 26

1. Meta l-esportatur jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jesporta l-prodotti wara proċesssar jew ħażna u li japplika għal rifużjonijiet skond l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 l-eliġibbiltà permezz ta' dawk id-dispożizzjonijiet għandha tkun ikkondizzjonata fuq il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni, minn hawn 'il quddiem irreferuta bħala id-"dikjarazzjoni tal-pagament" lill-awtoritajiet doganali

L-Istati Membri jistgħu jsejħu d-dikjarazzjoni tal-pagament b'xi titolu ieħor.

2. Id-dikjarazzjonijiet tal-pagament għandhom jinkludu l-partikolaritajiet kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tar-rifużjonijiet fuq il-prodotti li għandhom jiġu esportati, u partikolarment:

(a) għal prodotti:

- deskrizzjoni, ssimplifikata fejn xieraq, tal-prodotti skond in-nomeniklatura tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, flimkien mal-kodiċi tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet u, meta meħtieġ biex ikunu kkalkolati r-rifużjonijiet, il-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati jew ta' referenza dwarhom,

- il-kwantità netta tal-prodotti jew, meta applikabbli, il-kwantità espressa fl-unità tal-kejl li għandha tkun użata meta ssir il-kalkolazzjoni tar-rifużjonijiet;

(b) id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1222/94 għandhom japplikaw għall-oġġetti.

Barra minn hekk, fil-każijiet fejn l-prodotti bażiċi għandhom jiġu pproċessati, dikjarazzjonijiet tal-pagamenti għandhom jinkludu:

- deskrizzjoni tal-prodotti bażiċi,

- il-kwalità tal-prodotti bażiċi,

- ir-rata ta'produzzjoni jew informazzjoni simili.

3. Independentement mill-paragrafu 2, deskrizzjoni proviżorja ta' l-oġġetti li għandhom jiġu ottenuti mill-prodotti bażiċi tista', meta ċ-ċirkostanza hekk tkun teħtieġ u fuq it-talba ta' l-esportatur, tkun inkluża fid-dikjarazzjoni tal-pagamenti. F'każijiet bħal dawn, l-esportatur għandu jiddikjara d-deskrizzjoni definittiva l lill-awtoritajiet kompetenti meta l-proċessar ikunsar.

4. Id-dikjarazzjoni tal-pagamenti għandha wkoll tindika l-użu jew id-destinazzjoni tal-prodotti:

(a) meta l-esportatur japplika għal pagament ta' ammont egwali tar-rifużjonijiet applikabbli għall-użu jew id-destinazzjoni li għalihom il-prodotti huma intenzjonati;

(b) meta l-użu jew id-destinazzjoni tkun meħtieġa biex jiġi ddeterminat il-perjodu li fih il-prodotti jkunu jistgħu jibqgħu taħt il-kontroll doganali għal proċessar jew taħt ħażna doganali jew taħt proċedura ta' żona-ħielsa.

5. L-użu jew id-destinazzjoni għandhom ikunu indikati bi:

- l-użu speċifiku jew il-pajjiż speċifiku tad-destinazzjoni, jew

- grupp ta' pajjiżi tad-destinazzjoni li għalihom tapplika l-istess rata ta' rifużjoni.

6. Sabiex jiġiassigurat li verifiki fiżiċi jistgħu jsiru fuq il-prodotti, id-dikjarazzjonijiet tal-pagamenti għandhom ukoll jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa biex jiġu identifikati l-lokalitajiet ezatti ta' fejn il-prodotti għandhom jiġu pproċessati jew maħżuna qabel l-esportazzjoni. Tibdil fil-post tal-ħażna jew ta' l-ipproċessar għandu, jew jiġi nnotifikat bil-quddiem mill-esportatur, inkella, miktub f'reġistri miżmuma għal dan l-iskop, skond ma jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 27

1. Fil-waqt ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-pagament, il-prodotti għandhom jitqiegħdu taħt kontroll doganali skond l-Artikolu 4 (13) u (14) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 sa kemm dawn jitilqu mit-territorju doganali tal-Komunità jew sakemm jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.

2. Id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament għandha tiddetermina:

(a) ir-rata tar-rifużjonijiet applikabbli, meta r-rifużjonijiet ma jkunux iffissati bil-quddiem,

(b) xi aġġustamenti li għandhom isiru għar-rata tar-rifużjonijiet, meta din tkun hekk iffissata bil-quddiem,

(ċ) l-avveniment operattiv tar-rata tal-kambju ta' l-euro, għar-rifużjonijiet.

Artikolu 28

1. Fil-każ ta' l-oġġetti pproċessati jew ta' l-oġġetti ottenuti minn prodotti bażiċi, ir-riżultati ta' l-iskrutinju tad-dikjarazzjoni tal-pagament u ta' xi spezzjoni tal-prodotti bażiċi għandha tiġi użata biex jiġu ddeterminati r-rifużjonijiet bl-iskop tal-pagament ta' l-avvanz.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux jipprekludi xi verifika sussegwenti mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat jew xi konsegwenzi ta' tali verifika permezz tad-dispożizzjonijiet eżistenti.

3. Il-prodotti bażiċi għandhom jikkostitwixxu t-total jew parti mill-prodotti pproċessati jew mill-oġġetti esportati permezz ta' dawn l-arranġamenti.

B'dana kollu, il-prodotti bażiċi maħżuna fi kwantitajiet kbar jistgħu, meta l-awtoritajiet kompetenti hekk jawtorizzaw, ikunu sostitwiti kollha kemm huma jew parzjalment bi prodotti bażiċi ekwivalenti li jidħlu fl-istess sub-intestatura ta' tmien-figuri tan-Nomenklatura Magħquda, ta' l-istess kwalità kummerċjali, li jkollhom l-istess karratteristiċi tekniċi u li jilħqu l-ħtiġiet għall-għoti ta' rifużjonijiet basta li l-prodotti bażiċi ekwivalenti jkunu mqiegħda taħt kontroll doganali.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjoni bħal din biss meta huma jkunu sodisfatti li l-operazzjoni intiera tkun saret skond il-kondizzjonijiet segwenti:

- l-esportatur għandu jinnotifika minn qabel lill-uffiċju tad-dwana kompetenti fejn ikun ippreżentata d-dikjarazzjoni tal-pagament bl-intenzjoni tiegħu li japplika biex jagħmel tali skambju u għandu jispeċifika l-postijiet preċiżi tal-ħażna u l-proċessi involuti,

- ir-reġistri ta' l-istokk ta' l-esportatur għandhom jiġu aġġornati kull jum u jippermettu monitoraġġ komprensiv, kemm amministrattiv u wkoll fiżiku, tal-kwantità totali tal-prodotti bażiċi jew tal-prodotti pproċessati li jkunu fiżikament preżenti f'dawn il-postijiet u ta' l-istatus partikolari tagħhom. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, l-istatus tal-prodotti għandu jfisser is-sitwazzjoni tagħhom, sew jekk ikunu f'ċirkolazzjoni ħielsa, taħt proċedura doganali, ta' l-arranġamenti ta' finanzjament bil-quddiem li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 26, jew taħt l-arranġamenti ta' esportazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 32,

- il-garanziji għandhom jipprovdu li l-kwalità kummerċjali u l-karatteristiċi tekniċi tal-prodotti bażiċi tkun effettivament immonitorjata mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament ma' tul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 34 (1).

Meta l-prodotti bażiċi ekwivalenti jkunu maħżuna f'postijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità ta' uffiċċju doganali ieħor, l-uffiċċju doganali fejn tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni tal-pagament għandu jikteb lill-uffiċċju doganali kompetenti tal-post li fih il-prodotti ekwivalenti jkunu lokalizzati bl-informazzjoni relevanti kollha, partikolarment il-kwantità tal-prodotti pproċessati, il-kwalità kummerċjali tagħhom u l-karatteristċi tekniċi, u l-operazzjoni(ijiet) ta' l-ipproċessar li għandhomisiru.

4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, dwar il-prodotti bażiċi, jistgħu wkoll jiġu applikati għall-prodotti intermedjarji maħżuna fi kwantitajiet kbar, sostitwiti bi prodotti intermedjarji ekwivalenti.

5. Is-sostituzzjoni bi prodotti ekwivalenti m'għandhiex tiġi awtorizzata fil-każ ta' prodotti ta' intervent intenzjonati għall-esportazzjoni permezz tas-sistema ta' kontroll li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3002/92.

6. Prodotti bażiċi jistgħu jibqgħu taħt il-kontroll doganali, bl-iskop ta' proċessar, għal sitt xhur mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament.

B'dana kollu, meta l-esportazzjoni sseħħ taħt liċenzja ta' l-esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' iffissar bil-quddiem, il-limitu taż-żmien għandu jkun egwali għat-terminu mhux skaduti tal-validità tal-liċenzja jew taċ-ċertifikat.

Meta l-esportazzjoni sseħħ permezz tal-koperta ta' liċenzja jew ta' ċertifikat ta' iffissar bil-quddiem b'terminu ta' validità li ma jkunx skada ta':

- anqas minn tliet xhur, il-limitu taż-żmien għandu jkun ta' tliet xhur,

- aktar minn sena waħda, il-limitu ta' żmien għandu jkun sena waħda.

Artikolu 29

1. Meta l-prodotti li jkunu taħt proċedura ta' magażżinaġġ doganali jew ta' żona-ħielsa għandhom ikunu esportati, ir-riżultati ta' l-iskrutinju tad-dikjarazzjoni tal-pagament u ta' xi spezzjoni tal-prodotti għandha tiġi użata biex jiġu ddeterminati r-rifużjonijiet.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux jipprekludi xi verifika sussegwenti mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat jew ta' xi konsegwenzi minn verifika bħal dik permezz tad-dispożizzjonijiet eżistenti.

3. Telf ta' piż minħabba kawżi naturali, li jseħħu ma' tul il-magażżinaġġ taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali jew ta' żona-ħielsa, m'għandux jirriżulta fis-sekwestru tal-garanzija skond ma hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 35. Ħsara lill-prodotti m'għandhiex tiġi meqjusa bħala telf tal-piż minħabba kawżi naturali.

4. Prodotti taħt proċedura ta' magażżinaġġ doganali jew ta' żona-ħielsa jistgħu jgħaddu mill-operazzjonijiet segwenti f'dawk il-postijiet skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti:

(a) stocktaking;

(b) it-twaħħil ta' marki, siġilli, tikketti jew sinjali oħra simili li jiddistingwu l-prodotti jew l-oġġetti jew l-ippakkjar tagħhom, sakemm dan ma jkunx jinvolvi r-riskju li jiġi jimplika li l-prodotti kienu joriġinaw minn x'imkien ieħor;

(ċ) it-tibdil tal-marki u n-numri fuq il-pakketti jew it-tibdil tat-tikketti, sakemm dan ma jkunx jinvolvi r-riskju li jjiġi implikat li l-prodotti kienu joriġinaw minn x'imkien ieħor;

(d) l-ippakkjar, it-tneħħija mill-pakketti, it-tibdil tal-pakketti jew it-tiswijja tal-pakketti, sakemm dan ma jkunx jinvolvi r-riskju li jiġi implikat li l-prodotti kienu joriġinaw minn x'imkien ieħor;

(e) ventilazzjoni;

(f) tkessieħ;

(g) iffriżar.

Kwalunkwe rifużjonijiet fuq prodotti li jkunu għaddew minn operazzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kwalità, tat-tip, u tal-karatteristiċi tal-prodotti fid-data użata għal kalkolazzjoni tar-rifużjonijiet, skond l-Artikolu 27.

5. Il-prodotti jistgħu jibqgħu taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali jew ta' żona-ħielsa għal sitt xhur mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament.

Artikolu 30

1. Il-prodotti mpoġġija taħt il-proċedura ta' magażżinaġġ doganali fl-Istat Membru ta' fejn id-dikjarazzjoni tal-pagament tkun ġiet aċċettata jistgħu jinġarru lejn Stat Membru ieħor għal ħażna permezz tal-proċedura ta' magażżinaġġ doganali u għandhom ikunu suġġetti partikolarment għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Sabiex ikunu identifikati l-prodotti mad-dispaċċ minn Stat Membru wieħed lejn ieħor, il-meżzz tat-trasport jew il-pakketti użati għat-trasport għandhom ikunu ssiġillati bi qbil ma' l-Artikolu 349 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2. Fil-każijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, prova li l-prodotti jkunu telqu mit-territorju doganli tal-Komunità jew li jkunu laħqu d-destinazzjoni stabbilita, għandha tkun fornuta bil-preżentazzjoni tal-kopja tal-kontroll T5.

(a) Il-kaxxa 104 tal-kopja tal-kontroll għandha tkun mimlija b'waħda min-notazzjonijiet segwenti taħt l-intestatura "Oħrajn"

- Prefinanciación de la restitución – Artículo 30 del Reglamento (CE) no 800/1999. Declaración de exportación que debe ser presentada, a más tardar, el… (fecha límite establecida para el plazo contemplado en el apartado 5 del artículo 29),

- Forudbetaling af restitutionen – Artikel 30 i forordning (EF) nr. 800/1999. Udførselsangivelsen skal indgives senest den… (dato fastsat i overensstemmelse med den i artikel 29, stk. 5, omhandlede frist),

- Vorfinanzierung der Erstattung – Artikel 30 der Verordnung (EG) Nr. 800/1999. Die Ausfuhran-meldung ist bis spätestens… vorzulegen (durch die Frist gemäß Artikel 29 Absatz 5 festgelegter Schlußtermin),

- Εκ των προτέρων πληρωμή της επιστροφής — κανονισμός (EK) αριθ. 800/1999, άρθρο 30. Η δήλωση εξαγωγής πρέπει να κατατεθείτο αργότερο μέχρι… (ημερομηνία λήξεως της προθεσμίας που αναφέρεται στο άρθρο 29 παράγραφος 5),

- Prefinancing of the refund – Regulation (EC) No 800/1999, Article 30. Export declaration to be lodged by (deadline set by the timelimit referred to in Article29(5))

- Préfinancement de la restitution – règlement (CE) no 800/1999, article 30. Déclaration d'exportation à déposer au plus tard le… (date limite fixée par le délai visé à l'article 29, paragraphe 5),

- Prefinanziamento della restituzione – Regolamento (CE) n. 800/1999, articolo 30. Dichiarazione d'esportazione da presentare entro il… (data limite fissata in base ai termini indicati al paragrafo 5 dell'articolo 29),

- Voorfinanciering van de restitutie – Verordening (EG) nr. 800/1999, artikel 30. Aangifte ten uitvoer moet uiterlijk worden ingediend op… (uiterste datum vastgesteld op basis van de in artikel 29, lid 5 bedoelde termijn),

- Préfinanciamento da restituição – Regulamento (CE) n.o 800/1999, artigo 30.o. Apresentação da declaração de exportação o mais tardar em… (data-limite fixada pelo prazo referido no n.o 5 do artigo 29.o),

- Ennakolta maksettu tuki – asetuksen (EY) N:o 800/1999 30 artiklane, vienti-ilmoitus annettava viimeistään… (määräpäivä vahvistetaan 29 artiklan 5 kohdassa mainitun aikarajoituksen mukaisesti),

- Förfinansiering av exportbidrag ± artikel 30 i förordning (EG) nr 800/1999. Exportdeklaration skall ges in senast den… (tidspunkt fastställd enligt den i artikel 29.5 angivna tidsfristen).

(b) L-uffiċċju tas-sorveljanza tal-magażżinaġġ tal-ħażna għandu jżomm il-kopja tal-kontrol T5 u għandu jikteb taħt l-intestatura "Rimarki" fis-sezzjoni intestata "Kontroll ta' l-użu u/jew tad-destinazzjoni" fuq in-naħa ta' wara, dawn il-kitbiet:

- La fecha de aceptación de la declaración de exportación:…

- La fecha de salida del territorio aduanero o la de llegada al destino correspondiente:…

- Datoen for antagelsen af udførselsangivelsen:…

- Datoen for udgangen af toldområdet eller ankomsten til destinationen:…

- Zeitpunkt der Annahme der Ausfuhranmeldung:…

- Zeitpunkt der Verlassens des Zollgebiets oder des Erreichens der Bestimmung:…

- την ημερομηνία αποδοχής της διασάφησης εξαγωγής: …

- την ημερομηνία εξόδου από το τελωνειακό έδαφος ή αφίξεως στον προορισμό: …

- Date of acceptance of the export declaration:…

- Date of exit from the customs territory or arrival at destination:…

- La date d'acceptation de la déclaration d'exportation:…

- La date de sortie du territoire douanier ou de l'arrivée à destination:…

- La data di accettazione della dichirazione d'esportazione:…

- La data di uscita dal territorio doganale o dell'arrivo a destinazione:…

- De datum van aanvaarding van de aangifte ten uitvoer:…

- De datum waarop de producten of goederen het douanegebied hebben verlaten of ter bestemming zijn aangekomen:…

- Data de aceitação da declaração de exportação:…

- Data de saída do território aduaneiro ou da chegada ao destino:…

- Vienti-ilmoituksen vastaanottopäivämäärä:…

- Päivä, jona viety tullialueelta tai saapunt määräpaikkaan:…

- Mottagninsdag for exportdeklaration:…

- Utförseldag från tullområdet eller ankomstdag till destinationen:…

(ċ) Meta, wara t-tneħħija tagħhom mill-ħażna, il-prodotti jaqsmu l-fruntiera ta' Stat Membru ieħor għall-iskop ta' esportazzjoni jew biex jilħqu d-destinazzjoni speċifikata, l-ewwel uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju tad-dwana tat-tluq u għandu jimla jew jara li jiġu mimlija taħt ir-responsabbilità tiegħu, waħda jew aktar kopji ġodda ta' kontroll T5.

Il-kaxxa 104 tal-kopja jew il-kopji ġodda tal-kontroll T5 għandha tkun immarka kif meħtieġ. B'żieda, in-numru tal-kopja tal-kontroll T5 inizjali għandu jitniżżel fil-kaxxa 106, flimkien ma' l-isem ta' l-uffiċċju doganali li jkun ħareġ dik il-kopja u d-data tal-ħruġ.

Meta l-annotazzjoni tkun trid issir fis-sezzjoni intestata "Kontroll ta' l-użu u/jew tad-destinazzjoni" fuq il-kopja tal-kontroll T5 inizjali tkun ibbażata fuq informazzjoni minn kopji ta' kontroll li jkunu waslu minn għand l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru ieħor jew ta' dokumenti nazzjonali li jkunu waslu minn għand l-awtoritajiet nazzjonali oħra, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jimmarka taħt "Rimarki" in-numru(i) tal-kopji ta' kontroll T5 relevanti fuq id-dokumenti nazzjonali.

Meta parti biss tal-prodotti koperti mill-kopja tal-kontroll T5 ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti, l-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għandu jikteb il-kwantitajiet ta' prodotti li jkunu jissodisfaw dawk il-kondizzjonijiet, fis-sezzjoni intestata "Kontroll ta' l-użu u/jew tad-destinazzjoni" fuq il-kopja ta' kontroll.

3. Fil-każijietimsemmija fil-paragrafu 1, il-kaxxi 37 u 40 tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għandhom jiġu mimlija kif xieraq. Id-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ĊOM 7 għandha wkoll tkun indikata fil-kaxxa 40.

Artikolu 31

1. Avvanzi fuq rifużjonijiet għandhom jitħallsu biss fuq talba speċifika ta' l-esportatur u mill-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni tal-pagament tiġi aċċettata.

L-applikazzjoni għar-rifużjonijiet għandhom isiru:

(a) bil-kitba; l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal formula speċjali għal dak l-għan; jew

(b) bi trasmissjoni minn kompjuter skond ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

Għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu, l-Artikolu 199 (2) u (3) u l-Artikoli 222, 223, u 224 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom ukoll ikunu japplikaw mutatis mutandis.

2. L-ammont ta' avvanz għandu jiġi kkalkolat fuq ir-rata bażika applikabbli għal kwalunkwe użu jew destinazzjoni speċifikata. Fil-każijiet l-oħra, l-ammont ikkalkolat skond ma' l-Artikolu 18 (2) għandu japplika.

Artikolu 32

1. Id-dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata sa l-aħħar jum tat-terminu stabbiliti fl-Artikoli 28 (6) u 29 (5) fl-Istat Membru li fih id-dikjarazzjoni tal-pagament jiġi aċċettat jew fejn japplika l-Artikolu 30 fl-Istat Membru tal-ħażna.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, il-Belġju u l-Lusemburgu għandhom ikunu meqjusa bħala Stat Membru wieħed f'dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80.

Artikolu 33

1. Garanzija egwali ta' l-ammont ikkalkolat skond l-Artikolu 31 (2), flimkien ma 15 %, għandhom jiġu ppreżentati qabel l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament.

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu garanziji kif hemm provdut fil-Paragrafu 1 li jkunu ppreżentati wara li d-dikjarazzjoni tal-pagment tiġi aċċettata, basta li d-dispożizzjonijiet nazzjonali:

- jirrikjedu li l-esportatur jippreżenta l-garanzija fi żmien 30 jum ta' din l-aċċettazzjoni u qabel ma jitħallas l-avvanz,

- jassiguraw il-pagament ta' ammont egwali għaż-żieda li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 meta l-garanzija ma tkunx ippreżentata matul it-terminu taż-żmien, ħlief fil-każijiet ta' force majeure; b'dana kollu, aktar żmien jista' jingħata jekk l-esportatur ikun ħa l-prekwazzjonijiet meħtieġa kollha.

Artikolu 34

1. Fi żmien 60 jum mid-data li fiha tieqaf l-applikazzjoni ta' kwalunkwe proċedura msemmija fl-Artikolu 4 jew 5 tar-Regolament (KEE) Nru 565/80 għall-prodotti, dawn għandhom:

- iħallu t-territorju doganali tal-Komunità fl-istat mhux mibdul tagħha,

jew

- fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 36 (1), ta' dan ir-Regolament, jaslu fid-destinazzjoni tagħhom fl-istat mhux mibdul tagħhom.

2. L-Artikoli 7 (3) u (4), 9 u 10 għandhom japplikaw fil-każijiet koperti bil-paragrafu 1.

Artikolu 35

1. Meta prova ta' l-intitolament għal rifużjonijiet tiġi provduta fir-rigward ta' prodotti eliġibbli permezz ta' dan il-kapitolu, l-avvanz u s-somma pagabbli għandhom ikunu bbilanċjati kontra xulxin. Meta s-somma dovuta fuq il-kwantitajiet esportati tkun għola minn dik imħallsa bil-quddiem, id-differenza għandha titħallas lill-persuna kkonċernata.

Meta s-somma dovuta fuq il-kwantità esportata tkun aktar baxxa minn dik imħallsa bil-quddiem, u partikolarment meta l-paragrafu 2 ikun japplika, l-awtorità kompetenti għandha tagħti bidu, mingħajr dewmien, għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 bl-iskop tal-ħlas lura, mill-esportatur, tad-differenza bejn dawk iż-żewġ somom, miżjuda bi 15 %.

2. B'deroga mill-Artikolu 50 u mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta wieħed jew aktar mit-termini taż-żmien stabbilit f'dan ir-Regolament ma jkunux ġew osservati, ir-rifużjonijiet pagabbli fuq l-esportazzjoni f'dak il-każ, ħlief f'każijiet ta' force majeure, għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

- għandhom l-ewwel ikunu mnaqqsa bi 15 % meta wieħed jew aktar mit-termini taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 15 (1), 28 (6), 29 (5) u 34 (1) ikunu ġewmaqbuża; dawn ir-rifużjonijiet mnaqqsa għandhom jiġu mnaqqsa bi 2 % għal kull jum li bih jiġu maqbuża t-terminu taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 15 (1),28 (6) u 29 (5) u bi 5 % għal kull jum li bih jinqabeż it-terminu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 34 (1),

- meta d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 49 (2) jkunu ppreżentati fi żmien sitt xhur mit-termini taż-żmien stabbiliti, ir-rifużjonijiet aġġustati applikabbli skond l-ewwel subinċiż, għandhom jiġu mnaqqqsa b'ammont egwali għal 15 % tar-rifużjonijiet li kienu jitħallsu li kieku it-termini taż-żmien kienu osservati.

L-Artikolu 50 (4) u (6) għandu japplika mutatis mutandis.

3. Meta, għal raġunijiet ta' force majeure, is-somma dovuta tkun anqas mis-somma mħallsa bil-quddiem, iż-żieda ta' 15 % m'għandhiex tapplika.

4. Meta l-prodott ma jasalx fid-destinazzjoni li għaliha jkun ġie kkalkolat l-avvanz minħabba xi irregolarità mwettqa minn xi parti terza għad-detriment ta' l-esportatur, u dan immedjetament jinforma lill-awtoritajiet kompetenti b'dan il-fatt bl-inizjattiva tiegħu stess u bil-miktub, u jħallas lura r-rifużjonijiet mħallsa bil-quddiem, iż-żieda msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkunlimitata għall-imgħax pagabbli għall-perjodu li jkun għadda bejn l-akkwist ta' l-avvanz u l-ħlas lura tiegħu, ikkalkolat skond ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 52 (1).

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu diġà nnotifikaw lill-esportatur bl-intenzjoni tagħhom li jwettqu verifika jew jekk l-esportatur ikun sar konxju b'xi mod ieħor ta' l-intenzjoni tagħhom.

TITOLU III

TIPI OĦRA TA' ESPORTAZZJONI U KAŻIJIET SPEĊJALI

KAPITOLU 1

Destinazzjonijiet trattati bħala esportazzjoni mill-Komunità, u fornitura

Artikolu 36

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, is-segwenti għandhom ikunu ttrattati bħala esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Komunità:

(a) fornituri fil-Komunità għal provvistigħall-:

- vapuri li jsalpaw f'ibħra miftuħa,

- ajruplani fuq titjiriet internazzjonali, inklużi titjiriet intra-Komunitarji;

(b) fornituri għall-organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti fil-Komunità;

(ċ) fornituri għall-forzi armati stazzjonati fuq it-territorju ta' Stat Membru, imma li ma jkunux iservu taħt il-kmand tiegħu.

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun japplika biss meta l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-istess tip minn pajjiżi terzi u intenzjonati għal dan it-tip ta' użu jkunu eżentati mid-dazji doganali ta' importazzjoni fl-Istat Membruin kwistjoni.

3. Kunsinni ta' prodotti lill-imħażen lokalizzati fi ħdan il-Komunità u li jappartjenu għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li jispeċjalizzaw f'għajnuna umanitarja bl-iskop ta' operazzjonijiet ta' għajnuna ta' ikel f'pajjiżi terzi għandhom jiġu meqjusa bħala esportazzjoni mit-territorju doganali tal-Komunità.

L-awtorizzazzjoni biex ikun japplika l-ewwel subparagrafu għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-ħażna, li għandu jiddetermina l-istatus doganali tal-maħżen u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-prodotti kkonċernati jilħqu d-destinazzjoni tagħhom.

4. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 għandhom japplikaw għal kunsinni koperti b'dan l-Artikolu.

Artikolu 37

1. Fil-każ tal-fornituri msemmija fl-Artikoli 36 u 44, l-Istati Membri jistgħu, independentement mill-Artikolu 5, jawtorizzaw il-proċedura segwenti li għandha tiġi segwita għall-pagament tar-rifużjonijiet. L-esportaturi awtorizzati biex isegwu din il-proċedura ma jistgħux fl-istess waqt isegwu l-proċedura normali fir-rigward ta' l-istess prodotti.

L-awtorizzazzjoni tista' tkun ristretta għal ċerti postijiet tat-tagħbija fl-Istat Membru ta' l-esportazzjoni. L-awtorizzazzjoni tista' tkopri t-tagħbija fi Stati Membri oħra, f'liema każ għandu jkun applikabbli l-Artikolu 8.

2. Għal prodotti mgħobbija kull xahar kif provdut f'dan fl-Artikolu, l-aħħar jum tax-xahar għandu jkun użat biex tkun iddeterminata r-rata tar-rifużjonijiet applikabbli u, fejn r-rifużjonijiet jkunu ffissati bil-quddiem, xi aġġustamenti għalihom.

Fil-każ ta' l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fl-unjoni ekonomika u monetarja, l-aħħar jum tax-xahar għandu wkoll jiġi użat biex tiġi ddeterminata r-rata ta' l-euro fil-munita nazzjonali applikabbli għall-ammont tar-rifużjonijiet.

3. Meta r-rifużjonijiet jkunu ffissati bil-quddiem jew iddeterminati bi stedina għall-offerti, il-liċenzja għandha tkun valida fl-aħħar jum tax-xahar.

4. L-esportaturi għandhom iżommu reġistru li jkun fih din l-informazzjoni segwenti:

(a) il-partikolaritajiet meħtieġa biex ikunu identifikati l-prodotti bi qbil ma' l-Artikolu 5 (4);

(b) l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-vapur(i) jew ajruplan(i) li fuqhom il-prodotti jkunu mgħobbija;

(ċ) id-data tat-tagħbija.

Id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu miktuba fir-reġistru mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol li jsegwi dak tat-tagħbija. B'dana kollu, meta t-tagħbija titwettaq fi Stat Membru ieħor, il-partikolaritajiet imsemmija hawn fuq għandhom ikunu miktuba fir-reġistru mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol li jsegwi dak li fih l-esportatur kellu jkun ġie nnotifikat li l-prodotti kienu ġew mgħobbija.

L-esportaturi għandhom ukoll jikkoperaw fi kwalunkwe verifiki li l-Istati Membri jistgħu jħossu li jkunu meħtieġa u għandhom iżommu r-reġistri għal mill-anqas tliet snin mit-tmiem tas-sena kalendarja kurrenti.

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-reġistri jistgħu jiġu sostitwiti bid-dokumenti użati għal kunsinni li fuqhom l-awtoritajiet doganali jkunu ċċertifikaw id-data tat-tagħbija.

6. Il-paragrafi 2 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kunsinni kif imsemmi fl-Artikolu 36 (1) (b) u (ċ),

Artikolu 38

1. Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 36 (1) (a), il-prodotti intenzjonati għal kunsum abbord ajruplani jew vapuri tal-passiġieri, inklużi laneċ, u ppreparati qabel it-tagħbija għandhom ikunu meqjusa bħallikieku kienu ġew ippreparati abbord dawk il-mezzi.

2. Dan l-Artikolu għandu jkun japplika biss bil-kondizzjoni li, qabel il-preparazzjoni tagħhom, l-esportatur iforni evidenza suffiċjenti tal-kwalità, it-tip u l-karatteristiċi tal-prodotti bażiċi li għalihom ikunu ġew mitluba r-rifużjonijiet.

3. L-arranġamenti ta' l-imħażen ta' l-ikel kif hemm provdut fl-Artikolu 40 jistgħu japplikaw għal prodotti ppreparati kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 39

1. Ir-rifużjonijiet m'għandhomx jiġu mħallsa sa kemm il-prodotti li għalihom ikunu ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni jkunu waslu fid-destinazzjoni koperta bl-Artikolu 36 fi stat mhux mibdul fi żmien 60 jum minn dik l-aċċettazzjoni.

2. L-Artikolu 7 (3) u (4), għandu japplika fil-każijiet previsti fil-paragrafu 1.

3. Jekk, qabel dawn ikunu waslu f'destinazzjoni koperta bl-Artikolu 36, il-prodott kopert b'dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni li tkun ġiet aċċettata jaqsam territorju tal-Komunità apparti minn dik ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun seħħet l-aċċettazzjoni, il-prova li l-prodott ikun wasal fid-destinazzjoni speċifikata għandha tkun fornuta permezz tal-kopja ta' kontroll T5.

Il-kaxxi 33, 103, 104 u, fejn xieraq, 105 tal-kopja tal-kontroll, inter alia, għandom ikunu mimlija. Il-kaxxa 104 għandha tkun endorsjata kif xieraq.

4. Il-formola 302, li takkumpanja l-prodotti kkonsenjati lill-forzi armati permezz ta' l-Artikolu 36 (1) (ċ) għandhom ikunu meqjusa bħal dawk tal-kopja ta' kontroll T5 li hemm imsemmija fil-paragrafu 3, basta li l-wasla tal-prodotti tkun iċċertifikata fuq il-formola mill-awtoritajiet militari kompetenti.

Artikolu 40

1. L-Istati Membri jistgħu jħallsu lill-esportaturi r-rifużjonijiet bil-quddiem permezz tal-kondizzjonijiet speċjali stabbiliti hawn taħt meta evidenza tkun fornuta li l-prodotti jkunu ġew imqiegħda, fi żmien 30 jum mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni apparti fil-każijiet ta' force majeure, f'lokalitajiet suġġetti għal kontroll doganali bl-iskop tal-fornitura fil-Komunità ta':

- vapuri li jsalpaw f'ibħra miftuħa,

jew

- ajruplani fuq titjiriet internazzjonali, inklużi titjitiet intra-Komunitarji,

jew

- pjattaformi għat-tħafffir u l-estrazzjoni taż-żejt kif imsemmija fl-Artikolu 44.

Lokalitajiet suġġetti għal kontroll doganali, minn hawn 'il quddiem imsemmija 'imħażen ta' l- ikel', u dawk li jieħdu ħsieb l-imħażen għandhom ikunu speċjalment approvati għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu.

2. L-Istati Membri ta' fejn ikunu jinstabu l-imħażen ta' l-ikel għandhom jagħtu l-approvazzjoni tagħhom biss lil dawk li jieħdu ħsieb l-imħażen u l-imħażen ta' l-ikel li joffru l-garanziji meħtieġa. L-approvazzjoni tista' tiġi rtirata.

L-approvazzjoni għandha tiġi mogħtija biss lil dawk li jieħdu ħsieb l-imħażen li jintrabtu bil-miktub:

(a) li jqiegħdu l-prodotti fi stat mhux mibdul jew iffriżati u/jew wara li jiġu ppakkjati għal fornitura fi ħdan il-Komunità abbord:

- il-vapuri li jsalpaw f'ibħra miftuħa,

jew

- l-ajruplani fuq titjiriet internazzjonali, inklużi titjitiet intra-Komunitarji,

jew

- pjattaformi għat-tħaffir u l-estrazzjoni taż-żejt kif imsemmija fl-Artikolu 44;

(b) li jżommu reġistru li jiffaċilita biex l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kwalunkwe verifika meħtieġa u li jindika partikolarment:

- id-data tad-dħul fil-maħżen ta' l-ikel,

- in-numri serjali tad-dokumenti doganali li jakkumpanjaw il-prodotti u kwalunkwe dettalji li jikkonċernaw lill-uffiċċju doganali.

- l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-prodotti bis-saħħa ta' l-Artikolu 5 (4),

- id-data li fiha l-prodotti joħorġu mill-maħżen ta' l-ikel,

- in-numri tar-reġistrazzjoni u l-ismijiet (jekk ikun hemm) tal-vapuri u l-ajruplani li fuqhom ikunu mgħobbija l-prodotti jew l-isem ta' xi maħżen li lejh ikunu trasferiti,

- id-data li fiha jkunu ġew mgħobbija abbord;

(ċ) li jżommu r-reġistru għal mill-anqas tliet snin mit-tmiem tas-sena kalendarja kurrenti;

(d) li jikkoperaw f'xi verifiki, u partikolarment il-verifiki perjodiċi, li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu li jkun xierqa, biex jivverifikaw il-konformità ma' dan il-paragrafu;

(e) li jħallsu kwalunkwe somma mitluba bħala ħlas lura tar-rifużjonijiet meta japplika l-Artikolu 42:

3. L-ammonti mħallsa lill-esportaturi bis-saħħa tal-paragrafu 1 għandhom ikunu miktuba bħala pagamenti fil-kontijiet tal-korp li jagħmel l-avvanz.

Artikolu 41

1. Meta dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun aċċettata fl-Istat Membru li fih il-maħżen tal-proviżjonijiet ikun lokalizzat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mad-dħul ta' l-oġġetti fil-maħżen ta' l-ikel, jikkonferma d-dokument nazzjonali użat biex ikun akwistat il-pagament bil-quddiem tar-rifużjonijiet bi stqarrija li l-prodotti jkunu konformi ma' l-Artikolu 40.

2. Meta d-dikjarazzjonijiet ta' l-esportazzjoni jkunu aċċettati fi Stati Membri, apparti minn dawk li fih il-maħżen ta' likel jkun jinstab, prova li l-prodotti jkunu tqiegħdu fil-maħżen ta' l-ikel i għandha tkun fornuta permezz tal-kopja tal-kontroll T5.

Il-kaxxi 33, 103, 104 u, meta approprjat, 105 tal-kopja tal-kontroll T5, inter alia, għandhom ikunu mimlija. Il-kaxxa 104 tal-kopja tal-kontroll T5 għandha tkun mimlija b'waħda minn-notazzjonijiet segwenti taħt l-intestatura "Oħrajn":

- Depositado con entrega obligatoria para el abastecimiento — Aplicación del artículo 40 del Reglamento (CE) no 800/1999,

- Anbringelse på oplag med obligatorisk levering til proviantering — anvendelse af artikel 40 i forordning (EF) nr. 800/1999,

- Einlagerung ins Varratslager mit Lieferpflicht zur Bevorratung — Artikel 40 der Verordnung (EG) Nr. 800/1999,

- Εναποθήκευση με υποχρεωτική παράδοση για τον ανεφοδιασμό — εφαρμογή του άρθρου 40 του κανονισμού ΕΚ Αριθ. 800/1999,

- Compulsory entry into warehouse for delivery for victualling — Article 40 of Regulation (EC) No 800/1999,

- Mise en entrepôt avec livraison obligatoire pour l'avitaillement — application de l'article 40 du règlement (CE) no 800/1999,

- Deposito con consegna obbligatoria per l'approvvigionamento — applicazione dell'articolo 40 del regolamento (CE) n. 800/1999,

- Opslag in depot onder verplichting van levering voor de bevoorrading van zeeschepen of luchtvaartuigen — toepassing van artikel 40 van Verordening (EG) nr. 800/1999,

- Colocado em entreposto com destino obligatório para abasteciemento — aplicação do artigo 40.o do Regulamento (CE) n.o 800/1999,

- Siirto varastoon sekä pakollinen toimittaminen muonitustarkoituksiin — asetuksen (EY) N:o 40 artiklan soveltaminen,

- Placering i lager med skyldighet at leverera för proviantering - artikel 40 i förordning (EG) nr 800/1999.

L-uffiċċju ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jendorsjaw il-kopja ta' kontroll bid-dikjarazzjoni li l-prodotti jkunu ġew imqiegħda fil-maħżen wara l-verifika li l-prodotti jkunu ġew miktuba fir-reġistru li hemm provvediment dawru fl-Artikolu 40 (2).

Artikolu 42

1. Meta prodott li jitqiegħed f'maħżen ta' l-ikel jinstab li ma jkunx wasal fi, jew li ma jkunx f'kondizzjoni li jkun jista' jintbagħat lejn, id-destinazzjoni speċifikata, dak li jieħu ħsieb il-maħżen għandu jħallas somma stabbilita lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-ħażna.

2. Is-somma ffissata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ikkalkola kif ġej:

(a) it-total tad-dazji fuq l-importazzjoni applikabbli fuq prodott identiku mar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa fl-Istat Membru tal-ħażna għandu jkun iddeterminat;

(b) l-ammont akwistat permezz ta' (a) għandu mbagħad ikun miżjud b'20 %.

Ir-rata li għandha tkun użata biex ikunu kkalkolati d-dazji ta' l-importazzjoni għandha tkun:

- dik applikabbli fil-jum li fih il-prodott jasal f'destinazzjoni apparti minn dik speċifikata jew fil-jum li minnu ma jkunx aktar f'kondizzjoni biex jintbagħat lejn id-destinazzjoni speċifikata,

jew

- meta dak il-jum ma jkunx jista' jiġi ddeterminat, ir-rata applikabli fil-jum li fih instab li d-destinazzjoni obbligatorja ma kinetx ġiet osservata.

3. Meta dak li jieħu ħsieb il-maħżen ikun jista' juri li l-ammont imħallas bil-quddiem fuq il-prodott f'dak il-każ ikun aktar baxx mis-somma stabbilita kif ikkalkolata permezz tal-paragrafu 2, hu għandu jħallas dak l-ammont biss, miżjud b'20 %.

B'danakollu, meta l-ammont ikun imħallas bil-quddiem fi Stat Membru ieħor, dan għandu jkun miżjud bi 40 %. F'każijiet bħal dawn, meta l-Istati Membri tal-ħażna konċernati ma jkunux jappartjenu għall-Unjoni Monetarja Ewropea, l-ammont għandu jkun ikkonvertit fil-munita nazzjonali ta' l-Istat Membru tal-ħażna bl-użu tar-rata tal-kambju ta' l-euro li tkun applikabbli fil-jum użat biex ikunu kkalkolati d-dazji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

4. Il-pagament li hemm dispożizzjoni dwaru f'dan l-Artikolu m'għandux ikopri telf li jseħħ ma' tul il-ħażna f'maħżen ta' l-ikel minħabba tnaqqis naturali jew minħabba l-ippakkjar.

Artikolu 43

1. Mill-inqas darba kull 12-il xahar, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fihom l-imħażen ta' l-ikel ikunu lokalizzati għandhom iwettqu verifika attwali tal-kwantitajiet tal-prodotti maħżuna hemmhekk.

B'dana kollu, jekk id-dħul tal-prodotti fi, u t-tneħħija tagħhom minn, l-imħażen ta' l-ikel jkunu suġġetti għal verifiki attwali fuq bażi permanenti mill-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw il-verifika għal verifika dokumentarja tal-prodotti maħżuna.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-ħażna jistgħu jawtorizzaw it-trasferiment tal-prodotti lejn maħżen ta' l-ikel ieħor.

F'każijiet bħal dawn, id-dettalji tat-tieni maħżen ta' l-ikel għandhom ikunu miktuba fir-reġistru ta' l-ewwel. It-tieni maħżen ta' l-ikel u dak li jieħu ħsieb il-maħżen għandhom ukoll ikunu speċifikament approvati għall-iskopijiet tal-proċedura ta' maħżen ta' l-ikel.

La darba l-prodotti jkunu tqiegħdu taħt is-superviżjoni tat-tieni maħżen ta' l-ikel, dak it-tieni wieħed li jieħu ħsieb il-maħżen għandu jkun responsabbli għal xi somom pagabbli permezz ta' l-Artikolu 42.

3. Meta t-tieni maħżen ta' l-ikel ma jkunx lokalizzat fl-istess Stat Membru bħal l-ewwel wieħed, prova li l-prodotti jkunu tqiegħdu fit-tieni maħżen għandha tkun fornuta permezz ta' l-oriġinali tal-kopja ta' kontroll T5, li għandha jkollha waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 41 (2).

L-uffiċċju doganali kompetenti ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jikkonferma l-kopja ta' kontroll b'dikjarazzjoni għall-fatt li l-prodotti jkunu ġew imqiegħda fil-maħżen wara l-verifika li l-prodotti jkunu ġew miktuba fir-reġistru li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 40 (2).

4. Meta l-prodotti jkunu ġew imneħħija mill-maħżen ta' l-ikel u mqiegħda abbord mezz fi Stat Membru apparti milli l-Istat Membru tal-ħażna, prova li jkun hekk imqiegħda għandha tkun fornita skond l-Artikolu 39 (3).

5. Il-prova tat-tqiegħid taħt is-superviżjoni ta' maħżen ieħor ta' l-ikel, prova tal-kunsinna abbord mezz fil-Komunità u prova tal-kunsinna msemmija fl-Artikolu 44 u 45 (3)(a) għandha tkun fornuta, ħlief fil-każijiet ta' force majeure, fi żmien 12-il xahar mid-data tat-tneħħija tal-prodotti mill-maħżen ta' l-ikel, l-Artikolu 49 (3), (4) u (5) għandu jkun japplika mutatis mutandis.

KAPITOLU 2

Każijiet speċjali:

Artikolu 44

1. Kunsinni ta' fornituri tal-catering:

(a) lill- pjattaformi għat-tħaffir jew l-estrazzjoni taż-żejt, inklużi faċilitajiet li jipprovdu servizzi ta' sostenn għall-operazzjonijiet bħal dawn, li jinsabu fuq il-blata kontinentali Ewropea jew fuq il-blata kontinentali mhix Ewropea tal-Komunità imma li qiegħda 'il-barra miż-żona ta' tliet mili mil-linja bażi li tintuża biex tiddetermina l-baħar territorjali ta' Stat Membru;

u

(b) fuq l-ibħra miftuħa, lejn bastimenti navali u awżiljarji li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru;

għandhom, għall-iskop li tiġi stabbilita r-rata tar-rifużjonijiet pagabbli, ikunu meqjusa bħala konsenji ta' fornituri skond t-tifsira ta' l-Artikolu 36 (1)(a).

"fornituri tal-catering" tfisser prodotti intenzjonati biss għall-konsum abbord.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss meta r-rata tar-rifużjonijiet tkun iżgħar mir-rata l-aktar baxxa.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet għall-kunsinni kollha ta' fornituri ta' trattamenti, basta li:

(a) ċertifikat ta' kunsinna abbord ikun fornut;

u

(b) fil-każ ta' pjattaformi:

- li l-kunsinni isiru permezz ta' l-operazzjonijiet ta' fornituri rikonoxxuti bħala normali mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li minnu ssir il-kunsinna lejn il-pjattaforma. F'dan ir-rigward, il-portijiet u postijiet tat-tagħbija, it-tip tal-vapur - meta l-kunsinna ssir bil-baħar - u t-tip ta' ppakkjar u ta' containers għandhom, ħlief fil-każijiet ta' force majeure, ikunu dawk normalment użati,

- il-vapur jew l-elikotteru tal-fornitura jkun operat minn persuna naturali jew legali li jżomm ir-reġistri fil-Komunità li huma disponibbli għal konsultazzjoni u li jipprovdu dettalji suffiċjenti tal-vjaġġ jew tat-titjira.

3. Iċ-ċertifikati tal-kunsinna abbord skond ma hemm ipprovdut dwar dan fil-punt (a) tal-paragrafu 2 għandhom jagħtu d-dettalji kollha tal-prodotti u l-isem u/jew id-dettalji l-oħra li jidentifikaw il-pjattaforma jew il-bastiment navali jew awżiljarji fejn ġew kunsinjati u d-data tal-kunsinna. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li tingħata aktar informazzjoni.

Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi iffirmat:

(a) fil-każ ta' pjattaformi: minn persuna meqjusa bħala responsabbli għal fornituri tal-catering mill-operaturi tal-pjattaformi i. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li t-tranżazzjonijiet ikunu ġenwini. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħudha;

(b) bil-każ ta' bastimenti navali jew awżiljarji: mill-awtoritajiet navali.

B'deroga mill-paragrafu 2, fil-każ ta' fornituri lill- pjattaformi, l-Istati Membri jistgħu jirrilaxxaw lill-esportaturi mill-obbligu li jippreżentaw ċertifikati tal-kunsinna abbord fil-każ tal-kunsinni:

- li jikkwalifikaw għal rifużjonijiet li ma jeċċedux EUR 3000 għall-kull esportazzjoni,

- jipprovdu garanziji adegwati għas-sodisfazzjon ta'l-Istat Membru rigward il-wasla fid-destinazzjoni tal-prodotti, u

- meta d-dokument tat-trasport u l-prova tal-pagament jiġu ppreżentati.

4. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħti r-rifużjonijiet għandu jwettaq il-verifiki tal-kwantitajiet iddikjarati bħala kunsinni lill-pjattaformi billi jivverifikaw ir-reġistri ta' l-esportatur u ta' l-operatur tal-vapur jew l-elikotteru tal-fornitura. Għandhom ukoll jassiguraw li l-kwantitajiet tal-kunsinni għall-ikel imwassalbis-saħħa ta' dan l-Artikolu ma jkunux jeċċedu l-ħtiġiet ta' l-ekwipaġġ.

Għall-iskopijiet ta' l-ewwel subparagrafu, l-għajnuna ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membritista', fejn meħtieġ, tiġi mitluba

5. Meta l-Artikolu 8 jkun japplika għall-fornituri lill-pjattaforma, waħda mis-segwenti għandhom ikunu miktuba taħt "Oħrajn" fil-kaxxa 104 tal-kopja tal-kontroll T5:

- Suministro para el abastecimiento de las plataformas – Reglamento (CE) no 800/1999,

- Proviant til platforme — forordning (EF) nr. 800/1999,

- Bevorratungslieferung für Plattformen — Verordnung (EG) Nr. 800/1999,

- Προμήθειες τροφοδοσίας για εξέδρες — κανονισμός (ΕΚ) Αριθ. 800/1999,

- Catering supplies for rigs — Regulation (EC) No 800/1999,

- Livraison pour l'avitaillement des plates-formes — règlement (CE) no 800/1999,

- Provviste di bordo per piattaforma — Regolamento (CE) n. 800/1999,

- Leverantie van boordproviand aan platform — Verordening (EG) nr. 800/1999,

- Fornecimentos para abastecimento de plataformas — Regulamento (CE) n.o 800/1999,

- Muonitustoimitukset lautoille — asetus (EY) N:o 800/1999,

- Proviant till plattformar — förordning (EG) nr 800/1999.

6. Meta ikun japplika l-Artikolu 40, dak li jieħu ħsieb il-maħżen għandu jintrabat li jirreġistra d-dettalji tal-pjattaforma ta' fejn tkun intbagħtet il-konsenja, l-isem/in-numru tal-vapur/elikotteru tal-fornitura u d-data tal-kunsinna abbord, fir-reġistru li hemm dispożizzjoni dwaru fil-punt (b) ta' l-Artikolu 40 (2). Ċertifikati tal-kunsinna abbord bħal ma hemm dispożizzjoni dwar dan fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu meqjusa li jiffurmaw parti minn reġistri bħal dawn.

7. L-Istati Membri għandhom jirranġaw biex jinżammu d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti, maqsuma bis-settur, li jkunu ġew fornuti l lill-pjattaformi u li jikkwalifikaw taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 45

1. Sabiex jiġi ddeterminat il-livell tar-rifużjoni li għandha tingħata, fornituri ta' l-ikel 'il barra mill-Komunità għandhom ikunu meqjusa bħala fornituri permezz tal-punt (a) ta' l-Artikolu 36 (1).

2. Meta r-rata tar-rifużjonijiet tvarja skond id-destinazzjoni, il-paragrafu 1 għandu jkun japplika bil-kondizzjoni li prova tkun fornuta li l-prodotti li attwalment ikunu tqiegħdu abbord ikunu l-istess bħal dawk li jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità għal dak l-iskop.

3. Il-prova msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta bil-manjiera segwenti:

(a) Prova ta' kunsinna diretta abbord għall-provviżjonijiet għandha tkun fornuta permezz ta' dokument doganali, jew dokument kontrofirmat mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż terz, tal-fornitura abbord; dokumenti ta' din ix-xorta jistgħu jkunu mħejjija skond il-mudell muri fl-Anness III.

Dawn għandhom ikunu mimlija f'waħda jew aktar mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità u lingwa użata fil-pajjiż terz ikkonċernat.

"Kunsinna diretta" tfisser il-kunsinna ta' container jew ta' kunsinna mhix maqsuma ta' prodotti mqiegħda abbord vapur.

(b) Meta l-prodotti esportati ma jkunux jikkonstitwixxu fornitura diretta u jiġu mqiegħda taħt is-superviżjoni doganali fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni qabel it-twassil abbord għal provviżjonijiet, prova ta' dak it-twassil abbord għandha tkun fornuta b'dawn id-dokumenti segwenti:

- dokument doganali jew dokument kontrofirmat ta' l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż terz li jiċċertifika li l-kontenut tal-container jew ta' konsinna mhix maqsuma ta' prodotti tkun tqiegħdet f'maħżen tal-proviżjonijiet u li l-prodotti li jikkonstitwixxu l-dawn ta' l-aħħar ikunu wżati biss għall-proviżjonijiet; dokumenti bħal dawn jistgħu jkunu mħejjija skond il--mudell stabbilit fl-Anness III, u

- dokument doganali jew dokument kontrofirmat ta' l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż terz li jiċċertifika it-twassil abbord tal-prodotti kollha fil-container jew f'kunsinna mhix maqsuma ta' prodotti tkun definittivament telqet mill-maħżen ta' l-ikel u li jkunu twasslu abbord u jispeċifika n-numru ta' konsenji parzjali; dokumenti bħal dawn jistgħu jkunu mħejjija bi qbil mal-mudell stabbilit fl-Anness III.

(ċ) Meta d-dokumenti msemmija f' (a) u t-tieni subinċiż ta' (b) ma jkunx possibbli li jiġu pprovduti, l-Istat Membru jista' jaċċetta evidenza fl-għamla ta' ċertifikat ta' aċċettazzjoni iffirmat mill-kaptan jew minn uffiċjal ieħor tar-ronda u li jkun iġib it-timbru tal-vapur.

Meta d-dokumenti msemmija fit-tieni subinċiż ta' (b) ma jistax jiġi prodott, l-Istat Membru jista' jaċċetta evidenza fl-għamla ta' ċertifikat ta' aċċettazzjoni iffirmat minn wieħed mill-impjegati tal-linja ta' l-ajru u li jkun iġib it-timbru tal-linja ta' l-ajru.

(d) Dokumenti msemmija f' (a) u fit-tieni subinċiż ta' (b) m'għandhomx ikunu aċċettati mill-Istati Membri sakemm dawn jipprovdu d-dettalji kollha tal-prodotti mwassla abbord u jistqarru d-data tal-kunsinna u n-numru tar-reġistrazzjoni u l-isem (jekk ikun hemm) tal-vapur(i) jew l-ajruplan. Biex jaċċertaw jekk il-kwantitajiet tal-fornituri mwassla għall-proviżjonijiet ikunux jikkorrispondu mal-ħtiġiet normali ta' l-ekwipaġġ u l-passiġġieri tal-vapur jew l-ajruplan f'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu informazzjoni addizzjonali jew dokumenti li jkunu pprovduti.

4. Fil-każijiet kollha, kopja jew foto-kopja tad-dokument tat-trasport u d-dokument li jipprovdi evidenza ta' pagament għall-fornituri tal-proviżjonijiet għandha tkun ippreżentata bħala sostenn ta' l-applikazzjonijiet għall-pagament.

5. Il-prodotti mqiegħda taħt l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 40 ma jistgħux ikunu użati għal fornituri skond il-punt (b) tal-paragrafu 3.

6. L-Artikolu 17 għandu japplika mutatis mutandis.

7. L-Artikolu 37 m'għandux japplika għall-każijiet koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 46

1. B'deroga mill-Artikolu 161 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/93, prodotti agrikoli kkonsenjati lejn Heligoland għandhom jiġu meqjusa bħala esportazzjoni għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet tal-pagament tar-rifużjonijiet.

2. Prodotti kkonsenjati lill-San Marino m'għandhomx ikunu meqjusa bħala esportazzjoni għall-iskopijiet tad-dispożizzjonijiet tal-pagament tar-rifużjonijiet.

Artikolu 47

1. Rifużjonijiet ma jistgħux jiġu mogħtija fuq prodotti esportati mill-ġdid bis-saħħa ta' l-Artikolu 883 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ħlief meta l-applikazzjonijiet għal pagament lura jew ta' remissjoni fuq id-dazji ta' l-importazzjoni jkunu sussegwentement miċħuda u meta l-kondizzjonijiet l-oħra dwar l-għoti tar-rifużjonijiet jkunu mwettqa.

2. Meta l-prodotti jkunu esportati mil-ġdid permzz tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, referenza għall- dik il-proċedura għandha ssir fuq id-dokumenti skond ma hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(4).

Artikolu 48

Fil-każ ta' l-esportazzjoni kkunsinnatalill:

- il-forzi armati stazzjonati f'pajjiż terz, taħt il-kmand ta' Stat Membru jew ta' organizzazzjoni internazzjonali li tagħha mill-anqas Stat Membru wieħed ikun membru,

- organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti f'pajjiż terz, li tagħhom mill-anqas Stat Membru wieħed ikun membru,

- korpi diplomatiċi stabbiliti f'pajjiż terz,

li fir-rigward tagħhom l-esportatur ma jkunx jista' jforni l-prova msemmija fl-Artikolu 16(1) jew (2), il-prodotti għandhom ikunu meqjusa bħallikieku kienu ġew impurtati fil-pajjiż terz ta' fejn dawk il-forzi armati jkunu stazzjonati jew ta' fejn dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew korpi diplomatiċi jkunu stabbiliti, mal-preżentazzjoni tal-prova tal-pagament għall-prodotti, konferma tal-kunsinna maħruġa mill-forzi armati, l-organizzazzjoni internazzjonali jew il-korp diplomatiku fil-pajjiż terz skond il-każ.

TITOLU IV

PROĊEDURA GĦALL-PAGAMENT TA' RIFUŻJONIJIET

KAPITOLU 1

Ġenerali

Artikolu 49

1. Ir-rifużjonijiet għandhom jitħallsu biss fuq applikazzjoni speċifika mill-esportatur u mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun aċċettata.

L-applikazzjonijiet għar-rifużjonijiet għandhom isiru:

(a) bil-kitba, għal-liema skop l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu formula speċjali; jew

(b) bi trasmissjoni minn kompjuter skond ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti.

Għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu, l-Artikoli 199 (2) u (3), 222, 223, u 224 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom ukoll japplikaw mutatis mutandis.

2. Ħlif fil-każijiet ta' force majeure, id-dokumenti li jirrigwardaw għall-pagamenti tar-rifużjonijiet jew tar-rilaxx ta' garanzija għandhom ikunu ppreżentati fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni tkun aċċettata.

Meta l-liċenzja ta' l-esportazzjoni tkun użata għat-tranżazzjoni ta' l-esportazzjoni li tintitola għall-pagament tar-rifużjonijiet maħruġa minn Stat Membru ieħor apparti mill-Istat Membru ta' l-esportazzjoni, id-dokumenti li jirrigwardaw il-pagament tar-rifużjonijiet għandhom ikun fihom foto-kopja taż-żewġ naħat ta' dik il-liċenzja, annotata kif meħtieġ.

3. Meta l-kopja tal-kontroll T5 jew, fejn xieraq, id-dokument nazzjonali li jagħti prova tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità ma jkunx mibgħut lura lejn l-uffiċċju tat-tluq jew tal-korp ċentrali fi żmien tliet xhur mill-ħruġ minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontrol ta' l-esportatur, dan ta' l-aħħar jista' jippreżenta lill-aġenzija kompetenti talba raġjonevoli li d-dokumenti l-oħra għandhom ikunu meqjusa bħala ekwivalenti.

Id-dokumenti li għandhom ikunu ppreżentati bħala sostenn għal talbiet bħal dawn għandhom jinkludu s-segwenti:

(a) meta l-kopja tal-kontroll jew id-dokument nazzjonali jkun ġie maħruġ bħala prova li l-prodotti jkunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità:

- kopja jew foto-kopja tad-dokument tat-trasport,

u

- dokument li juri li l-prodott ikun ġie ppreżentat f'uffiċċju doganali f'pajjiż terz jew f'wieħed jew aktar mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(1), (2) u (4).

Ir-rekwiżiti li jkopru d-dokumenti msemmija fit-tieni subinċiż jistgħu jiġu mwarrba fil-każ ta' l-esportazzjoni li dwarha r-rifużjonijiet ma jkunux jeċċedu EUR 1200; f'każijiet bħal dawn, b'dana kollu, l-esportatur għandu jippreżenta prova tal-pagament.

Fil-każ ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-Konvenzjoni dwar il-Proċedura Komuni tat-Transitu, l-għoti lura tal-kopja 5 tad-dokument komuni tat-transitu, ittimbrat kif rikjest minn dawk il-pajjiżi, foto-kopja tagħhom iċċertifikata bħala kopja vera jew notifika mill-uffiċju doganali tat-tluq għandha tgħodd bħala d-dokumenti tas-sostenn;

(b) meta l-Artikoli 36, 40 jew 44 ikunu japplikaw, il-konferma mill-uffiċċju doganali responsabbli għall-verifika tad-destinazzjoni f'dak il-każ li l-kondizzjonijiet għal konferma tal-kopja tal-kontroll T5 mill-uffiċċju msemmi jkunu ġewsodisfatti; jew

(ċ) meta l-Artikolu 36(1)(a) jew 40 ikun japplika, iċ-ċertifikat ta' l-aċċettazzjoni previst fl-Artikolu 45(3)(ċ) u dokument li jagħti prova tal-pagament tal-fornituri tal-provviżjoni.

Għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu, ċertifikat mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ li juri li l-kopja tal-kontroll T5 tkun ġiet ippreżentata kif xieraq u li turi n-numru serjali u l-uffiċċju tal-ħruġ tal-kopja tal-kontroll u d-data li fiha l-prodott ikun telaq mit-territorju doganali tal-Komunità, għandu jkun ekwivalenti għall-kopja tal-kontroll T5.

Il-paragrafu 4 għandu jkun japplika f'dak li jirrigwarda l-preżentazzjoni ta' prova ekwivalenti.

4. Meta, avolja jkungħamel ħiltu kif imiss, l-esportatur ma jkunx jista' jakkwista u jwassal id-dokumenti meħtieġa permezz ta' l-Artikolu 16 fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 2, hu jkun jista' jiġi mogħti, fuq talba tiegħu, aktar żmien biex ikun jista' jippreżentahom.

5. L-applikazzjonijiet għad-dokumenti l-oħra għandhom ikunu meqjusa bħala ekwivalenti permezz tal-paragrafu 3, sew jekk akkompanjati u anki jekk le, minn dokumenti ta' sostenn, u l-applikazzjonijiet għal aktar żmien kif hemm provvediment dwar din fil-paragrafu 4 għandhom ikunu ppreżentati fil-limitu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2. B'dana kollu, jekk dawk l-applikazzjonijiet ikunu ppreżentati fi żmien sitt xhur wara dan il-limitu taż-żmien, id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 50(2) għandhom ikunu japplikaw.

6. Meta l-Artikolu 37 jkun japplika, l-applikazzjonijiet għall-pagament tar-rifużjonijiet għandhom ikunu ppreżentati, ħlief fil-każijiet ta' force majeure, fi żmien 12-il xahar wara x-xhar tal-kunsinja abbord; madanakollu, l-awtorizzazzjonijiet skond kif kemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 37(1) jistgħu jkunu jeħtieġu li l-esportaturi jippreżentaw l-applikazzjoni għal pagamenti f'limiti aqsar ta' żmien.

7. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jkunu jeħtieġu traduzzjonijiet, tad-dokumenti kollha li jirrigwardaw il-pagamenti tar-rifużjonijiet, fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat.

8. Il-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu magħmula mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur mill-jum li fih huma jkollhom f'idejhom id-dokumenti kollha u l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jissodisfaw it-talba, apparti milli fil-każijiet segwenti:

(a) force majeure;

jew

(b) meta inkjesta amministrattiva speċjali dwar l-intitolament għar-rifużjonijiet tkun ġiet miftuha. F'dawn il-każijiet, il-pagament għandu jsir biss wara li l-intitolament għar-rifużjonijiet ikun ġie rikonoxxut;

jew

(ċ) għall-applikazzjoni tal-kumpens previst fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 52 (2).

9. Ir-rifużjonijiet ma jistgħux jingħataw meta l-ammont ikun anqas minn jew egwali għal EUR 60 kull dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 50

1. Fiċ-ċirkostanzi meta r-rekwiziti kollha stabbiliti bir-regoli tal-Komunità għall-wiri ta' l-intitolar għal rifużjonijiet apparti milli b'konformità ma' wieħed mill-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 7(1), 15(1) u 40(1) ikunu ġewsodisfatti, ir-regoli segwenti għandhom ikunu japplikaw:

(a) ir-rifużjonijiet għandhom l-ewwel ikunu mnaqqsa bi 15 %;

(b) il-kumplament tar-rifużjonijiet, minn hawn 'il quddiem imsemmija "ir-rifużjonijiet mnaqqsa", għandhom ikunu aktar imnaqqsa kif ġej:

(i) 2 % tar-rifużjonijiet mnaqqsa għandhom ikunu mitlufa għal kull jum sa meta l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 15(1) ikun ġiemaqbuż;

(ii) 5 % tar-rifużjonijiet mnaqqsa għandhom ikunu mitlufa għal kull jum sa meta l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 7(1) ikun ġiemaqbuż; jew

(iii) 10 % tar-rifużjonijiet mnaqqsa għandhom ikunu mitlufa għal kull jum sa meta l-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 40(1) ikun ġiemaqbuż.

2. Meta l-prova li r-rekwiżiti kollha stabbiliti bir-regolamenti tal-Komunità jkunu ġew sodisfatti jkunu ġew ipprovduti fi żmien sitt xhur mill-iskadenza tal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 49(2) u (4), ir-rifużjonijiet imħallsa għandhom ikunu 85 % tas-somma li kienet tkun imħallsa li kieku r-rekwiżiti kollha kienu ġewsodisfatti.

Meta l-prova li r-rekwiżiti kollha stabbiliti bir-regolamenti tal-Komunità jkunu ġew sodisfatti jkunu ġew ipprovduti fi żmien sitt xhur mill-iskadenza tal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 49(2) u (4), imma l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 7(1), 15(1) jew 40(1) ikununqabbżu, ir-rifużjonijiet mħallsa għandhom ikunu skond il-paragrafu 1, imnaqqsin bi 15 % tas-somma li kienet tkun imħallsa li kieku r-rekwiżiti kollha kienu ġewsodisfatti.

3. Meta r-rifużjonijiet ikunu ġew imħallsa bil-quddiem bi qbil ma' l-Artikolu 24 u wieħed jew aktar tal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 7(1) u 15(1) ma jkunux ġew milħuqa, il-parti tal-garanzija mitlufa għandha tkun egwali għal:

- it-tnaqqis ikkalkolat skond il-paragrafu 1,

- flimkien ma' 10 %.

Il-bilanċ tal-garanzija għandu jkun rilaxxat.

Meta r-rifużjonijiet jkunu ġew imħallsa bil-quddiem skond l-Artikolu 24 u prova li r-rekwiżiti kollha stabbiliti bir-regolamenti tal-Komunità jkunu ġewsodisfatti tkun fornuta fi żmien sitt xhur mill-iskadenza tal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 49(2) u (4), l-ammont li għandu jkun imħallas lura għandu jkun egwali għal 85 % tal-garanzija.

Meta, fil-każijiet koperti bit-tielet subparagrafu, wieħed jew aktar mill-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 7(1) u 15(1) ikunu, b'żieda, mhux milħuqa, l-ammont li jrid jitħallas lura għandu jkun egwali għal:

- l-ammont imħallas lura skond it-tielet subparagrafu,

- imnaqqsa minnu l-parti tal-garanzija mitlufa bis-saħħa ta' l-ewwel subparagrafu.

4. It-total tar-rifużjonijiet mitlufa ma jistax jeċċedi r-rifużjonijiet totali li kellhom jitħallsu li kieku r-rekwiżiti kollha kienu ġewsodisfatti.

5. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, nuqqas li jkun milħuq il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 39(1) għandu jkun meqjus bħala nuqqas li jkun milħuq il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 7(1).

6. Meta l-Artikolu 4(2) u/jew l-Artikolu 18(3) u/jew l-Artikolu 51 ikunu japplikaw:

- it-tnaqqis previst f'dan l-Artikolu għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi tar-rifużjonijiet pagabbli bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) u/jew l-Artikolu 18(3) u/jew l-Artikolu 51,

- ir-rifużjonijiet mitlufa minħabba dan l-Artikolu m'għandhomx jeċċedu dawk pagabbli bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) u/jew l-Artikolu 18(3) u/jew l-Artikolu 51.

KAPITOLU 2

Penalitajiet u rkupru ta' ammonti mħallsa żejda

Artikolu 51

1. Meta jinstab li l-esportatur bil-ħsieb li jakkwista għotja ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jkun applika għal rifużjonijiet li jeċċedu lil dawk applikabbli, ir-rifużjonijiet dovuti għall-esportazzjoni relevanti għandhom ikunu dawk applikabbli għall-prodotti attwalment esportati, imnaqqsa b':

(a) nofs id-differenza bejn ir-rifużjonijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni u dawk applikabbli għall-esportazzjoni attwali,

(b) id-doppju tad-differenza bejn ir-rifużjonijiet li tkun saret applikazzjoni għalihom u dawk applikabbli meta l-esportatur intenzjonalment jipprovdi informazzjoni falza.

2. Ir-rifużjonijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni jkunu meqjusa li jkunu l-ammont ikkalkolat mill-informazzjoni provduta skond l-Artikoli 5 jew 26(2). Meta r-rifużjonijiet ivarjaw skond id-destinazzjoni, il-parti differenzjata tar-rifużjonijiet għalihom tkun saret applikazzjoni għandha tkun ikkalkolata bl-użu tad-dettalji fuq il-kwantità, il-piż u d-destinazzjoni previsti skond l-Artikolu 49.

3. Il-penalità li hemm provvediment dwarha fil-punt (a) tal-paragrafu 1 m'għandhiex tkun applikabbli:

(a) fil-każijiet ta' force majeure,

(b) f'każijiet eċċezzjonali meta l-esportatur, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, immedjetament wara li jsir jaf li r-rifużjonijiet li jkun applika għalihom ikunu eċċessivi jinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti dwar dan, sa kemm l-awtorità kompetenti ma tkunx diġà infurmat lill-esportatur li jkollha l-intenzjoni li teżamina t-talba jew li l-esportatur ikun diġà sar jaf b'din l-intenzjoni, jew li l-awtorità kompetenti tkun diġà stabbiliet li r-rifużjonijiet mitluba ma kinux korretti;

(ċ) fil-każijiet ta' żball ovvju rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti rigward ir-rifużjonijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni,,

(d) fil-każijiet meta r-rifużjonijiet mitluba skond ir-Regolament (KE) Nru 1222/94, u partikolarment l-Artikolu 3(2) tiegħu, u li jkunu kkalkolati fuq il-bażi tal-medja tal-kwantitajiet użati matul perijodu speċifiku;

(e) fil-każijiet ta' piż aġġustat sakemm d-differenzi fil-piż ikunu dovut għal differenza fil-metodu applikat għal-użin.

4. Meta t-tnaqqis previst fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jirriżulta f'ammont negattiv, l-esportatur għandu jħallas l-ammont negattiv.

5. Meta l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li r-rifużjonijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni ma jkunux korretti u li l-esportazzjoni ma tkunx seħħet u b'konsegwenza ta' dan r-rifużjonijiet ma jkunux jistgħu jitnaqqsu, l-esportatur għandu jħallas il-penali skond il-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 li tapplika jekk l-esportazzjoni sseħħ. Meta r-rata tar-rifużjonijiet tvarja skond id-destinazzjoni, ir-rata pożittiva l-aktar baxxa jew, jekk għola r-rata li tirriżulta mill-indikazzjonijiet rigward id-destinazzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 24(2) jew 26(24) għandha tkun użata biex ikunu kkalkolati r-rifużjonijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni u r-rifużjonijiet applikabbli, ħlief meta tkun stipulata destinazzjoni obligatorja.

6. Pagamenti permezz tal-paragrafi 4 u 5 għandhom isiru fi żmien 30 jum tal-wasla ta' l-applikazzjoni għal pagament. Meta l-limitu taż-żmien ma jkunxmiżmum, l-esportatur għandu jħallas l-imgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 52(1) fil-perjodu li jibda 30 jum mid-data tal-wasla tat-talba għall-pagament u tispiċċa fil-jum li jippreċedi dak tal-pagament ta' l-ammont mitlub.

7. Il-penalitajiet m'għandhomx japplikaw sempliċement meta r-rifużjonijiet li għalihom tkun saret applikazzjoni jkunu aktar mir-rifużjonijiet applikabbli bis-saħħa ta' l-Artikoli 4(2), 18(3), 35(2) u/jew 50.

8. Il-penalitajiet għandhom ikunu applikabbli bla ħsara għall- -penalitajiet stabbiliti fil-livell nazzjonali.

9. L-Istati Membri jistgħu jwarrbu l-impożizzjoni ta' penalitajiet ta' EUR 60 jew anqas rigward kull dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni.

10. Meta l-prodott indikat fid-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew tfid-dikjarazzjoni tal-pagament ma jkunx kopert bil-liċenzja, l-ebda rifużjonijiet ma għandhom jitħallsu u l-paragrafu 1 m'għandux ikun applikabbli.

11. Meta r-rifużjonijiet ikunu ġew stabbiliti bil-quddiem, il-kalkolazzjoni tal-penali għandha tkun ibbażata fuq ir-rati tar-rifużjonijiet validi fil-jum li fih l-applikazzjoni tal-liċenzja tkun ippreżentata mingħajr ma jiġi kkonsidrat it-telf tar-rifużjonijiet permezz ta' l-Artikolu 4(1) jew tat-tnaqqis tar-rifużjonijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 18(3). Meta jkun meħtieg, ir-rati bħal dawn għandhom ikunu aġġustati fid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew tad-dikjarazzjoni tal-pagament.

Artikolu 52

1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jkun imħallas l-ammont negattiv skond l-Artikolu 51(4), il-benefiċjarju għandu jħallas lura r-rifużjonijiet akkwistati mhux kif suppost, li jinkludu xi penali applikabbli bis-saħħa ta' l-Artikolu 51(1) u l-imgħax ikkalkolat fuq iż-żmien li jkun għadda bejn il-pagament u l-ħlas lura. Madanakollu,

(a) meta l-ħlas lura jkun kopert b'garanzija, mhux rilaxxata, is-sekwestru ta' dik il-garanzija skond l-Artikolu 25(1) jew 35(1) għandu jikkostitwixxi l-irkupru ta' l-ammont dovut;

(b) meta l-garanzija tkun ġiet rilaxxata, il-benefiċċjarju jista' jħallas dik il-parti tal-garanzija li kienet tkun ġiet issekwestrata, flimkien ma' l-imgħax ikkalkolat mid-data tar-rilaxx tad-data li tippreċedi dik tal-pagament.

Il-pagament għandu jsir fi żmien 30 jum tal-wasla tat-talba għall-pagament.

Meta l-benefiċjarji jkunu mitluba biex iħallsu lura l-fondi, għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni ta' l-imgħax l-Istat Membru jista' jikkonsidra pagament li jkun magħmul fl-20 jum li jsegwu d-data tat-talba għall-pagament lura.

Ir-rata ta' l-imgħax pagabbli għandha tkun ikkalkolata skond il-liġi nazzjonali; ma tistax b'dana kollu, tkun aktar baxxa mir-rata applikabbli għall-irkupru ta' ammonti taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Meta pagament isir mhux kif suppost bħala riżultat ta' xi żball mill-awtoritajiet kompetenti, l-ebda imgħax m'għandu jigi miġbur: jista' jinġabar ta' l-aktar, l-ammont korrispondenti għall-qligħ akkwistat mhux kif suppost, li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru.

Meta r-rifużjonijiet jitħallsu lill-assenjatarju, hu u l-esportatur għandhom flimkien u separatament ikunu responsabbli għall-ħlas lura ta' l-ammonti mħallsa żejda, il-garanziji rilaxxati mhux kif suppost u l-imgħax li jkun marbut ma' l-eportazzjoni kkonċernata. Ir-responsabbiltà ta' l-assenjat għandha, b'dana kollu, tkun limitata għall-ammont imħallas lilu flimkien ma' l-imgħax.

2. L-ammonti rkuprati, l-ammonti skond l-Artikoli 51 (4) u (5) u l-imgħax miġbur għandhom ikunu mħallsa lill-aġenziji tal-pagamenti, li għandhom inaqqsu l-ammonti kkonċernati min-nefqa tal-Fond Ewropew tal-Gwida u l-Garanzija Agrikola (FEGGA), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 [39].

Meta l-limitu taż-żmien għal pagament ma jkunx miżmum, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, minnflok il-ħlas lura, kull ammontmħallas żejjed, garanziji rilaxxati mhux kif suppost u imgħax kompensatarju għandhom jitnaqqsu mill-pagamenti sussegwenti f'dak li jikkonċerna l-esportatur.

It-tieni subparagrafu għandu wkoll japplika għal ammonti li għandhom jitħallsu skond l-Artikolu 51 (4) u (5).

3. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 51 (9) tat-twarrib ta' l-applikazzjoni tal-penalitajiet fil-każ ta' ammonti żgħar, l-Istati Membri jistgħu jwarrbu l-ħlas lura ta' rifużjonijiet imħallsa żejda, granziji rilaxxati mhux kif suppost, imgħax u ammonti bħal ma hemm provdut dwar dan fl-Artikolu 51 (4) meta l-ħlas lura bħal dan kull dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni ma jkunx jeċċedi EUR 60, bil-kondizzjoni li l-liġi nazzjonali tistabbilixxi regoli simili li jipprovdu għal nuqqas ta' rkupru f'każijiet bħal dawn.

4. L-obbligu tal-ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 m'għanduxikun japplika:

(a) jekk il-pagament ikun sar bi żball mill-awtoritjiet kompetenti nfushom ta' l-Istat Membru jew ta' xi awtorità oħra kkonċernata u l-iżball ma setgħax raġonevolment ikun misjub mill-benefiċjarju u l-benefiċjarju min-naħa tiegħu jkun aġixxa b'intenzjoni tajba; inkella

(b) jekk il-perjodu li jkun skada bejn il-jum tan-notifika lill-benefiċjarju u d-deċiżjoni finali dwar l-għoti tar-rifużjonijiet u dik ta' l-ewwel informazzjoni lill-benefiċjarju mill-awtorità kompetenti nazzjonali jew tal-Komunità dwar in-natura mhux xierqa tal-pagament ikkonċernat ikun ta' aktar minn erba' snin. Din id-dispożizzjoni għandha tkun tapplika biss jekk il-benefiċjarju jkun aġixxa b'rieda tajba.

L-atti ta' xi parti terza li jirrigwardaw direttament jew indirettament il-formalitajiet meħtieġa għall-pagament tar-rifużjonijiet, inklużi l-atti tal-kontroll internazzjonali u ta' l-aġenziji ta' superviżjoni, għandhom ikunu attribwiti lill-benefiċjarju.

Id-dispożizzjoni ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal avvanzi fuq ir-rifużjonijiet. Fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas lura skond l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, is-sanzjoni amministrattiva permezz tal-punt (a) ta' l-Artikolu 51 (1) m'għandhiex tkun tapplika.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 53

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

- mingħajr dewmien, bil-każijiet meta l-Artikolu 20(1) ikun japplika; il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membru l-oħra,

- għal kull kodiċi ta' 12 il-figura, tal-kwantitajiet ta' prodotti esportati mhux koperti b'liċenzji ta' l-esportazzjoni ffissati bil-quddiem tar-rifużjonijiet dwar il-każijiet imsemmija fl-ewwel subinċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4 (1), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 45. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-informazzjoni bħal din tkun innotifikata mhux aktar tard mit-tieni xahar li jiġi wara dak tat-twettieq tal-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 54

1. Ir-Regolament (KEE) Nru 3665/87 huwa hawnhekk imħassar.

B'dana kollu, dak ir-Regolament għandu jibqa' japplika għal:

- l-esportazzjoni mhix koperta b'dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni aċċetata qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament,

u

- meta r-Regolament (KEE) Nru 565/80 ikun japplika għall-esportazzjoni koperta b'dikjarazzjoni tal-pagament aċċettata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament,

2. Referenzi fl-istrumenti kollha tal-Komunità għar-Regolamenti (KEE) Nru 1041/67, (KEE) Nru 192/75, (KEE) Nru 2730/79, (KEE) Nru 798/80, (KEE) Nru 2570/84, (KEE) Nru 2158/87 u (KEE) Nru 3665/87 jew lejn l-artikoli speċifiċi tagħhom għandhom ikunu meqjusa bħala li jirreferu għal dan ir-Regolament jew għall-Artikoli korrespondenti tiegħu.

Tabella ta' korrelazzjoni, relattiva għall-Artikoli tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, tinstab fl-Anness I.

Artikolu 55

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 Lulju 1999.

Ma' l-applikazzjoni mill-partijiet interessati kollha, id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 15(4) għandhom japplikaw għall-esportazzjoni li dwarha l-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni kienu ġew imwettqa fi -, jew wara id-19 ta' Jannar 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-15 ta' April 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[2] ĠU L 126, ta’ l-24.5.1996, p. 37.

[3] ĠU L 349, ta’ l-24.12.1998, p.1.

[4] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p.1.

[5] ĠU L 80, tat-18.3.1998, p. 19.

[6] ĠU L 42, tas-16.2.1990, p. 6.

[7] ĠU L 24, tad-29.1.1994, p. 2.

[8] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[9] ĠU L 65, tat-12.3.1999, p.1.

[10] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[11] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p.1.

[12] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

[13] ĠU L 199, tat-22.7.1983, p. 12.

[14] ĠU L 301, tas-17.10.1992, p. 17.

[15] ĠU L 104, tas-27.4.1996, p. 13.

[16] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[17] ĠU L 310, ta’ l-14.12.1993, p. 4.

[18] ĠU L 359, tad-9.12.1992, p. 13.

[19] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[20] ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 1.

[21] ĠU L 172, tat-30.09.1996, p. 3025/66.

[22] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[23] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[24] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p.1.

[25] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49.

[26] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77.

[27] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1987, p. 1.

[28] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[29] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

[30] ĠU L 297, tal- 21.11.1996, p.1.

[31] ĠU 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[32] ĠU L 136, tal-31.5.1994, p. 5.

[33] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.

[34] ĠU L 331, tal-21.12.1988, p. 1.

[35] ĠU L 312, tat-23.12.1995, p. 1.

[36] ĠU L 388, tat-30.12.1989, p. 18.

[37] ĠU L 82, tad-29.3.1990, p.1.

[38] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[39] ĠU L 67, ta’ l-14.3.1991, p. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS

Tabella tal-korrelazzjoni

Dan ir-Regolament | Ir-Regolament (KEE) Nru 3665/87 |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3 | — |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 2a |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 3a |

L-Artikolu 7 | L-Artikolu 4 |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 6a |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 11(1), (5) u (6) | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 11(2), (3) u (4) | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 9 |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 16 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 19 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 19 | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 20(1), (2) u (3) | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 20 (4) | L-Artikolu 15 (2) |

L-Artikolu 21 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 15 (1) |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 22 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 26 | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 28(1). (2) (3), (5) u (6) | L-Artikolu 27 |

L-Artikolu 29 | L-Artikolu 28 |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 28a |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 32 | L-Artikolu 30 |

L-Artikolu 33 | L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 34 | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 35 | L-Artikolu 33 |

L-Artikolu 36 | L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 37 | L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 38 | L-Artikolu 36 |

L-Artikolu 39 | L-Artikolu 37 |

L-Artikolu 40 | L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 41 | L-Artikolu 39 |

L-Artikolu 42 | L-Artikolu 40 |

L-Artikolu 43 | L-Artikolu 41 |

L-Artikolu 44 | L-Artikolu 42 |

L-Artikolu 45 | L-Artikolu 43 |

L-Artikolu 46 | L-Artikolu 44 |

L-Artikolu 47 | L-Artikolu 45 |

L-Artikolu 48 | L-Artikolu 46 |

L-Artikolu 49 (1) sa (7) | L-Artikolu 47 |

L-Artikolu 49 (9) | L-Artikolu 11 (2) |

L-Artikolu 50 | L-Artikolu 48 |

L-Artikolu 51 | L-Artikolu 11 (1) |

L-Artikolu 52 | L-Artikolu 11 (3) sa (6) |

L-Artikolu 53 | L-Artikolu 49 |

L-Artikolu 54 | L-Artikolu 50 |

L-Artikolu 55 | L-Artikolu 51 |

L-Anness I | L-Anness I |

L-Anness II | L-Anness III |

L-Anness III | L-Anness IV |

L-Anness IV | — |

L-Anness V | — |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta' Pajjiżi Terżi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 16(2)(d) li jeħtieġu li l-prodotti jkunu impurtati qabel ma' l-fondi jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti fil-pagament

L-Alġerija

Il-Malawi

Il-Burundi

Malta

Il-Gwinea Ekwatorjali

St Lucia

Il-Kenja

Is-Senegal

Il-Lesoto

It-Tanżania

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Lista ta' pajjiżi terzi u ta' territorji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 17 (b) u (ċ)

L-Islanda

Is-Slovakkja

In-Norveġja

L-Ungerija

Il-Lieċhtenstein

Ir-Rumanija

L-Isvizzera

Il-Bulgarija

Il-Heligoland

L-Albanija

L-Andorra

L-Ukrajna

Ġibiltà

Il-Belarussja

Ċeuta u Melilla

Il-Moldovja

Il-Belt tal-Vatikan

Ir-Russja

Malta

Il-Ġeorġja

Ċipru

L-Armeja

Il-Marokk

L-Ażerbajġann

It-Turkija

L-Estonja

Is-Slovenja

Il-Latvja

Il-Kroatzja

Il-Litwanja

Il-Bosnia-Herżegovina

Il-Polonja

Is-Serbia u l-Montenegro

Ir-Republika Ċeka

Dik li qabel kienet ir-Republika Jugoslava tal-Maċedonja

--------------------------------------------------

ANNESS V

Lista ta' prodotti li japplika għalihom l-Artikolu 20(4)(d)

I. Prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 (ross):

II. Prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 (zokkor u isoglucose):

III. Prodotti elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 (ċireali):

Kodiċi NM | Ċanga/vitella |

0102 | Bhejjem ħajjin tal-fart |

0201 | Laħam tal-bhejjem tal-fart, frisk jew imkessaħ |

0202 | Laħam tal-bhejjem tal-fart, friżat |

02061095 | Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa, friski jew imkessħin |

02062991 | Il-falda l-ħoxna u l-falda l-irqiqa, friżati |

Kodiċi NM | Ħalib u prodotti tal-ħalib |

0402 | Ħalib u krema, ikkonċentrati jew li jkun fihom zokkor miżjud jew materjal ieħor tal-ħlewwa |

sa | Trab tax-xorrox tal-ħalib |

sa | Kostitwenti tal-ħalib |

0405 | Butir u xaħmijiet u żjut oħra akkwistati mill-ħalib |

040620 | Ġobon maħkuk jew fi trab |

040630 | Ġobon ipproċċessat |

sa | Ġobnijiet oħrajn |

sa |

sa |

Kodiċi NM | Inbid |

22042962220429642204296522042971220429722204297522042983220429842204299422042998 | Inbid tal-mejda fil-massa |

Kodiċi NM | Prodotti agrikoli esportati fl-għamla ta' oġġetti mhux koperti bl-Anness II tat-Trattat |

19019091 | - - - Li ma jkunx fihom xaħmijiet tal-ħalib, sucrose, isoglucose, glucose jew lamtu jew li jkun fihom bil-piż anqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % ta' sucrose (inkluż zokkor invertit) jew isoglucose, 5 % ta' glucose jew lamtu, esklużi Preparati f'għamla ta' trab ta' l-oġġetti fl-intestatura Nru 0401 sa 0404 |

21011292 | - - - Preparati b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati tal-kafè |

21012092 | - - - Preparati b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati tat-tèjew maltu |

sa | Dextrini u lamtijiet oħra mmodifikati |

sa | Aġenti ta' stabbilizzar, aġent biex iħaffef it-teħid tal-kuluri jew l-istabbillizzar tal-materjali tal-kuluri u prodotti oħra u preparati b'bażi ta' sustanzi amilakeċi |

--------------------------------------------------