31999L0025



Official Journal L 104 , 21/04/1999 P. 0019 - 0021


ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 1999/25/KE

tad-9 ta'April 1999

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE dwar l-immarkar statutorju tal-vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta

(Test b'relevanza għaż-ŻEE )

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta (1), kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-immarkar statutorju tal-vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

(1) Billi d-Direttiva 93/34/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità introdotta bid-Direttiva 92/61/KEE; billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/61/KEE dwar is-sistemi tal-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi għalhekk japplikaw għal din id-Direttiva;

(2) Billi l-iżviluppi fit-teknoloġija issa jippermettu l-adattament tad-Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE mal-progress tekniku; billi biex jiġi assigurat il-funzjonament xieraq tas-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip bħala ħaġa sħiħa, huwa meħtieġ li wieħed jiċċara jew jikkompleta ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva kkonċernata;

(3) Billi għal dan il-għan huwa meħtieġ li jiġu addattati ċerti simboli li huma użati u li jiġu ċċarati ċerti ħtiġiet dwar is-simboli u l-karattri li għandhom jintużaw għall-identikazzjoni ta' l-immarkar statutorju fuq il-pjanċa tad-data tal-manifattur;

(4) Billi l-miżuri previsiti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament mal-Progress Tekniku stabbilit bl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (3), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 93/34/KEE qiegħed b'hekk jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2000, l-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet relatati ma' l-immarkar statutorju:

jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura b'żewġ roti jew tlieta, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE,

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-sevizz ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta,

jekk l-immarkar statutorju jkun konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta għal raġunijiet relatati ma' l-immarkar statutorju jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 93/34/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, ma jkunux issodisfati.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1999, id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih:

Dawn għandhom iħaddmu dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2000.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif din ir-referenza għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 t'April 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin BANGEMANN

Membru tal-Kummissjoni

______

L-ANNESS

1) Il-Punt 2.1.4 qed jinbidel b'dan li ġej:

"2.1.4. il-livell ta' ħoss statiku: ... dB(A) ... min-1."

1) Il-Punt 3.1.1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

"3.1.1.2. it-tieni parti tikkonsisti f'sitt karattri (ittri jew ċifri) biex jiġu deskritti l-karatteristiċi ġenerali tal-vettura (it-tip, il-varjant u l-verżjoni). Jekk il-manifattur tagħha ma jużax waħda jew aktar minn dawk il-karattri, l-ispazji mhux użati għandhom jimtlew b'karattri alfanumeriċi, waqt li l-għażla għandha titħalla f'idejn il-manifattur ta' kull vettura."

1) Il-Punt 3.1.2 qed jinbidel b'dan li ġej:

"3.1.2. in-numru ta' l-identifikazzjoni tal-vettura għandu, kull fejn ikun possibbli, ikun f'rig wieħed. Il-bidu u t-tmiem ta' dan ir-rig għandhom ikunu mmarkati b'simbolu li la jkun numru Għarbi u lanqas ittra kapitali Latina, kif lanqas ma għandu jkun possibbli li wieħed jiżbalja dan il-karattru ma' xi ieħor bħalu.

Bħala eċċezzjoni u għal raġunijiet tekniċi dan jista' wkoll jieħu żewġ rigi. Iżda, f'dan il-każ ma għandux ikun hemm spazji vojta bejn xi waħda mit-tliet partijiet u l-bidu u t-tmiem ta' kull rig għandhom ikunu mmarkati b'simbolu li la jkun numru Għarbi u lanqas ittra kapitali Latina, kif lanqas ma għandu jkun possibbli li wieħed jiżbalja dan il-karattru ma' xi ieħor bħalu.

L-introduzzjoni tas-simbolu msemmi ġo rig bejn it-tliet partijiet (Punt 3.1.1) hija wkoll awtorizzata.

Ma għandux ikun hemm spazji bejn il-karattri."

____________

(1) ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

(2) ĠU L 188, tad-29.7.1993, p. 38.

(3) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

(4) ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25.