Official Journal L 091 , 07/04/1999 P. 0029 - 0036
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI Tal- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-użu ta' nutriment partikolari [1], emendata bid-Direttiva 96/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha, Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel, (1) Billi l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali huwa maħsub biex jissodisfa l-ħtiġiet partikolari tan-nutriment tal-persuni milquta minn, jew malnutriti minħabba, mard speċifiku, disturb, jew kondizzjoni medika; billi għal din ir-raġuni għandu jintuża taħt is-sorveljanza medika li tista' tiġi applikata bl-għajnuna ta' professjonisti mediċi kompetenti oħra; (2) Billi dawn l-oggetti ta' l-ikel huma numerużi u l-kompożizzjoni tagħhom tista' tvarja b'mod sostanzjali skond il-marda, id-disturb jew il-kondizzjoni medika specifici tal-pazjenti li għalihom huma maħsubin, skond kemm għandhom età l-pazjenti u skond il-post fejn jirċievu l-kura, skond jekk l-ikel huwiex maħsub bħala l-uniku sors ta' nutriment, u possibilment skond fatturi oħra; (3) Billi, minħabba d-diversità kbira ta' dan l-ikel u billi l-għerf xjentifiku li fuqu l-ikel huwa msejjes qiegħed kull ma jmur jiżviluppa, mhux approprjat li jiġu stabbiliti regoli ddettaljati dwar il-kompożizzjoni tiegħu; (4) Billi, madankollu, ċerti regoli bażiċi li jirrigwardjaw il-kontenut tal-vitamini u tas-sustanzi minerali jistgħu jiġu stabbiliti għal dawk il-prodotti li huma kkunsidrati kompleti biżżejjed fin-nutrijenti tagħhom biex ikopru l-ħtiġiet partikolari tan-nutriment ta' min ikun se jużahom; billi regoli bħal dawn għall-ikel li hu nieqes min-nutrienti jistgħu jsiru biss għall-livelli massimi ta' dawn is-sustanzi kif approprjat; (5) Billi din id-Direttiva tirrifletti l-għerf korrenti dwar dawn il-prodotti; billi kull modifika biex jiġu kkunsidrati l-innovazzjonijiet imsejsa fuq il-progress xjentifiku u tekniku trid tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/398/KEE; (6) Billi skond l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 89/398/KEE, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sustanzi bi skopijiet speċifiċi tan-nutriment li jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali għandhom jiġu stabbiliti fid-direttiva separata tal-Kummissjoni; (7) Billi skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/398/KEE, il-prodotti koperti b' din id-Direttiva huma bla ħsara għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' l-oġġetti ta' l-ikel [3], l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE [4]; billi d-Direttiva preżenti tadotta u tespandi ż-żidiet u l-eċċezzjonijiet għal dawn ir-regoli ġenerali, fejn approprjat; (8) Billi, b'mod partikolari, minħabba n-natura u d-destinazzjoni ta' l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali, hemm bżonn li jiġi pprovvdut it-tagħrif li jirrigwardja l-valur ta' l-enerġija u n-nutrijenti prinċipali li jinsabu f'dan l-ikel; (9) Billi, minħabba n-natura partikolari ta' l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali, għandu jkun hemm meżżi oħra barra dawk li soltu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-korpi li jimmonitorjaw, sabiex jiġi ffaċilitat iċ-ċekkjar effiċjenti ta' dawn il-prodotti; (10) Billi, skond il-prinċipju tal-proporzjonalità huwa meħtieġ u approprjat, sabiex tintlaħaq il-mira bażika tat-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-oġġetti ta' l-ikel li huma maħsubin għall-użu ta' nutriment partikolari, li jintagħmlu regoli dwar l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali; billi din id-Direttiva tipprovdi biss dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-miri segwiti skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 3b tat-Trattat; (11) Billi l-miżuri pprovvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-oġġetti ta' l-ikel, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Din id-Direttiva hija Direttiva speċifika skond it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/398/KEE u tistabbilixxi l-ħtiġiet tal-kompożizzjoni u t-tikketjar ta' l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali definiti fil-paragrafu 2 u ppreżentati ta' hekk. 2. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva: (a) "trabi" tfisser tfal taħt it-12-il xahar; (b) "ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali" ifisser kategorija ta' ikel maħsub għall-użu ta' nutriment partikolari pproċessat b'mod speċjali jew ifformolat u maħsub għal-management tad-dieta tal-pazjenti u li għandu jiġi użat taħt is-sorveljanza medika. Dan hu maħsub sabiex jitma' b'mod esklussiv jew parzjali lill-pazjenti b'kapaċita limitata, dgħajfa jew iddisturbata għalbiex jieklu, jiddiġerixxu, jassorbu, jimmetaboliżżaw jew ineħħu oġġetti ordinarji ta' l-ikel jew ċerti nutrijenti li jkunu fihom, jew metaboliti, jew bi ħtiġiet nutrijenti stabbiliti medikament, li l-management tad-dieta tagħhom ma tistax tinkiseb biss bil-modifika tad-dieta normali, b'ikel ieħor għall-użu nutrittiv partikolari, jew bl-għaqda tat-tnejn. 3. L-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali huwa kklassifikat f'dawn it-tliet kategoriji: (a) l-ikel mimli bin-nutrimenti b'formolazzjoni standard tan-nutrijenti li, użat skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, jista' jikkostitwixxi s-sors waħdieni tan-nutriment għall-persuni li għalihom hu maħsub; (b) l-ikel mimli bin-nutrimenti bil-formulazzjoni tan-nutrijenti adattata għall-marda, id-disturb jew il-kondizzjoni medika speċifiċi, li wżat skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, jista' jkun is-sors waħdieni tan-nutriment għall-persuni li għalihom huwa maħsub; (ċ) l-ikel li huwa nieqes min-nutrijenti u bil-formulazzjoni standard jew bil-formulazzjoni tan-nutrijenti adattata għall-marda, id-disturb jew il-kondizzjoni medika speċifiċi li mhux adattat biex ikun is-sors waħdieni tan-nutriment, L-ikel riferit fil-punti (b) u (ċ) jista' jiġi wżat ukoll bħala sostituzzjoni parzjali jew bħala suppliment għad-dieta tal-pazjent. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali jista' jiġi mqiegħed fis-suq fil-Kommunità biss jekk iħares ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. Artikolu 3 Il-formolazzjoni ta' l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali għandha tkun imsejsa fuq prinċipji mediċi u nutrimentali sodi. L-użu tiegħu, skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant, għandu jkun fis-sigurtà u ta' benefiċċju u effettiv sabiex jissodisfa l-ħtiġiet tan-nutriment partikolari tal-persuni li għalihom huwa maħsub, kif muri mill-informazzjoni xjentifika aċċettata b'mod ġenerali. Għandu iħares il-kriterji tal- kompożizzjoni speċifikati fl-Anness. Artikolu 4 1. L-isem li bih jinbigħ l-ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali għandu jkun rispettivament: - bl-Ispanjol: "Alimento dietético para usos médicos especiales" - bid-Daniż: "Levnedsmiddel/Levnedsmidler til særlige medicinske formål" - bil-Ġermaniż: "Diätetisches/Diätetische Lebensmittel für besondere medizinische Zwecke (Bilanzierte Diäten)" - bil-Grieg: "Διαιτητικά τρόφιμα για ειδικούς ιατρικούς σκοπούς" - bl-Ingliż: "Food(s) for special medical purposes" - bil-Franċiż: "Aliment(s) diététique(s) destiné(s) à des fins médicales spéciales" - bit-Taljan: "Alimento dietetico destinato a fini medici speciali" - bl-Olandiż: "Dieetvoeding voor medisch gebruik" - bil-Portugiż: "Produto dietético de use clínico" - bil-Finlandiż: "Kliininen ravintovalmiste/kliinisiä ravintovalmisteita" - bl-Isvediż: "Livsmedel för speciella medicinska ändamål" 2. It-tikkettjar għandu jkollu, barra mid-dettalji pprovvduti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 79/112/KEE, il-partikolaritajiet mandatorji li ġejjin: (a) il-valur ta' l- enerġija disponibbli espress f'kJ u kcal, u l-kontenut tal-proteini, il-karboidrati u x-xaħam, espressi fl-għamla numerika, għal kull 100 g jew kull 100ml tal-prodott kif mibjugħ, u fejn approprjat għal kull 100 g jew kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant. Dan it-tagħrif jista' barra minn hekk jingħata għal kull porzjon individwali kkwantifikat fuq it-tikketta jew ma' kull porzjon, sakemm jiġi ddikjarat in-numru tal-porzjonijiet li jkun fih il-pakkett; (b) il-kwantità medja ta' kull sustanza minerali u ta' kull vitamina msemmija fl-Anness preżenti fil-prodott, espressi fl-għamla numerika għal kull 100 g jew kull 100 ml tal-prodott kif mibjugħ, u fejn approprjat għal kull 100 g jew kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant. Dan it-tagħrif jista' barra minn hekk jingħata għal kull porzjon individwali kif kkwantifikat fuq it-tikketta jew għal kull porzjon, sakemm jigi ddikjarat n-numru tal-porzjonijiet li jkun fih il-pakkett; (ċ) b' mod selettiv il-kontenut tal-komponenti tal-proteini, tal-karboidrati u tax-xaħam u/jew tan-nutrijenti l-oħra u l-komponenti tagħhom li d-dikjarazzjoni tagħhom tkun meħtieġa għall-użu approprjat tal-prodott, mogħti f'espressjoni numerika għal kull 100 g jew kull 100 ml tal-prodott kif mibjugħ u fejn approprjat għal kull 100 g jew għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant. Dan it-tagħrif jista' barra minn hekk jingħata għal kull porzjon individwali kkwantifikat fuq it-tikketta jew għal kull porzjon, sakemm jigi ddikjarat in-numru tal-porzjonijiet li jkun fih il-pakkett; (d) tagħrif dwar l-osmolalità jew l-osmolarità tal-prodott meta approprjat; (e) tagħrif dwar l-oriġini u n-natura tal-proteina u/jew l-idrolisati tal-proteina li jkun fih il-prodott. 3. It-tikkettjar għandu jkollu wkoll dawn il-partikolaritajiet mandatorji, preċeduti mill-kliem "avviż importanti" jew l-ekwivalenti tiegħu: (a) dikjarazzjoni illi l-prodott għandu jiġi użat taħt is-superviżjoni medika; (b) dikjarazzjoni dwar jekk il-prodott huwiex adattat għall-użu bħala s-sors waħdieni tan-nutriment; (ċ) dikjarazzjoni li l-prodott huwa maħsub għal grupp ta' età speċifika, kif approprjat; (d) meta approprjat dikjarazzjoni li l-prodott jista' jkun ta' riskju għas-saħħa meta jiġi kkunsmat minn persuni li m'għandhomx il-mard, id-disturbi jew il-kondizzjonijiet mediċi li għalihom huwa maħsub il-prodott. 4. It-tikkettjar għandu jinkludi wkoll: (a) id-dikjarazzjoni "Għall-management tad-dieta ta'…" fejn il-vojt ikun mimli bil-mard, id-disturbi jew il-kondizzjonijiet mediċi li għalihom huwa maħsub il-prodott; (b) meta approprjat dikjarazzjoni li tirrigwardja l-prekawzzjonijiet u l-kontra-indikazzjonijiet adegwati; (ċ) deskrizzjoni tal-kwalitajiet u/jew karatteristiċi li jagħmlu l-prodott b'mod partikolari utli, skond il-każ, fejn għandu x'jaqsam man-nutrijenti li jkunu ġew miżjuda, imnaqqsa, eliminati jew immodifikati b' xi mod ieħor u r-raġunament wara l-użu tal-prodott; (d) fejn approprjat twissija li l-prodott mhuwiex għall-użu parenterali. 5. It-tikkettjar għandu jkollu l-istruzzjonijiet għall-preparazzjoni approprjata, l-użu u l-post fejn jinħażen il-prodott wara l-ftuħ tar-reċipjent, kif approprjat. Artikolu 5 1. Biex jiffaċilita l-monitorjaġġ effiċjenti uffiċjali ta'l-ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċifiċi, meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, il-fabbrikant, jew meta l-prodott jiġi ffabrikat f'pajjiż ieħor, l-importatur, għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fejn il-prodott jiġi mqiegħed fis-suq billi jintbagħat mudell tat-tikketta użata għall-prodott. L-Istati Membri jistgħu ma jinponux din l-obligazzjoni jekk ikunu kapaċi juru li n-notifikazzjoni mhix neċessarja ghall-monitorjaġġ ta' dawn il-prodotti b'mod effiċjenti fit-territorju tagħhom. 2. L-awtoritajiet kompetenti skond it-tifsira ta' dan l-Artikolu huma dawk riferiti fl-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 89/398/KEE. Artikolu 6 L-Istati membri ghandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' April 2000. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Dawn il-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi għandhom jiġu applikati hekk illi: - jippermettu l-kummerċ tal-prodotti li jħarsu din id-Direttiva mill-1 ta' Mejju 2000, - jipprojbixxu l-kummerċ tal-prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva mill-1 ta' Novembru 2000. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta dawn jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottati mill-Istati Membri. Artikolu 7 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 8 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25ta' Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 27. [2] ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 20. [3] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p. 1. [4] ĠU L 69, tas-16.3.1999, p. 22. -------------------------------------------------- L-ANNESS IL-KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TA' L-IKEL GĦALL-ISKOPIJIET MEDIĊI SPECJALI L-speċifikazzjonijiet jirreferu għall-prodotti lesti għall-użu, imqiegħda fis-suq, jew ikkostitwiti mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-fabbrikant. 1. Il-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(3)(a) maħsuba b'mod speċifiku għat-trabi għandu ikollhom fihom il vitamini u s-sustanzi minerali speċifikati fit-Tabella l. 2. Il-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(3)(b) maħsuba b'mod speċifiku għat-trabi għandu ikollhom fihom il-vitamini u s-sustanzi minerali speċifikati fit-Tabella 1, mingħajr preġudizzju għall-modifiki f'wieħed jew aktar minn dawn in-nutrijenti magħmula neċessarji mill-użu li għalih huwa maħsub il-prodott. 3. Il-livelli massimi tal-vitamini u s-sustanzi minerali preżenti fil-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(3)(b) maħsuba b'mod speċifiku għat-trabi ma għandhomx ikunu ogħla minn dawk speċifikati fit-Tabella 1, mingħajr preġudizzju għall-modifiki f'wieħed jew aktar minn dawn in-nutrijenti magħmula meħtieġa mill-użu li għalih huwa maħsub il-prodott. 4. Fejn dan ma jmurx kontra l-ħtiġiet iddettati mill-użu maħsub, l-ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsuba b'mod speċifiku għat-trabi għandu jħares id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu man-nutrijenti l-oħra li japplikaw għall-formuli għat-trabi u formuli ta' prossegwiment, skond kif ikun il-każ, stabbiliti fid-Diretttiva 91/321/KEE u l-modifiki sossegwenti tagħha. 5. Il-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(3)(a), għajr dawk maħsuba b'mod speċifiku għat-trabi għandu ikun fihom il- vitamini u s-sustanzi minerali speċifikati fit-Tabella 2. 6. Il-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(3)(b) għajr dawk maħsuba b'mod speċifiku għat-trabi għandu ikollhom fihom il-vitamini u s-sustanzi minerali speċifikati fit-Tabella 2, mingħajr preġudizzju għall-modifiki f'wieħed jew aktar minn dawn in-nutrijenti magħmula meħtieġa mill-użu li għalih huwa maħsub il-prodott. 7. Il-livelli massimi tal-vitamini u s-sustanzi minerali preżenti fil-prodotti riferiti fl-Artikolu 1(3)(ċ) għajr dawk maħsuba b'mod speċifiku għat-trabi ma għandhomx ikunu ogħla minn dawk speċifikati fit-Tabella 2, mingħajr preġudizzju għall-modifiki f'wieħed jew aktar minn dawn in-nutrijenti magħmula meħtieġa mill-użu li għalih huwa maħsub il-prodott. TABELLA 1 Il-valuri tal-vitamini, il-minerali u l-elementi traċċi fl-ikel li hu komplet fin-nutrijenti maħsub għall-użu mit-trabi Vitamini: | Kull 100 kj | Kull 100 kcal | | Minimu | Massimu | Minimu | Massimu | Vitamina A (μg ER) | 14 | 43 | 60 | 180 | Vitamina D (μg) | 0,25 | 0,75 | 1 | 3 | Il-Vitamina K (μg) | 1 | 5 | 4 | 20 | Il-Vitamina C (mg) | 1,9 | 6 | 8 | 25 | It-Tijamina (mg) | 0,01 | 0,075 | 0,04 | 0,3 | Ir-Riboflavin (mg) | 0,014 | 0,1 | 0,06 | 0,45 | Il-Vitamina B6 (mg) | 0,009 | 0,075 | 0,035 | 0,3 | Minerali: | Kull 100 kj | Kull 100 kcal | | Minimu | Massimu | Minimu | Massimu | Is-Sodju (mg) | 5 | 14 | 20 | 60 | Il-Klorur (mg) | 12 | 29 | 50 | 125 | Il-Potassju (mg) | 15 | 35 | 60 | 145 | Il-Kalċju (mg) | 12 | 60 | 50 | 250 | Il-Fosfru (mg) | 6 | 22 | 25 | 90 | Il-Manjesju (mg) | 1,2 | 3,6 | 5 | 15 | Il-Ħadid (mg) | 0,12 | 0,5 | 0,5 | 2 | Iż-Żingu (mg) | 0,12 | 0,6 | 0,5 | 2,4 | Ir-Ram m (μg) | 4,8 | 29 | 20 | 120 | Il-Jodju (μg) | 1,2 | 8,4 | 5 | 35 | Is-Silenju (μg) | 0,25 | 0,7 | 1 | 3 | Il-Manganiż (mg) | 0,012 | 0,05 | 0,05 | 0,2 | Il-Kromju (μg) | — | 2,5 | — | 10 | Il-Molibdenu (μg) | — | 2,5 | — | 10 | Il-Fluworidu (mg) | — | 0,05 | — | 0,2 | | Kull 100 kj | Kull 100 kcal | | Minimu | Minimu | Minimu | Massimu | Vitamina A (μg ER) | 8,4 | 43 | 35 | 180 | Vitamina D (μg) | 0,12 | 0,65/0,75 | 0,5 | 2,5/3 | Il-Vitamina K (μg) | 0,8 5 | 5 | 3,5 | 20 | Il-Vitamina C (mg) | 0,54 | 5,25 | 2,25 | 22 | It-Tijamina (mg) | 0,015 | 0,12 | 0,06 | 0,5 | Ir-Riboflavin (mg) | 0,02 | 0,12 | 0,08 | 0,5 | Il-Vitamina B6 (mg) | 0,02 | 0,12 | 0,08 | 0,5 | In-Nijaċina (mg NE) | 0,22 | 0,75 | 0,9 | 3 | L-Aċidu Foliku (μg) | 2,5 | 12,5 | 10 | 50 | Il-Vitamina B12 (μg) | 0,017 | 0,17 | 0,07 | 0,7 | L-Aċidu Pantoteniku mg) | 0,035 | 0,35 | 0,15 | 1,5 | Il-Bijotina (μg) | 0,18 | 1,8 | 0,75 | 7,5 | Il-Vitamina E (mg α-TE) | 0,5/g aċidi grassi mhux polisaturati espressi bħala aċidu linolejku, iżda fl-ebda każ inqas minn 0,1 mg għal kull 100 kj dsponibbli | 0,75 | 0,5/g acidi grassi mhux polisaturati espressi bħala aċidu linolejku, iżda fl-ebda każ inqas minn 0,5 mg għal kull 100 kj disponibbli | 3 | | Kull 100 kj | Kull 100 kcal | | Minimu | Massimu | Minimu | Massimu | Is-Sodju (mg) | 7,2 | 42 | 30 | 175 | Il-Klorur (mg) | 7,2 | 42 | 30 | 175 | Il-Potassju (mg) | 19 | 70 | 80 | 295 | Il-Kalċju (mg) | 8,4/12 | 42/60 | 35/50 | 175/250 | Il-Fosfru (mg) (i) | 7,2 | 19 | 30 | 80 | Il-Manjesju (mg) | 1,8 | 6 | 7,5 | 25 | Il-Ħadid (mg) | 0,12 | 0,5 | 0,5 | 2 | Iż-Żingu (mg) | 0,12 | 0,36 | 0,5 | 1,5 | Ir-Ram (μg) | 15 | 125 | 60 | 500 | Il-Jodju (μg) | 1,55 | 8,4 | 6,5 | 35 | --------------------------------------------------