Official Journal L 016 , 21/01/1999 P. 0019 - 0020
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/1999 ta’ l-20 ta’ Jannar 1999 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1589/87, (KEE) Nru 429/90, (KEE) Nru 1158/91, (KEE) Nru 3378/91, (KEE) Nru 3398/91 u (KE) Nru 2571/97 rigward il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-offerti. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(6), l-Artikolu 7(5), l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 7a(1), l-Artikolu 7a(3) u l-Artikolu 12(3) tiegħu, Billi r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1589/87 tal-5 ta’ Ġunju 1987 dwar il-bejgħ bl-offerti tal-butir lill-aġenziji ta’ l-intervent [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 455/95 [4], (KEE) Nru 429/90 tal-20 ta’ Frar 1990 dwar il-konċessjoni b’sejħa għall-offerti ta’ għajnuna lill-butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 417/98 [6], (KEE) Nru 1158/91 tat-3 ta’ Mejju 1991 dwar ix-xiri għall-ħażna bl-offerti ta’ trab tal-ħalib xkumat lill-aġenziji ta’ l-intervent [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 569/96 [8], (KEE) Nru 3378/91 tal-20 ta’ Novembru 1991 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-bejgħ tal-butir mill-ħażniet ta’ l-intervent għall-esportazzjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 569/88 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1802/95 [10], (KEE) Nru 3398/91 tal-20 ta’ Novembru 1991 dwar il-bejgħ b’sejħa għall-offerti ta’ trab tal-ħalib xkumat għall-fabbrikazzjoni tal-għalf kompost u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 569/88 [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2080/96 [12], u (KE) Nru 2571/97 ta’ l-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir ikkonċentrat għall-użu fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti mill-pastiċċiera, il-ġelati u oġġetti ta’ l-ikel [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1982/98 [14], jiffisaw disposizzjonijiet proviżorji dwar il-proċeduri għall-offerti li jinkludu limiti taż-żmien; billi mogħti t-tnaqqis fl-attività ekonomika matul Awissu, kien jagħmel sens illi għal Awissu ta’ 1998 jinbidlu l-limiti taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-offerti skond ir-Regolament (KE) Nru 2571/97; billi l-esperjenza miksuba tindika x-xewqa li dan l-aġġustament jintgħamel permanenti u li tinħareġ sejħa waħda biss għall-offerti għax-xahar ta’ Awissu skond kull wieħed mir-Regolamenti msemmija hawn fuq; billi jekk il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-offerti jinzerta jaqa’ f’jum ta’ btala, għar-raġunijiet tas-suq, għandu, minnflok, jiġi spustat għall-jum preċedenti tax-xogħol; Billi l-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali tal-Ħalib u Prodotti mill-Ħalib, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-test ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1589/87, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 429/90, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1158/91, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3378/91, l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3398/91 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 2571/97 huma hawnhekk mibdula b’dan li ġej: "Il-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-offerti bi tweġiba għas-sejħiet individwali għall-offerti għandu jkun nofs in-nhar (ħin ta’ Brussel) tat-tieni u r-raba’ nhar ta’ Tlieta tax-xahar għajr għat-tieni nhar ta’ Tlieta ta’ Awissu u r-raba’ nhar ta’ Tlieta ta’ Diċembru. Jekk it-Tlieta tkun btala pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun nofs in-nhar (ħin ta’ Brussel) tal-jum preċedenti tax-xogħol." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikażjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel fit-2 ta’ Jannar 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21. [3] ĠU L 146, tas-6.6.1987, p. 27. [4] ĠU L 46, ta’ l-1.3.1995, p. 31. [5] ĠU L 45, tal-21.2.1990, p. 8. [6] ĠU L 52, tal-21.2.1998, p. 18. [7] ĠU L 112, ta’ l-4.5.1991, p. 65. [8] ĠU L 80, tat-30.3.1996, p. 48. [9] ĠU L 319, tal-21.11.1991, p. 40. [10] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27. [11] ĠU L 320, tat-22.11.1991, p. 16. [12] ĠU L 279, tal-31.10.1996, p. 15. [13] ĠU L 350, tal-20.12.1997, p. 3. [14] ĠU L 256, tat-18.9.1998, p. 9. --------------------------------------------------