31999F0331(01)



Official Journal C 091 , 31/03/1999 P. 0001 - 0001


L-att tal-Kunsill

tat-12 ta' Marzu 1999

li fassal, permezz ta' l-Artikolu K. 3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll fuq il-għan tal-ħasil tal-flus, skond il-Konvenzjoni fl-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika għall-użu tad-Dwana u d-dħul tan-numru ta' reġistrazzjoni tal-mezzi tat-trasport fil-Konvenzjoni

(1999/K 91/01).

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu K.3(2)(c) tiegħu,

BILLI fl-interess li tinżamm uniformità fl-atti eżistenti għall-kooperazzjoni fid-dwana u biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, huwa meħtieġ li jitwessa' l-iskop tal-ħasil tal-flus u tkun inkluża l-kategorija tan-"numru tar-reġistrazzjoni tal-mezzi tat-trasport' fil-kategorija tad-data miġbura."

IDDEĊIEDA li l-Protokoll, li t-test teigħu huwa fl-Anness u li ġie ffirmat illum mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni, huwa mfassal hawnhekk;

JIRRAKKOMANDA li jkun adottat mill-pajjiżi membri skond il-Liġijiet Kostituzzjonali tagħhom.

Magħmul fi Brussell, fit-12 Marzu 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

O. Schily

--------------------------------------------------