31999L0086



Official Journal L 297 , 18/11/1999 P. 0022 - 0023


Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/86/KE

tal-11 ta' Novembru 1999

li taddatta għad-Direttiva 76/763/KEE ta' progress tekniku dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-sedili tal-passiġġiera għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [1], u b'mod partikolari Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidra Direttiva tal-Kunsill 76/763/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mas-sedili tal-passiġġiera ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [2], u b'mod partikolari Artikolu 4 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li:

(1) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li ttejjeb id-disinn kurrenti tas-sedili tal-passiġġiera; b'risposta għall-kummenti magħmula minn ċerti Stati Membri, hemm bżonn li fi stadju aktar tard ikunu introdotti aktar dispożizzjonijiet dwar sedili tal-passiġġiera, sabiex tiżdied is-sigurtà tal-passiġġiera;

(2) Sabiex tiżdied is-sigurtà, kull tfixkil li jtellef ix-xufier għandu jkun evitat;

(3) Il-Kumitat għall-Addattazzjoni ta' Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 74/150/KEE naqas milli jagħti opinjoni fiż-żmien permess miċ-Chairman tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness għad-Direttiva 76/763/KEE huwa hawnhekk emendat kif muri fl-Anness ma’ din.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Jannar 2001, l-ebda Stat Membru ma jista:

- jirrifjuta, rigward kwalunkwe tip ta' trattur, li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE, li joħroġ id-dokument imsemmi fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta' tratturi;

jekk dawk it-tratturi jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 76/763/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta' Ottubru 2001, Stati Membri:

- ma għandhomx joħorġu iktar id-dokument li għalih hemm provdut fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal kwalunkwe tip ta' trattur,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward kwalunkwe tip ta' trattur;

li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 76/763/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Qabel l-1 ta' Ottubru 2002, u bi qbil mal-proċedura stabbilita f'Artikolu 13(3) tad-Direttiva 74/150/KEE, il-Kummissjoni għandha tkompli temenda d-Direttiva 76/763/KEE sabiex tintroduċi dispożizzjonijiet oħra dwar sedili tal-passiġġieri sabiex tiżdied aktar is-sigurtà tal-passiġġiera.

Artikolu 4

1. Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar 2001. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

Meta Stati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta' liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta' Novembru 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Hassi

[1] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24).

[2] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 135. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva Nru 97/54/KE (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24).

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness għad-Direttiva 76/763/KEE, Parti II hija emendata kif ġej:

1. Punti 2 u 3 huma mibdula b'dawn li ġejjin:

"2. Kull sedil għandu jinkorpora support laterali minħabba ż-żamma tal-pożizzjoni u għandu jkun mgħammar b'backrest li tkun ta' l-inqas 200 mm fond. Dik id-dimensjoni ma għandhiex tapplika jekk il-backrest tas-sedil tagħmel parti mill-istruttura tal-kabina jew ta' l-istruttura ta' protezzjoni fil-każ ta' qlib. Il-kuxxin tas-sedil għandu jew ikun imbottit jew elastikat.

3. Għandu jkun provdut support xieraq għas-saqajn tal-passiġġier, kif ukoll pumi xierqa li magħhom ikun jista’ jaqbad, sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għas-sedil tal-passiġġier u sabiex jgħin lill-passiġġier jibqa fil-pożizzjoni fuq dak is-sedil."

2. L-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu ta' Punt 4 hija mibdula b'dawn li ġejjin:

"Il-parti ta' fuq tal-wisa’ maħsuba għall-passiġġier tista tkun illimitata fuq wara u fil-ġnub, b’radius biss li ma jaqbiżx 300 mm (ara d-disinn miżjud)."

3. Il-Punt 6 huwa mħassar.

--------------------------------------------------