31999L0098



Official Journal L 009 , 13/01/2000 P. 0014 - 0021


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

1999/98/KE tal-15 ta' Diċembru 1999

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-okkupanti tal-vetturi bil-mutur fil-każ ta' ħabta fuq quddiem

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ikkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u partikolarment Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li ikkunsidrat id-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' l-okkupanti tal-vetturi bil-mutur fil-każ ta' ħabta fuq quddiem u li temenda d-Direttiva 70/156/KEE [3]

Billi:

(1) Id-Direttiva 96/79/KE hija waħda mid-direttivi separati taħt il-proċedura ta' l-approvazzjoni tal-Komunità introdotta bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE li jikkonċernaw is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ta' vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva preżenti.

(2) Fl-implimentazzjoni ta' Artikolu 4(b) tad-Direttiva 96/79/KE, il-Kummissjoni kellha teżamina mill-ġdid u, jekk xieraq, temenda Appendiċi 7 għal Anness II għal dik l-istess Direttiva sabiex jittieħed kont tat-testijiet biex jigi ezaminat l-gharqub tal-manikin Hybrid III., inklużi l-provi fuq vetturi.

(3) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku li huwa stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anness II għad-Direttiva 96/79/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Ottubru 2000, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mat-testijiet biex jiġi eżaminat l-għarqub tal-manikin Hybrid III.

- jew jirrifjutaw l-approvazzjoni tal-KE għal tip ġdid ta' vettura.

- jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jewd-dħul fis-servizz ta' vettura,

jekk it-testijiet biex jiġi eżaminat l-għarqub tal-manikin Hybrid III jissodisfaw il-ħtiġiet tad-Direttiva 96/79/KE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta' April 2001, l-Istati Membri ma jistgħux aktar jagħtu l-approvazzjoni tal-KE għal xi tip ta' vettura skond Artikolu 4 tad-Direttiva 70/156/KEE jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/79/KE, kif emendata b'din id-Direttiva, ma jiġux osservati.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispozizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 20002. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-referenza għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċpali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25.

[3] ĠU L 18, tal-21.1.1997, p. 7.

--------------------------------------------------

ANNESS

1.2. Anness II tad-Direttiva 96/79/KEE huwa emendat kif ġej:

Il-Punt 2.9.2 ta' Appendiċi 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"2.9.2. Żarbuna tal-qies 11XW, li tissodisfa l-qies tal-konfigurazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-ħxuna tas-suletta tat-takkuna skond l-istandard militari ta' l-US MIL-S 13192, ibdel "P" u li l-piż tagħha huwa ta' 0,57 ± 0,1 kg, għandha titqiegħda u marbuta ma' kull sieq tal-manikini li jkunu qegħdin jintużaw għat-testijiet."

Appendiċi 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"

Appendiċi 7

PROĊEDURA TA' ĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-PARTI TAN-NAĦA TA' ISFEL TAR-RIĠEL U TAS-SIEQ TAL-MANIKIN

1. IT-TEST TA' IMPATT TAL-PARTI TA' FUQ TAS-SIEQ

1.1. L-għan ta' dan it-test huwa li jkejjel ir-reazjoni tas-sieq u ta' l-għaksa ta' Hybrid III għall-impatti tal-pendlu li jkunu ben definiti u qawwijin.

1.2. L-assemblaġġ sħiħ tal-parti t'isfel tar-riġel ta' Hybrid III, tax-xellug (86 –5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammra bl-assemblaġġ tas-sieq u għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandhom jintużaw, filwaqt li jinkludu l-assemblaġġ ta' l-irkoppa. Is-simulatur taċ-ċellola tat-tagħbija (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jassigura assemblaġġ tal-kappa ta' l-irkoppa(78051-16 Rev B) mat-tagħmir li jkun qiegħed jintuża fit-test..

1.3. Prova tat-test

1.3.1. Kull assemblaġġ ta' riġel għandha titħalla (mxarrba) għal erba' sigħat qabel it-test b'temperatura ta' 22 °C ± 3 °C u umdita relattiva ta' of 40 (± 30 %). Il-perjodu ta' tixrib ma jinkludix il-ħin rikjest bies tilħaq il-kundizzjonijiet stabbli.

1.3.2. Naddaf il-wiċċ ta' impatt tal-ġilda u kif ukoll il-wiċċ ta' l-impattur b'alkoħol isopropilu jew l-ekwivalenti qabel it-test. Farfar bit-terra.

1.3.3. Allinja l-arloġġ ta' l-aċċeleratur ta' l-impattur b'assi sensittivi paralleli għal-linja taċ-ċentru ta' l-impattur lonġitudinali.

1.3.4. Immonta l-assemblaġġ tar-riġel mat-tagħmir li qiegħed jintuża għat-test kif muri fil-Figura 1. It-tagħmir li jkun qiegħed jintuża fit-test għandu jiġi mqabbad tajjeb biex jiġi evitat ċaqliq waqt l-impatt. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur tat-tagħbija fuq iċ-ċelloli tal-wirka (78051-319) għandu jkun vertikali (± 0,5 o). Irranħa l-għalaq b'tali mod li l-ġoga ta l-irkoppa u l-iskorfina li teħel ma’ l–għaksa tkun oriżżontali (± 3 o) bl-għarqub jistrieħ fuq żewġ pjanċi ta' materjal ta' frizzjoni baxxa (PTFE). Assigura li l-laħam ta' l-qasba tas-sieq huwa lejn it-tarf ta' l-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Irranġa l-għaksa b'tali mod li l-pjan tal-qiegħ tas-sieq ikun vertikali u perpendikolari mad-direzzjoni ta' l-impatt (± 3o) u b'tali mod li l-pjan medjan tas-sieq ikun alinjat mad-driegħ tal-pendlu. Irranġa l-irkoppa u ġogi ta' l-għaksa għal raġġ ta' 1,5 (± 0,5) g qabel kull prova. Irranġa l-ġoga ta' l-għaksa biex b'hekk tkun libera u imbagħad issikka b'mod li tħalli s-sieq stabbli fuq il-pjanċa PTFE.

1.3.5. L-impattur riġidu jikkonsisti f'dijametru oriżżontali ta' ċilindru 50 (± 2) mm u dijametru ta' driegħ ta' pendlu 19 ± 1 mm (Figure 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta'1,25 (± 0,02) kg inkluża l-instrumentazzjoni u kwalunkwe parti ta' support ta' driegħ fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta' 285 (± 5) g. Il-massa ta' kull parti rotanti tal-fus li miegħu jkun imwaġġal id-driegħ tas-sostenn m’ gġandux ikun akbar minn 100 g. It-tul bejn il-flus oriżżontali ċentrali taċ-ċilindru impattur u l-fus tar-rotazzjoni tal-pendlu sħiħ għandu jkun (± 1) mm. Iċ-ċilindru ta' l-impatt huwa immontat b fus lonġitudinali oriżżontali u perpendikulari għad-direzzjoni ta'l-impatt.

Il-pendlu jolqot il-qiegħ tas-sieq, f'distanza ta' 185 (± 2) mm mil-bażi ta' l-għarqub fuq il-pjattaforma riġida oriżżontali, biex b'hekk il-linja ċentrali lonċitudinali tal-pendlu tad-driegħ taqa'f’raġġ ta' 1o ta' linja vertikali ma l-impatt. L-impatt għandu jiġi gwidat biex jeskludi moviment qawwi laterali, vertikali jew rotazzjonali.

1.3.6. Ħalli perjodu ta' mill-inqas 30 minuta bejn provi suċċessivi fuq l-istess sieq.

1.3.7. Is-sistema ta' akwiżżizjoni ta' informazzjoni, inklużi "transducers", jikkonformaw ma' speċifikazzjonijiet għal CFC 600, kif deskritt f'Appendiċi 5 ta' dan l-Anness.

1.4. Speċifikazzjoni tal-prestazzjoni

1.4.1. Meta l-ballun ta' kull sieq tintlaqat f’ 6,7 (± 0,1) m/sekonda skond paragrafu 1.3,il-momentu massimu tal-liwja tan-naħa t' isfel tal-qasba tas-sieq fuq-l-assi "y" (My) għandha tkun 120 ± 25 Nm.

2. IT-TEST TA' IMPATT TAL-PARTI TA' ISFEL TAS-SIEQ MINGĦAJR ŻARBUN

2.1. L-għan ta' dan it-test huwa li jkejjel ir-reazjoni tal-ġilda tas-sieq u ta' l-inseriti ta' Hybrid III f'impatti ben definiti u qawwijin.

2.2. L-assemblaġġ sħiħ tal-parti t'isfel tar-riġel ta' Hybrid III, tax-xellug (86 –5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammra bl-assemblaġġ tas-sieq u ta' l-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandhom jintużaw, filwaqt li jinkludu l-assemblaġġ ta' l-irkoppa. Is-simulatur tat-tagħbija fuq iċ-ċellola (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jassigura li l-irkoppa sħiħa tkun imqabbda tajjeb (78051-16 Rev B) mat-tagħmir li jkun qiegħed jintuża fit-test.

2.3. Proċedura tat-test

2.3.1. Kull assemblaġġ ta' riġel għandha titħalla (mxarrba) għal erba’ sigħat qabel it-test b'temperatura ta' 22 (± 3) °C u umdità relattiva ta' 40 (± 30) %. Il-perjodu ta' tixrib m għandux jinkludi il-ħin meħtieġ biex jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbli.

2.3.2. Naddaf il-wiċċ ta' l-impatt tal-ġilda u wkoll il-wiċċ ta' l-impattur b'alkoħol isopropilu jew l-ekwivalenti qabel it-test. Farfar bit-terra. Iċċekkja biex tara li mhemmx ħsara viżiva għall-insert li jassorbi l-enerġija ta' l-għaksa.

2.3.3. Allinja l-aċċeleraturometru ta' l-impattur mal-fus sensittiv li jkun parallel mal-linja ċentrali lonġitudinali ta' l-impattur.

2.3.4. Tella’ l-assemblaġġ tas-sieq mat-tagħmir li jkun qiegħed jintuża kif muri fil-Figura 2. It-tagħmir li jkun qiegħed jintuża fit-test għandu jiġi mqabbad tajjeb biex jiġi evitat ċaqliq waqt l-impatt. Il-linja taċ-ċentru tas-simulatur taċ-ċelloli tal-wirka (78051-319) għandha tkun vertikali ± (0,5o). Irran[a l-għalaq b'tali mod li l-linja li tgħaqqad il-ġoga tal-kappa ta' l-irkoppa u l-iskorfina jkunu oriżżontali (± 3o) bl-għarqub li jistrieħ fuq żewġ pjanċi ta' ta wiċċ li jkun baxx u bi frizzjoni baxxa (folja ta' PTFE). Assigura li l-laħam tal-qasba tas-sieq jinsab pjenament lejn in-naħa ta' l-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Irranġa l-għaksa b'tali mod li l-pjan tan-naħa t' isfel tas-sieq huwa verikali u perpendikulari mad-direzzjoni ta' l-impatt u b’ tali mod illi l-pjan medjan tas-sieq ikun alinjat ma driegħ tal-pendlu. Irranġa l-ġoga ta' l-irkoppa sa 1,5 (± 0,5) g qabel kull kull test. Irranġa l-ġoga ta' l-għaksa biex b'hekk tkun libera u mbagħad issikka b'mod li tħalli s-sieq stabbli fuq il-pjanċa PTFE.

2.3.5. L-impattur riġidu jikkonsisti f'djametru oriżżontali ta' ċilindru 50 (± 2) mm u dijametru ta' driegħ ta' pendlu 19 (± 1) mm (Figure 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta'1,25 (± 0,02) kg li tinkludi l-instrumentazzjoni u kwalunkwe parti ta' sostennt ta' driegħ fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta' 285 (± 5) g. Il-massa ta' kull parti rotanti tal-fus li miegħu jkun imwaġġal id-driegħ tas-sostenn m’ gġandux ikun akbar minn 100 g. It-tul bejn il-flus oriżżontali ċentrali taċ-ċilindru impattur u l-fus tar-rotazzjoni tal-pendlu sħiħ għandu jkun 1250 (± 1) mm. Iċ-ċilindru ta' l-impatt huwa immontat b fus lonġitudinali oriżżontali u perpendikulari għad-direzzjoni ta'l-impatt.. Il-pendlu għandu jolqot il-qiegħ tas-sieq, f'distanza ta' 62 (± 2) mm mil-bażi ta' l-għaksa li tkun mistrieħa fuq il-pjattaforma riġida u oriżżontali, biex b'hekk il-linja ċentrali lonġitudinali tal-pendlu tad-driegħ taqa'fi 1o ta' linja vertikali ta' impatt. L-impattur għandu jiġi gwidat biex jeskludi moviment laterali, vertikali jew rotazzjonali.

2.3.6. Ħalli perjodu ta' mill-inqas 30 minuta bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess sieq.

2.3.7. Is-sistema ta' akwiżizzjoni ta' l-informazzjoni, inklużi "transducers", għandhom jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta' CFC 600, kif deskritt f'Appendiċi 5 ta' dan l-Anness.

2.4. Speċifikazzjoni tal-prestazzjoni

2.4.1. Meta l-għaksa ta' kull sieq tintlaqat f’ 4,4 ± 0,1 m/sekonda skond paragrafu 2.3, l-aċċelerazzjoni massima ta' l-impattur għandha tkun ta' 295 ± 50 g.

3. TEST TAL-PARTI TA' TAĦT TAS-SIEQ (BIŻ-ŻARBUN)

3.1. L-għan ta' dan it-test huwa li jikkontrolla r-risposta taż-Żarbuna u l-laħam ta' l-għarqub u l-ġoga ta' l-għaksa ta' Hybrid III għall-impatti tal-pendlu li jkunu ben definiti u qawwijin.

3.2. L-assemblaġġ sħiħ tal-parti t'isfel tas-sieq ta' Hybrid III, tax-xellug (86 –5001-001) u tal-lemin (86-5001-002), mgħammra bl-assemblaġġ tas-sieq u ta' l-għaksa, tax-xellug (78051-614) u tal-lemin (78051-615), għandhom jintużaw, u jinkludu l-assemblaġġ ta' l-irkoppa. Is-simulatur tat-tagħbija fuq iċ-ċellola (78051-319 Rev A) għandu jintuża biex jassigura li l-kappa ta' l-irkobba(78051-16 Rev B) tkun imqabbda mat-tagħmir li jkun qiegħed jintuża għat test.. Is-sieq għandu jkollha magħha żarbun speċifikat fil-paragrafu 2.9.2 ta' Appendiċi 3 ta' Anness 2.

3.3. Il-proċedura tat-test

3.3.1. Kull assemblaġġ tar-riġel għandu jitħalla (mxarrab) għal erba sigħat qabel it-test b'temperatura ta' 22 (± 3) °C u umdità relattiva ta' 40 (± 30) %. Il-perjodu tat-tixrib ma jinkludix il-ħin rikjest bies jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbli.

3.3.2. Naddaf il-wiċċ ta' l-impatt tal-qiegħ tal-ġenb taż-żarbun b,ċarruta nadifa u l-wiċċ ta' l-impattur b'alkoħol isopropiliku jew l-ekwivalenti qabel it-test. Iċċekkja biex tara li mhemmx ħsara viżiva għall-insert li jassorbi l-enerġija ta' l-għaksa.

3.3.3. Allinja l-aċċeleraturometru ta' l-impattur mal-fus sensittiv li jkun parallel mal-linja ċentrali lonġitudinali ta' l-impattur.

3.3.4. Immonta l-assemblaġġ tar-riġel mat-tagħmir li qiegħed jintuża għat-test kif muri fil-Figura 3. It-tagħmir li jkun qiegħed jintuża fit-test għandu jiġi mqabbad tajjeb biex jiġi evitat ċaqliq waqt l-impattIl-linja taċ-ċentru tas-simulatur tat-tagħbija fuq iċ-ċelloli tal-wirka (78051-319) għandu jkun vertikali (± 0,5 o). Irran[a l-għalaq b'tali mod li l-linja li tgħaqqad l-ġoga ta l-irkoppa u l-iskorfina li teħel ma’ l–għaksa tkun oriżżontali (± 3) o bl-għarqub jistrieħ fuq żewġ pjanċi ta' materjal ta' frizzjoni baxxa (PTFE). Assigura li l-laħam tal-qasba tas-sieq jinsab pjenament lejn in-naħa ta' l-irkoppa tal-qasba tas-sieq. Irranġa l-għaksa b'tali mod li l-pjan li jmiss mat-takkuna u s-suletta tan-naħa ta' taħt taż-żarbuna jkun vertikali u perpendikolari mad-direzzjoni ta' l-impatt (± 3o) u b'tali mod li l-pjan medjan tas-sieq ikun alinjat mad-driegħ tal-pendlu. Irranġa l-ġoga ta' l-irkoppa għal 1,5 (± 0,5) g qabel kull test. Irranġa l-ġoga ta' l-għaksa biex b'hekk tkun libera u imbagħad issikka kemm kemm is-sieq titħalla stabbli fuq il-folja PTFE.

3.3.5. L-impattur riġidu jikkonsisti f’ ċilindru oriżżontali bid-dijametru ta' 50 (± 2) mm u dijametru ta' driegħ ta' pendlu 19 (± 1) mm (Figure 4). Iċ-ċilindru għandu massa ta'1,25 (± 0,02) kg inkluża l-instrumentazzjoni u kwalunkwe parti ta' sostenn tad-driegħ fiċ-ċilindru. Id-driegħ tal-pendlu għandu massa ta' 285 (± 5) g. Il-massa ta' kull parti rotanti tal-fus li miegħu jkun imwaġġal id-driegħ tas-sostenn m gġandux ikun akbar minn 100 g. It-tul bejn il-flus oriżżontali ċentrali taċ-ċilindru impattur u l-fus tar-rotazzjoni tal-pendlu sħiħ għandu jkun (± 1) mm. Iċ-ċilindru ta' l-impatt huwa immontat b’ fus lonġitudinali oriżżontali u perpendikulari għad-direzzjoni ta'l-impatt.

Il-pendlu għandu jolqot il-qiegħ taż-żarbun fi pjan oriżżontali li qiegħed f'distanza ta' 62 ± 2 mm il-fuq mil-qiegħ tal-bażi ta' l-għaksa tal-manikin meta ż-żarbuna tkun mistrieħa fuq pjattaforma oriżżontali riġida b’ tali mod illi l-linja ċentrali lonġitudinali tad-driegħ tal-pendlu taqa fi grad tal-linja vertikali ta' l-impatt.L-impattur għandu jiġi gwidat biex jeskludi.

3.3.6. Ħalli perjodu ta' mill-inqas 30 minuta bejn testijiet suċċessivi fuq l-istess riġel.

3.3.7. Is-sistema ta' akwiżizzjoni ta' informazzjoni, inklużi "transducers", jikkonformaw ma’ speċifikazzjonijiet għal CFC 600, kif deskritt f'Appendiċi 5 ta' dan l-Anness.

3.4. Speċifikazzjoni tal-prestazzjoni

3.4.1. Meta l-qiegħ taż-żarbun jintlaqat f’ 6,7 (± 0,1) m/sekonda skond paragrafu 3.3, il-massimu tal-forza kompressiva tal-qasba tas-sieq (Fz) għandha tkun ta' 3,3 (± 0,5) kN.

+++++ TIFF +++++

Figura 1Test ta' impatt tan-naħa ta' fuq tas-sieqSpeċifikazzjonijiet tat-tagħmir tat-testijiet

+++++ TIFF +++++

Figura 2Test ta' impatt tan-naħa t' isfel tas-sieq (bla żarbun)Speċifiki tat-tagħmir tat-test

+++++ TIFF +++++

Figura 3Test ta' impatt tal-parti ta' taħt tas-sieq (biż-żarbun)Speċifikazzjonijiet .tat-tagħmir tat-test

+++++ TIFF +++++

Figura 4"Impattur" tal-pendlu

"

--------------------------------------------------