Official Journal L 169 , 05/07/1999 P. 0058 - 0088
Official Journal L 169/1999 P. 0059 - 0090
Official Journal L 169/1999 P. 0050 - 0079
Official Journal L 169/1999 P. 0059 - 0099
Official Journal L 169/1999 P. 0050 - 0077
Official Journal L 169/1999 P. 0058 - 0087
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/48/KE tal-21 ta' Mejju 1999 li taddatta għat-tieni darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (Test b'relevenza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija [1], kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha, (1) Billi l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE fih il-RID kif huwa applikabbli mill-1 ta' Jannar 1997, li sadanittant kien ġie ppublikat fil-lingwi kollha [3]; (2) Billi r-RID jiġi aġġornat kull sentejn u għalhekk verżjoni emendata ilha fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1999 b'perijodu transitorju sat-30 ta' Ġunju 1999; (3) Billi skond l-Artikolu 8, il-modifiki kollha għal sabiex isir addattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-qasam kopert mid-Direttiva u li għandu l-mira li jallinjaha mar-regoli l-ġodda li kienu ġew adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9; (4) Billi huwa meħtieġ li jiġi addattat is-settur għar-regoli l-ġodda RID u għalhekk li jiġi emendat l-Anness tad-Direttiva 96/49/KE; (5) Billi l-miżuri stabbiliti fid-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/KE; (6) Billi r-Regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija, magħrufa bħala RID, kif emendati, għandhom jiġu mhemuża mad-Direttiva 96/49/KE bħala l-Anness u għandhom ikunu applikabbli mhux biss għat-trasport minn fuq il-fruntieri, imma wkoll għal trasport fl-Istati Membri individwali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Anness tad-Direttiva 96/49/KE [4] huwa emendat kif ġej: - Dan it-test li ġej [5] : "L-Anness jikkonsisti fid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti li jirrigwardaw it-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), li jidhru bħala l-Anness I ta' l-Appendiċi B għal Cotif, kif applikabbli b'effett mill-1 ta' Jannar 1997, bil-ftehim li l-"Parti Kontraenti" u "l-Istati jew il-linji tal-ferroviji" jiġu mibdula bl-"Istati Membri". N.B. Verżjonijiet tar-RID fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunità għandhom jiġu ppublikati malli t-test ikun lest fil-lingwi kollha." - L-Anness huwa modifikat skond l-Anness ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1999. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Mejju 1999. Għall-Kummissjoni Neil Kinnock Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25. [2] ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 43. [3] ĠU L 294, tal-31.10.1998, p. 1. [4] Ippublikat fil-ĠU L 294, tal-31.10.1998, p. 1. [5] It-test li jidher fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/87/KE. -------------------------------------------------- L-ANNESS (rekwiżiti ġenerali) Ara: id-Direttiva tal-Kimmissjoni 2003/29/KE tas-7 ta' April 2003 ĠU L 90, 08/04/2003 p. 47. --------------------------------------------------