31999L0096



Official Journal L 044 , 16/02/2000 P. 0001 - 0155


Id-Direttiva 1999/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-13 ta' Diċembru 1999

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dawk li huma miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-ħruġ ta' tniġġis forma ta' gass jew partiċelli minn compression ignition engines għall-użu f'inġenji, u l-ħruġ ta' gassijiet li jniġġsu minn positive ignition engines li jaħdmu b'gass naturali jew gass tal-pitrolju likwidu għall-użu f'inġenji u li jemenda id-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, [1]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

(1) Billi għandhom jittieħdu miżuri fi ħdan l-istruttura tas-suq intern;

(2) Billi l-ewwel programm ta' azzjoni tal-Komunità Ewropea dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent [4], approvat mill-Kunsill nhar it-22 ta' Novembru 1973, kien jitlob li tingħata attenzjoni lill-iżviluppi xjentifiċi aħħarija f'dik li hi l-ġlieda kontra t-tniġġis ta' l-arja kkawżat minn gassijiet mormija minn inġenji tat-triq u għad-Direttivi addottati qabel biex jiġu emendati skond il-bżonn; billi l-ħames programm ta' azzjoni, li fil-kuntest ġenerali tiegħu kien ġie approvat mill-Kunsill b'riżoluzzjoni ta' l-1 ta' Frar 1993 [5], jinkludi aktar miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqas konsiderevolment il-livell preżenti ta' ħruġ ta' tniġġis minn inġenji tat-triq;

(3) Billi huwa rikonoxxut li l-iżvilupp tat-trasport fi ħdan il-Komunità wassal għall-piżijiet kbar fuq l-ambjent; billi numru ta' estimi uffiċjali dwar iż-żieda fid-densità tat-traffiku urew li huma inqas mill-figura attwali; billi minħabba din ir-raġuni standards stretti dwar il-ħruġ ta' tniġġis minn inġenji tat-toroq għandhom jiġu stabbiliti;

(4) Billi d-Direttiva 88/77/KEE [6] stabbiliet il-limiti għall-valuri ta' ħruġ ta' karbonju tal-monoxide, idrokarboni mhux maħruqa u nitroġeni ossidi minn magni diesel għal użu f'inġenji tat-toroq fuq il-bażi ta' eżami ta' proċedura għall-kondizzjonijiet Ewropej tas-sewqan għall-inġenji kkonċernati; billi din id-Direttiva kienet emendata l-ewwel darba minn Direttiva 91/542/KEE [7] f'żewġ stadji, l-ewwel stadju (1992/1993) kien jikkoinċidi mad-dati ta' implimentazzjoni għal standards Ewropej ġodda dwar il-ħruġ ta' tniġġis minn inġenji għall-passiġġieri; billi t-tieni stadju (1995/1996) stabbilixxa orjentazzjoni fit-tul għall-industrija Ewropea ta' l-inġenji billi ffissa valuri limiti bbażati fuq ir-riżultati mistennija minn teknoloġiji li kienu għadhom qed jiġu żviluppati, filwaqt li ingħata ċans lill-industrija biex ittejjeb dawn it-teknoloġiji; billi d-Direttiva 96/1/KE [8] kienet teżiġi li fejn jidħlu inġenji żgħar li jaħdmu bid-diesel b'ċilindru ta' volum swept ta' inqas minn 0.7dm3 u fejn il-qawwa tal-veloċità hija meqjusa aktar minn 3000 minn -1, il-valur limitu għall-ħruġ ta' partiċelli hekk kif stabbilit f'Direttiva 91/542/KEE għandu jiddaħħal mill-1999; billi, minkejja dan, huwa meqjus raġonevoli fuq bażi teknika li tinżamm differenza fuq ħruġ ta' partiċelli minn inġenji żgħar u veloċi li jaħdmu bid-diesel li għandhom ċilindru ta' volum swept inqas minn 0.75dm3 u b'qawwa ta' veloċità ta' aktar minn 3000 minn -1, iżda din id-differenza għandha tispiċċa fl-2005;

(5) Billi, taħt l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/542/KEE, il-Kummissjoni kellha tirraporta lill-Kunsill qabel tmiem l-1996 dwar il-progess li jkun sar dwar ir-reviżjoni tal-valuri limiti għal ħruġ ta' tniġġis kombinat, jekk ikun hemm bżonn, b'reviżjoni ta' l-eżami ta' proċedura; billi dawn il-limiti riveduti m'għandhomx ikunu japplikaw qabel l-1 ta' Ottubru 1999 fejn jidħlu tipi ġodda għall-approvazzjoni;

(6) Billi l-Kummissjoni implimentat programm Ewropew dwar il-kwalità ta' l-arja, il-ħruġ mit-traffiku fit-toroq, teknoloġiji ta' karburanti u inġenji, (il-programm Inġenji-karburanti), bl-għan li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/12/KE [9]; billi studju dwar il-prezz u l-effettività fi ħdan il-programm Inġenji-karburanti wera li hemm bżonn ta' iżjed titjib fit-teknoloġija ta' l-inġenji diesel għal vetturi ta' strapazz kien neċessarju sabiex tintlaħaq kwalità ta' l-arja sas-sena 2010 hekk kif deskritta minn komunikat tal-Kummissjoni dwar il-programm Inġenji-karburanti;

(7) Billi titjib fil-ħtiġijiet għall-magni ġodda diesel fid-Direttiva 88/77/KEE jiffurmaw parti minn strateġija globali tal-Komunità li għandha wkoll tinkludi reviżjoni ta' l-i standards għall-inġenji kummerċjali ħfief u għall-inġenji tal-passiġieri mis-sena 2000, titjib fil-karburanti għall-inġenji u assessjar aktar metikoluż tal-manutenzjoni ta' l-inġenji fejn jidħol ħruġ ta' tniġġis;

(8) Billi d-Direttiva 88/77/KEE hija waħda minn dawk id-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tipi hekk kif imniżżla mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-appossimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tipi ta' l-inġenji u t-trailers tagħhom [10]; billi l-oġġettiv li jitnaqqas il-livell ta' ħruġ ta' tniġġis minn inġenji ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali u jista għaldaqstant jintlaħaq aħjar bl-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-ara minn inġenji;

(9) Billi tnaqqis fil-limiti ta' ħruġ li jibdew japplikaw mis-sena 2000 jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 30 % fil-ħruġ ta' karbonju monoxide, idrokarboni totali, NOx u materja f'partiċelli ġew identifikati mill-programm Inġenji-karburanti bħala miżuri kruċjali sabiex jintlaħaq livell sodisfaċenti fil-kwalità ta' l-arja fuq medda nofsana ta' żmien; billi tnaqqis ta' 30 % tad-duħħan exhaust fuq dak imkejjel minn tipi ta' magni kurrenti u li jikkumplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE [11] għandu jwassal għall-tnaqqis għall-materja f'partiċelli; billi aktar tnaqqis fil-limit ta' l-emmissjonijiet applikabli mill-2005 ta' 30 % karbonju monoxide, idrokarboni totali u NOx u 80 % f'partiċelli għandu jwassal għal titjib fil-benefiċċji tal-kwalità ta' l-arja fuq medda nofsana ta' żmien; billi dan in-tnaqqis ħa jqis l-effett ta' l-emmissjonijiet ta' eżamijiet ġodda taċ-ċikli li jirrapreżentaw aħjar it-tendenzi fis-sewqan esperjenzati minn inġenji li jgħaddu minn manutenzjoni; billi l-limitu addizzjonali fuq NOx applikabli mill-2008 għandu jwassal għal tnaqqis addizzjonali ta' 43 % fil-limit ta' l-emmissjonijiet ta' dan it-tniġġis; billi, mhux aktar tard minn tmiem 2002, il-Kummissjoni għandha tqis it-teknoloġija eżistenti bl-intenzjoni li tikkonferma l-i standards mandatorji ta' NOx għall-2008 f'rapport lil Parlament Ewropew u lil Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun hemm bżonn, minn proposti xierqa;

(10) Billi valuri limiti ta' ħruġ premissibli huma introdotti li huma applikabli għall-inġenji definiti bħala "Inġenji li ma jgħamlux ħsara lill-ambjent"(EEVs);

(11) Billi sistemi ta' dianjosi fuq il-vettura (OBD) għadhom mhux daqshekk żviluppati għall-inġenji ta' strapazz imma se jkunu introdotti mill-2005 sabiex ikun identifikat malajr meta jfalli l-ħruġ ta' komponenti kritiċi u sistemi fuq l-inġenji u għaldaqstant iwassal għal titjib sinifikattiv fil-manutenzjoni ta' ħruġ inizjali fuq inġenji li jkunu qegħdin għall-manutenzjoni permezz ta' spezzjonar u manutanezjoni aħjar; billi rekwiżiti speċifiċi għad-durabbilità ta' inġenji ġodda ta' l-istrapazz u sabiex ikunu konformi ma' l-eżaminar ta' inġenji ta' strapazz li jkunu qegħdin għall-manutenzjoni jkunu introdotti mill-2005;

(12) Billi approvazzjoni ta' tipi ġodda ta' eżaminar ċikliku għal gassijiet u ħruġ ta' partiċelli u duħħan li jċajpar ikunu introdotti sabiex ikun hemm evalwazzjoni aktar rappreżentattiva ta' l-emmissjonijiet minn magni diesel waqt kondizzjonijiet ta' eżaminar li jixbħu aktar dawk ta' l-inġenji waqt il-manutenzjoni; billi eżami kombinat (b'żewġ ċikli) ġdid ikun introdot għall-magni diesel konvenzjonali u għal dawk il-magni diesel li għandhom katalist ta' l-ossidazzjoni; billi eżami kombinat (b'żewġ ċikli) ġdid ikun introdott għal magni li jaħdmu bil-gass u, kif ukoll, għall-magni diesel li għandhom sistema avvanzata li tikkontrolla l-ħruġ; billi mill-2005, il-magni diesel kollha għandhom ikunu eżaminati miż-żewġ proċeduri; billi l-Kummissjoni tara li jsir progress fin-negozjati li jwasslu għall-armonizzazzjoni dinjija fil-proċeduri ta' l-eżami;

(13) Billi, l-Istati Membri għandhom jitħallew, permezz ta' inċentivi fiskali, jinkoraġġixxu l-introduzzjoni fis-suq ta' inġenji li jissodisfaw il-ħtiġijiet adottati fuq livell Komunitarju, liema inċentivi għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tat-Trattat u jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet maħsuba sabiex jevitaw taqlib fis-suq intern; filwaqt li din d-Direttiva ma taffetwax id-dritt ta' l-Istati Membri li jinkludu ħruġ ta' tniġġis u sustanzi oħra meta jiġu biex jikkalkolaw it-taxxi tat-traffiku fuq inġenji;

(14) Billi, fl-iżvilupp ta' leġislazzjoni tal-Komunità li jikkonċerna ħruġ minn inġenji, għandhom jitqiesu r-riżultati ta' riċerka li għaddejja bħal issa dwar il-karatteristiċi tal-partiċelli għandhom jittieħed f'kunsiderazzjoni;

(15) Billi l-Kummissjoni għandha tirraporta qabel il-31 ta' Diċembru 2000 fuq l-iżviluppi ta' apparat li jkejjel il-ħruġ għall-inġenji diesel ta' strapazz u r-relazzjoni mal-kwalità tal-karburant, il-bżonn ta' titjib fl-akkuratezza u r-riproduċibbililtà tal-kejl tal-partiċelli u proċeduri kampjuni u l-iżvilupp ta' eżami ċikliku dinji;

(16) Billi d-Direttiva 88/77/KEE għandha tiġi amendata kif ġej;

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

Id-Direttiva 88/77/KEE qegħda hawnhekk tiġi emendata kif ġej:

1. It-titlu ser jinbidel b'dan:

"Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta' Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri f'dak li hu miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis ta' partiċelli minn compression ignition engines għal użu f'inġenji, u ħruġ ta' gassijiet li jniġġsu minn positive ignition engines li jaħdmu b'gass naturali jew gass tal-pitrolju likwidu ghall-użu f'inġenji"

.

2. Artikolu 1 ser jinbidel minn dan:

"Artikolu 1

"inġenju" tfisser kwalunkwe inġenju hekk kif definit minn Anness II sezzjoni A tad-Direttiva 70/156/KEE li jaħdem b' compression engine jew magna bil-gass, bl-eċċezjoni ta' inġenji f'kategorija M1 li teknikament ikollhom piż massimu permissibli ta' anqas minn jew ugwali għal 3,5 t,

"compression ignition jew magna bil-gass" tfisser li s-sors tal-propulsjoni mottiva ta' inġenju għal tip approvat, tista' tingħata bħala enti separata teknikament hekk kif definit minn Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE.

"EEV" tfisser inġenji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li jkun inġenju li jaħdem b'magna li tikkonforma mal-valuri limiti permessi ta' ħruġ hekk kif mgħotija f'linja C tat-tabella li hemm f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I."

3. Annessi I sa VIII ser jinbidlu b'Annessi I sa VII li jidhru fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Lulju 2000, l-ebda Stat Membru ma jista', fuq raġunijiet relatati ma' gassijiet u tniġġis ta' partiċelli u viżibbilità ħażina minħabba ħruġ ta' duħħan minn magna:

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE, jew li joħroġ id-dokument li għalih hemm provdut fl-aħħar inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta' inġenju li jaħdem b'compression ignition jew magna bil-gass, jew

- jipprojbixxi r-reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta' dawn l-inġenji l-ġodda, jew

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE għal xi tip ta' compression ignition jew magna bil-gass, jew

- jipprojbixxi l-bejgħ jew użu ta' compression ignition jew magni bil-gass ġodda,

jekk ir-rekwiżiti xierqa ta' l-Annessi għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva, ikunu sodisfatti speċjalment fejn jidħol ħruġ ta' gassijiet u tniġġis ta' partiċelli u viżibbilità ħażina minħabba ħruġ ta' duħħan mill-magna ikunu konformi mal-valuri limiti hekk kif imniżżla jew f'linja A jew linja B jew B1 jew B2 jew il-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja C tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2000, l-Istati Membri:

- ma jistgħux jagħtu aktar approvazzjoni tat-tip KE jew joħorġu d-dokument provdut fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u

- għandhom jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tipi ta' compression ignition jew magni bil-gass u tipi ta' inġenji li jaħdmu b'compression ignition jew magni bil-gass fejn il-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis partikolari u viżibbilità ħażina minħabba duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja A tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva.

3. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2001 u bl-eċċezzjoni ta' inġenji u magni maħsuba biex jiġu esportati lil pajjiżi terzi u bl-eċċezjoni ta' magni biex jibdlu għal inġenji għal manutenzjoni, l-Istati Membri jkollhom:

- jikkonsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw inġenji ġodda jew magni ġodda li jikkonformaw mad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta' inġenji ġodda li jaħdmu b'compression ignition jew magna bil-gass u l-bejgħ u użu ta' compression ignition jew magni bil-gass ġodda,

fejn il-ħruġ ta' gassijiet jew tniġġis partikolari u l-viżibbilità ħażina minħabba d-duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja A tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva.

4. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2005, l-Istati Membri:

- ma jistgħux jagħtu aktar approvazzjoni tat-tip KE jew joħorġu d-dokument provdut fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u

- għandhom jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tipi ta' compression ignition jew magni bil-gass u tipi ta' inġenji li jaħdmu b'compression ignition jew magni bil-gass fejn il-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis partikolari u viżibbilità ħażina minħabba duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B1 tat-tabelli f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva.

5. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2006 u bl-eċċezzjoni ta' inġenji u magni maħsuba biex jiġu esportati lil pajjiżi terzi u bl-eċċezjoni ta' magni biex jibdlu għal inġenji għal manutenzjoni, l-Istati Membri jkollhom:

- jikkonsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw inġenji ġodda jew magni ġodda li jikkonformaw mad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta' inġenji ġodda li jaħdmu b'compression ignition jew magna bil-gass u l-bejgh u użu ta' compression ignition jew magni bil-gass ġodda,

fejn il-ħruġ ta' gassijiet jew tniġġis partikolari u l-viżibbilità ħażina minħabba d-duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B1 tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva.

6. B'effett mill-1 ta' Ottubtu 2008, l-Istati Membri:

- ma jistgħux jagħtu aktar approvazzjoni tat-tip KE jew joħorġu d-dokument provdut fl-aħħar inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u

- għandhom jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tipi ta' compression ignition jew magni bil-gass u tipi ta' inġenji li jaħdmu b'compression ignition jew magni bil-gass fejn il-ħruġ ta' gassijiet u tniġġis partikolari u viżibbilità ħażina minħabba duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B2 tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva.

7. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2009 u bl-eċċezzjoni ta' inġenji u magni maħsuba biex jiġu esportati lil pajjiżi terzi u bl-eċċezjoni ta' magni biex jibdlu għal inġenji għal manutenzjoni, l-Istati Membri jkollhom:

- jikkonsidraw ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw inġenji ġodda jew magni ġodda li jikkonformaw mad-Direttiva 70/156/KEE bħala mhux aktar validi għall-għanijiet ta' l-Artikolu 7(1) ta' dik id-Direttiva, u

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta' inġenji ġodda li jaħdmu b'compression ignition jew magna bil-gass u l-bejgh u użu ta' compression ignition jew magni bil-gass ġodda,

fejn il-ħruġ ta' gassijiet jew tniġġis partikolari u l-viżibbilità ħażina minħabba d-duħħan mill-magna ma jikkonformawx mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B2 tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva.

8. Skond paragrafu 1, magna li tissodisfa r-rekwiżiti mixtieqa ta' l-Annessi tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendati minn din id-Direttiva, u tilħaq il-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja C tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva, sejra titqies bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' paragrafi 2 sa 7.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni għal inċentivi fiskali biss għal dawk li huma inġenji li jikkonformaw mad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din d-Direttiva. Dawn l-inċentivi għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tat-Trattat kif ukoll il-kondizzjonijiet hekk kif imniżżla f'(a) jew (b) hawn taħt:

(a) għandhom japplikaw għall-inġenji ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta' l-Istat Membru u li jikkonformaw bil-quddiem mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja A fit-tabella 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din d-Direttiva, u minn hemm 'il quddiem sa mill-1 ta' Ottubru 2000 mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja B1 jw B2 ta' l-istess tabella.

Għandhom jiġu terminati b'effett mill-applikazzjoni mandatorja tal-valuri limiti ta' l-emmissjonijiet li għalih issir referenza fl-Artikolu 2(3) għal inġenji ġodda, jew sad-dati ta' l-applikazzjoni mandatorja tal-valuri limiti ta' l-emmissjonijiet hekk kif imniżżla f'linja B1 jew B2 fit-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE hekk kif emendata minn din id-Direttiva;

(b) għandhom japplikaw għall-inġenji ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta' l-Istat Mebru u li jikkonformaw mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja C fit-tabella 6.2.1 ta' l-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din d-Direttiva.

2. Għal kul tip ta' inġenju, l-inċentivi m'għandhomx jaqbżu l-ispejjeż addizzjonali tas-soluzzjonijiet tekniċi introdotti biex jassiguraw konformità mal-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja A jew linja B1 jew B2 jew il-valuri limiti hekk kif imniżżla f'linja C tat-tabella f'sezzjoni 6.2.1 ta' l-Anness I tad-Direttiva 88/77/KEE, hekk kif emendata minn din id-Direttiva, u ta' l-installazzjoni tagħhom fl-inġenju.

3. Il-Kummissjoni għandha tkun informata f'biżżejjed ħin dwar pjanijiet biex jitwaqqfu jew jinbidlu l-inċentivi fiskali msemmija f'dan l-Artiklu, sabiex tkun tista' tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha.

Artikolu 4

Mill-1 ta' Ottubru 2005, tipi ġodda ta' inġenji, u mill-1 ta' Ottubru 2006, kull tip ta' inġenji, għandhom ikunu attrezzati b'sistema ta' dianjosi fuq il-vettura (OBD) jew sistema ta' tkejjil fuq il-vettura (OBM) biex josservaw l-ammont ta' ħruġ ta' exhaust fl-inġenju stess.

Il-Kummissjoni se tipproponi disposizzjonijiet f'dan ir-rispett lil Parlament Ewropew u lil Kunsill. Dawn għandhom jinkludu:

- aċċess bla xkiel u b'mod standard għas-sistema ta' OBD għal spezzjonijiet, dianjosi, manutenzjoni u tiswijiet,

- il-konformità tal-kodiċi tad-difetti,

- il-kompatibbilità ta' biċċiet tad-tibdil biex jiffaċilitaw it-tiswija, tibdil, u manutenzjoni ta' inġenji bl-OBD.

Artikolu 5

Mill-1 ta' Ottubru 2005, għal tipi ġodda, u mill-1 ta' Ottubru 2006, għal kull tip, approvazzjonijiet tat-tipi mogħtija lill-inġenji u magni ser jikkonfermaw ukoll li l-apparat li jikkontrolla l-ħruġ se jkun qed jaħdem sew matul il-ħajja normali ta' l-inġenju jew il-magna.

Il-Kummissjoni ser teżamina d-differenzi fil-ħajja normali ta' kategoriji varji ta' inġenji ta' strapazz u tqis li tipproponi rekwiżiti ta' durabbilità xierqa u speċifiċi għal kull kategorija.

Artikolu 6

Mill-1 ta' Ottubru 2005, għal tipi ġodda, u mill-1 ta' Ottubru 2006, għal kull tip, approvazzjonijiet tat-tipi mogħtija lill-inġenji ser jirrikjedu wkoll il-konferma ta' l-operazzjoni korretta ta' l-apparat li jikkontrolla l-ħruġ matul il-ħajja normali ta' inġenju taħt kondizzjonijiet normali ta' użu (konformità ta' inġenji li jintużaw u huma miżmuma u wżati b'mod xieraq).

Din id-disposizzjoni għandha tkun ikkonfermata u kumplimentata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni ser tissottometti proposta lil Parlament Ewropew u lil Kunsill fejn tikkonferma u tikkumplimenta din id-Direttiva mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jew il-31 ta' Diċembru 2000, skond liema jiġi l-ewwel.

Il-proposta ser iżżomm quddiem għajnejha:

- il-proċess ta' reviżjoni tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill hekk kif imniżżel fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/69/KE [12] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/70/KE [13],

- l-iżvilupp ta' teknoloġija li tikkontrolla l-ħruġ minn compression ignition engine u ta' magna bil-gass, li tinkludi wkoll it-teknoloġija ta' wara it-trattament, waqt li tqis l-interdipendenza ta' din it-teknoloġija mal-kwalità tal-karburant,

- il-bżonn li ttejjeb l-akkuratezza u r-ripetibbilità tal-kejl kurrenti u l-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni għall-livelli baxxi ta' partiċelli minn magni;

- l-iżvilupp ta' eżami ċikliku dinji għal eżamijiet li japprovaw it-tipi,

u l-proposta ser tinkludi:

- regoli li jistabbilixxu l-introduzzjoni ta' sistema ta' OBD fuq inġenji ta' strapazz mill-1 ta' Ottubru 2005 skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva u, mutatis mutandis, mad-Direttiva 98/69/KE dwar it-tnaqqis ta' ħruġ ta' exhaust minn inġenji tal-passiġġieri u inġenji kummerċjali ħfief,

- disposizzjonijiet dwar id-durabbilità ta' sistemi li jikkontrollaw il-ħruġ b'effett mill-1 ta' Ottubru 2005 skond l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva,

- disposizzjonijiet biex jassiguraw il-konformità ta' inġenji li jkunu qed jintużaw fil-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tipi għall-inġenji b'effett mill-1 ta' Ottubtu 2005 skond l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva waqt li żżomm quddiem għajnejha l-ispeċifiċità ta' l-eżamijiet li jkunu saru fuq dawn l-inġenji u l-informazzjoni speċifika miksuba mis-sistemi OBD f'kuntest ta' effettività ta' l-ispiża,

- limiti xierqa għal tniġġis li fil-preżent mhuwiex regolat bħala konsegwenza ta' introduzzjoni wiesa ta' karburanti alternattivi ġodda.

Sal-31 ta' Diċembru 2001 il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar il-progress fin-negozjati għall-armonizzazzjoni dinjija ta' eżami ċikliku.

Sat-30 ta' Ġunju 2002 il-Kummissjoni ser tissottometti rapport lil Parlament Ewropew u lil Kunsill dwar ir-rekwiżiti għal operazzjoni ta' sistema ta' OBM. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta għall-miżuri li għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2005 li jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-annessi korrispondenti ħalli jipprovdu għal approvazzjoni tat-tipi ta' sistemi ta' OBM li għandhom jassiguraw ta' l-anqas livelli ekwivalenti ta' kontroll għal tas-sistemi OBD u li għandhom ikunu kompatibbli magħhom ukoll.

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2002, tikkonsidra t-teknoloġija disponibbli sabiex tikkonferma l-i standard mandatorju ta' NOx għal 2008 f'rapport tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, akkumpanjat, jekk hemm bżonn, minn proposti xierqa.

Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 2000. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

La darba l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, dawn ser ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jigu publikati uffiċjalment. Il-metodu ta' kif għandha issir din ir-referenza għandu jkun deċiz mill-Istati Membri.

2. Member States shall communicate to the Commission the texts of the main provisions of national law which they adopt in the field covered by this Directive.

Artikolu 9

Id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, nhar it-13 ta' Diċembru 1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

S. Hassi

[1] ĠU C 173, 8.6.1998, p. 1 uĠU C 43, 17.2.1999, p. 25.

[2] ĠU 407, 28.12.1998, p. 27.

[3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 1998 (ĠU C 341, 9.11.1998, p. 74), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 ta' April 1999 (ĠU C 296, 15.10.1999, p. 1) u deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 1999 (għadhom mhux ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 112, 20.12.1973, p. 1.

[5] ĠU C 138, 17.5.1993, p. 1.

[6] ĠU L 36, 9.2.1988, p. 33.

[7] ĠU L 295, 25.10.1991, p. 1.

[8] ĠU L 40, 17.2.1996, p. 1.

[9] ĠU L 100, 19.4.1994, p. 42.

[10] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 11, 16.1.1999, p. 25).

[11] ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1. Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/20/KE (ĠU L 125, 16.5.1997, p. 21).

[12] ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1.

[13] ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

--------------------------------------------------

ANNESS

WERREJ

| | Paġna |

ANNESS I | GĦAN, DEFINIZZJONI U ABBREVJAZZJONI, APPLIKAZZJONI GĦAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET U EŻAMIJIET U KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI | 278 |

1. Għan | 278 |

2. Definizzjonijiet u Abbrevjazzjonijiet | 278 |

3. Applikazzjoni għall-Approvazzjoni tat-tip KE | 284 |

4. Approvazzjoni tat-tip KE | 285 |

5. Simboli tal-magni | 287 |

6. Speċifikazzjonijiet u eżamijiet | 289 |

7. Installazzjoni fuq l-inġenju | 291 |

8. Il-kategorija tal-magna | 291 |

9. Konformità tal-produzzjoni | 293 |

Appendiċi 1 | Proċedura għall-eżaminar tal-konformità tal-produzzjoni fejn devjazzjoni standard hija sodisfaċenti | 296 |

Appendiċi 2 | Proċedura għall-eżaminar tal-konformità tal-produzzjoni fejn devjazzjoni standard hija insodisfaċenti jew mhux disponibbli | 298 |

Appendiċi 3 | Proċedura għall-eżaminar tal-konformità meta mitluba mill-produttur | 300 |

ANNESS II | DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI | 302 |

Appendiċi 1 | Karatteristiċi essenzali tal-magna (primarja) u informazzjoni li tikkonċerna t-twettiq ta' l-eżami | 303 |

1. Deskrizzjoni tal-magna | 303 |

2. Miżuri meħuda kontra t-tniġġis ta' l-arja | 304 |

3. Provvista tal-karburant | 305 |

4. Kronizzazzjoni tal-valvola | 308 |

5. Ignition system (spark ignition engines biss) | 308 |

6. Tgħamir imħaddem b'magna | 308 |

7. Informazzjoni addizzjonali dwar il-kondizzjonijet ta' l-eżami | 309 |

8. Kif taħdem il-magna | 310 |

Appendiċi II | Karatteristiċi essenzali tal-kategorija tal-magna | 312 |

1. Parametri komuni | 312 |

2. Lista tal-kategorija tal-magni | 312 |

Appendċi III | Karatteristiċi essenzali tat-tip ta' magna fi ħdan il-kategorija | 314 |

1. Deskrizzjoni tal-magna | 314 |

2. Miżuri kontra t-tniġġis ta' l-arja | 315 |

3. Provvista tal-karburant | 316 |

4. Kronizzazzjoni tal-valvola | 319 |

5. Ignition system (spark ignition engines biss) | 319 |

Appendiċi 4 | Karatteristiċi tal-partijiet relatati mal-magna ta' l-inġenji | 320 |

ANNESS III | PROĊEDURA TA' L-EŻAMI | 321 |

1. Introduzzjon | 321 |

2. Kondizzjonijiet ta' l-eżami | 322 |

Appendiċi 1 | Eżamijiet ċikliċi ESC u ERL | 324 |

1. Parametri tal-magna u d-dynamometer | 324 |

2. Eżami prova ESC | 325 |

3. Eżami prova ELR | 327 |

4. Kalkolu dwar ħruġ ta' gassijiet | 329 |

5. Kalkolu dwar ħruġ ta' partiċelli | 332 |

6. Kalkolu dwar valuri tad-duħħan | 334 |

Appendiċi 2 | Eżamijiet ċikliċi ETC | 336 |

1. Proċedura li turi d-disinn tal-magna | 336 |

2. Ġenerazzjoni ta' l-eżami ċikliku ta' referenza | 336 |

3. Eżamijiet dwar ħruġ | 337 |

4. Kalkolu ta' l-emmissjonijiet tal-gassijiet | 341 |

5. Kalkolu ta' l-emmissjonijiet ta' partiċelli (magni diesel biss) | 345 |

Appendiċi 3 | Skeda tad-dynamometer ETC | 347 |

Appendiċi 4 | Proċeduri ta' kejl u teħid ta' kampjuni | 357 |

1. Introduzzjoni | 357 |

2. Dynamometer u apparat għall-eżami taċ-ċelluli | 357 |

3. Determinazzjoni tal-komposizzjoni tal-gassijiet | 358 |

4. Determinazzjoni tal-partiċelli | 360 |

5. Determinazzjoni tad-duħħan | 362 |

Appendiċi 5 | Proċedura tal-kalibrar | 364 |

1. Kalibrar ta l-istrumenti analitiċi | 364 |

2. Kalibrar tas-sistema tas-CVS | 370 |

3. Kalibrar tas-sistema biex tkejjel il-partiċelli | 372 |

4. Kalibrar ta' l-apparat li jkejjel id-duħħan | 373 |

ANNESS IV | KARATTERISTIĊI TEKNIĊI GĦALL-KARBURANT TA' REFERENZA PRESKRITT GĦAL-EŻAMIJIET TA' APPROVAZZJONI U BIEX TKUN VERIFIKATA IL-KONFORMITÀ TAL-PRODOTT | 374 |

1. Karburant diesel | 374 |

2. Gass naturali (NG) | 375 |

3. Gass pitrolju likwidu | 376 |

ANNESS V | SISTEMI ANALITIĊI U TA' TEĦID TA' KAMPJUNI | 377 |

1. Determinazzjoni ta' ħruġ ta' gassijiet | 377 |

2. Likwidifikazzjoni ta' gassijiet exhaust u determinazzjoni tal-partiċelli | 384 |

3. Determinazzjoni tad-duħħan | 399 |

ANNESS VI | ĊERTIFIKAT GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE | 403 |

ANNESS VII | EŻEMPJU TA' PROĊEDURA TA' KALKOLU | 405 |

INDIĊI TA' ILLUSTRAZZJONIJIET

| | Paġna |

Figura 1 | Definizzjonijiet speċifiċi ta' l-eżamijiet ċikliċi | 280 |

Figura 2 | Skema ta' konformità fl-eżami tal-produzzjoni | 295 |

Figura 3 | Sekwenza ta' l-eżami ELR | 328 |

Figura 4 | Interpolazzjoni tal-punt ta' kontroll Nox | 331 |

Figura 5 | Skeda ta' l-ETC Dynamometer | 356 |

Figura 6 | Skema ta' l-apparat għall-konverżjoni ta' l-apparat NOx | 367 |

Figura 7 | Flow diagram ta' l-analiżi tas-sistema tar-raw exhaust għal CO, CO2, NOx, HC (ESC biss) | 377 |

Figura 8 | Flow diagram ta' l-analiżi tas-sistema tal-gass exhaust likwidu għal CO, CO2, NOx, HC (ETC, ottimali għal ESC) | 378 |

Figura 9 | Flow diagram għal Analiżi tal-metanju (metodu GC) | 381 |

Figura 10 | Flow diagram għal analiżi tal-metanju bl-imqass tan-non-metanju (NMC) | 383 |

Figura 11 | Sistema parzjali ta' influss likwidu bi proba iżokinetika u teħid ta' kampjuni frazzjonali (kontrol SB) | 385 |

Figura 12 | Sistema parzjali ta' influss likwidu bi proba iżokinetika u teħid ta' kampjuni frazzjonali (kontrol PB) | 385 |

Figura 13 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'CO2 jew NOx f'miżuri konċentrati u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 386 |

Figura 14 | Sistemma parzjali ta' influss likwidu b' CO2 f'miżura konċentrata, bilanċ tal-karbonju u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 386 |

Figura 15 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'venturi singola, kejl konċentrat u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 387 |

Figura 16 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'żewġ venturi jew żewġ fetħiet, kejl konċentrat u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 388 |

Figura 17 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'tubu li jinfetaħ kemm-il darba, kejl konċentrat u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 389 |

Figura 18 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'influss ikkontrollat u teħid komplet ta' kampjuni | 390 |

Figura 19 | Sistema parzjali ta' influss likwidu b'influss ikkontrollat u teħid ta' kampjuni frazzjonali | 390 |

Figura 20 | Sistema ta' influss likwidu sħiħ | 394 |

Figura 21 | Sistema ta' teħid ta' kampjuni ta' partiċelli | 397 |

Figura 22 | Sistema doppja likwida (sistema ta' influss sħiħ biss) | 397 |

Figura 23 | Full flow opacimeter. | 400 |

Figura 24 | Partial flow opacimeter | 401 |

INDIĊI TAT-TABELLA

Tabella 1 | Valuri limitati - eżamijiet ESC u ELR | 290 |

Tabella 2 | Valuri limitati - eżami ETC | 290 |

Tabella 3 | Numri li jiddeterminaw min għadda u min weħel tal-pjan tat-teħid tal-kampjuni ta' Appendiċi 1 | 297 |

Tabella 4 | Numri li jiddeterminaw min għadda u min weħel tal-pjan tat-teħid tal-kampjuni ta' Appendiċi 2 | 299 |

Tabella 5 | Numri li jiddeterminaw min għadda u min weħel tal-pjan tat-teħid tal-kampjuni ta' Appendiċi | 301 |

Tabella 6 | Tolleranza tal-linja tar-rigressjoni | 340 |

Tabella 7 | Punt ta' tħassir permezz mil-linja tar-rigressjoni | 341 |

Tabella 8 | Akkuratezza ta' l-istrumenti tal-kejl | 357 |

Tabella 9 | Armar rakkomandat tal-filter | 361 |

--------------------------------------------------