31999L0047



Official Journal L 169 , 05/07/1999 P. 0001 - 0057


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/47/KE

tal-21 ta' Mejju 1999

li tadatta għat-tieni darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Kommunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approszimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża fit-triq [1] kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/86/KE [2], u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha.

(1) Billi l-Annessi tad-Direttiva 94/55/KE jikkontjenu l-ADR kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 1997, li ġiet ippubblikata fil-lingwi kollha [3];

(2) Billi l-ADR tiġi aġġornata kull sentejn u għaldaqstant verżjoni emendata hija fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1999 għal perjodu transitorju sat-30 ta' Ġunju 1999.

(3) Billi skond l-Artikolu 8, il-modifiki neċessarji kollha għall-adattament tal-progress tekniku u xjentifiku tal-kamp kopert mid-Direttiva u li jallinejaw mar-regoli ġodda għandhom jiġu adottati skond il-proċedura indikata fl-Artikolu 9;

(4) Billi huwa neċessarju illi s-settur jiġi adattat għar-regoli ta' l-ADR l-ġodda u għaldaqstant jiġu emendati l-Annessi għad-Direttiva 94/55/KE;

(5) Billi il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat previst bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE;

(6) Billi l-Annessi A u B tal-Ftehim Ewropew li jikkonċerna t-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża fit-triq, aktar magħruf bħala ADR kif emendat, għandhom jiġu annessi mad-Direttiva 94/55/KE bħala l-Annessi A u B u jkunu applikabbli mhux biss għat-trasport minn pajjiż għall-ieħor, iżda wkoll għat-trasport fl-Istati Membri individwali;

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi għad-Direttiva 94/55/KE modifikata kif ġej:

1. Fl-Anness A it-test li ġej

[4]

jiġi mħassar:

"L-Anness A jinkludi id-dispożizzjonijiet dwar il-Marġinali 2000 sa 3999 ta' l-Anness A tal-verżjoni tal-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża fit-triq ADR), kif fis-seħħ sa mill-1 ta' Jannar 1997, "Parti Kontraenti" tiġi sostitwita bi "Stat Membru".

N.B.

It-test ta' l-1997 li jemenda it-test kodifikat ta' l-1995 ta' l-Anness A ta' l-ADR għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi kollha uffiċjali tal-Komunità meta il-verżjoni lingwistika f'kull lingwa tkun disponibbli."

L-Anness A huwa modifikat skond l-Anness A ta' din id-Direttiva.

2. Fl-Anness B: It-test li ġej

[5]

jitħassar:

"L-Anness B jinkludi id-dispożizzjonijiet tal-Marġinali 10000 sa 270000 ta' l-Anness B tal-Ftehim Ewrpew dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija perikoluża fit-triq ADR) kif fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1997, "Parti Kontraenti" tiġi sostitwita bi "Stat Membru".

N.B.

It-test ta' l-1997 li jemenda it-test kodifikat ta' l-1995 ta' l-Anness A ta' l-ADR għandu jiġi ppubblikat fil-lingwi kollha uffiċjali tal-Komunità meta il-verżjoni lingwistika f'kull lingwa tkun disponibbli."

L-Anness B huwa modifikat skond l-Anness B ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw rwieħhom ma din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1999. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri huma għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew jagħmlu referenza għaliha meta tiġi uffiċjalment pubblikata. Il-modalitajiet ta' din ir-referenza jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri,

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Neil Kinnock

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7.

[2] ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 43.

[3] ĠU L 275, tat-28.10.1996, p. 1, ĠU L 251, tas-17.9.1997, p. 1.

[4] Test li jidher fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/86/KE.

[5] Test li jidher fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/86/KE.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

Id-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 2003/28, ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 45.

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

Id-Direttiva tal-Kunsill (KE) Nru 2003/28, ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 45.

--------------------------------------------------