31999R0132



Official Journal L 017 , 22/01/1999 P. 0020 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 132/1999

tal-21 ta’ Jannar 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2630/97 dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali tal-ifrat

(Test b’rilevanza għal EEA)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 ta’ April 1997 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat u dwar it-tikkettjar taċ-ċanga u prodotti taċ-ċanga [1], u b’mod partikolari l-punt (d) ta’L-Artikolu 10 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2630/97 [2] stabbilixxa regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 820/97 dwar il-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fil-qafas tas-sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3887/92 [3], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1678/98 [4], stabbilixxa regoli dettaljati biex tiġi applikata is-sistema integrata dwar amministrazzjoni u kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità;

Billi sabiex tiġi assigurata koperazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti dwar kontrolli fis-settur tal-ifrat, hu importanti li jsiru arranġamenti għat-trasmissjoni ta’ kopji tar-rapporti wara spezzjoni li ssir bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2630/97, fejn dawn jikxfu ksur tar-Regolament (KE) Nru 820/97, lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92;

Billi l-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Gwida Ewropea Agrarja u Fond ta’ Garanzija,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu 6 li ġej hu b’dan miżjud ma’ l-Artikolu 2 ta-Regolament (KE) Nru 2630/97.

"6. Kopji tar-rapporti, msemmija fil-paragrafu 5 għandhom, meta dawn jikxfu ksur tar-Regolament (KE) Nru 820/97, jintbagħtu mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru No 3887/92."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Jannar 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1.

[2] ĠU L 354, tat-30.12.1997, p. 23.

[3] ĠU L 391, tal-31.12.1992, p. 36.

[4] ĠU L 212, tat-30.7.1998, p. 23.

--------------------------------------------------