31999R0547



Official Journal L 066 , 13/03/1999 P. 0008 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 547/1999

tat-12 ta' Marzu 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2802/95 dwar il-klassifika ta' ċertu oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2261/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifika ta' merkanzija li hemm referenza għaliha fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunita', bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' tariffa u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ f'merkanzija;

Billi l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2802/95 ta' l-4 ta' Diċembru 1995 dwar il-klassifika ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda [3] kklassifika l-prodott Nru 1 bħala xarba mingħajr ma qies il-proprjetajiet speċifiċi terapewtiċi u profilattiċi tagħha fil-kura ta' anemija kkawżata mid-defiċjenzi ta' ħadid; billi huwa meħtieġ li tkun emendata l-klassifika ta' dan il-prodott li għandu jkun kunsidrat bħala duwa;

Billi l-miżuri li jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwal il-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-klassifika tal-prodott Nru 1 fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2802/95 għandu jkun sostitwit b'dak fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

fit-12 ta' Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 292, tat-30.10.1998, p. 1.

[3] ĠU L 291, tas-6.12.1995, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija | Kodiċi ta' klassifika NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Ġulepp ambra, mqiegħed fi fliexken ta' 125 ml, maħsub (intenzjonat) biex tikkura ċerti tipi ta' anemija minħabba nuqqas (definċjenza) ta' ħadid. Il-prodott għandu l-kompożizzjoni li ġejja (per 100 g): feredetate tas-sodju: 4,13 gsorbitol: 24 ggliċerina: 13 gaċidu ċitriku: 0,1 galkoħol etiliku 95: 0,09 gaġent tat-togħma: 0,01 gpropyl parahydroxybenzoate: 0,01 gmetil parahydroxybenzoate: 0,8 gilma: kwant. suff. | 30049019 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-rabta tal-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3004, 300490 u 30049019. Dan il-prodott għandu jitqies bħala duwa minħabba l-kompożizzjoni tiegħu u l-użu tiegħu għal finijiet terapewtiċi. |

--------------------------------------------------