31999D1719



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0001 - 0008


Id-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-12 ta' Lulju 1999

dwar serje ta' linji gwida, inkluża l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, għal networks network trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta' tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA)

IL-PARLAMENT U L-KUNSILL TA' L- UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' Artikolu 156 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

(1) Billi l-Kunsill, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Ġunju 1994 [5] enfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni fir-rigward ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet;

(2) Billi l-Kunsill, bir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Novembru 1996 [6], stabbilixxa prioritajiet ġodda tal-politika dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni;

(3) Billi l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Lulju 1994, ipproponiet pjan ta' azzjoni għas-soċjetà ta' l-informazzjoni;

(4) Billi l-Kummissjoni ipproponiet pjan ta' azzjoni għas-suq wieħed;

(5) Billi l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 1997 [7], stieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni fir-rigward ta' l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ta' informazzjoni ġodda ta' komunikazzjoni (ICT) fl-għaxar snin li ġejjin;

(6) Billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fid-Deċiżjoni Nru 2717/95/KE [8], adottaw serje ta' linji gwida għall-iżvilupp ta' Euro-ISDN bħala network trans-Ewropew;

(7) Billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fid-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE [9], adottaw serje ta' linji gwida għall-iżvilupp ta' network networks trans-Ewropej ta' telekomunikazzjoni;

(8) Billi, biex tiġi stabbilita l-unjoni ekonomika u monetarja u biex jiġu mpilmentati l-politika u l-attivitajiet tal-Komunità, huwa meħtieġ għall-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri u l-Komunità li jaċċessaw, jiskambjaw u jipproċessaw ammonti dejjem jikbru ta' informazzjoni;

(9) Billi, biex jiġu eżerċitati s-setgħat konferiti fuqhom, huwa meħtieġ għall-istituzzjonijiet tal-Komunità li jaċċessaw, jiskambjaw u jipproċessaw ammonti dejjem jikbru ta' informazzjoni;

(10) Billi l-iskambju effiċjenti, effettiv u żgur ta' informazzjoni proċessabbli jeħtieġ id-disponibilità ta' sistemi integrati ta' komunikazzjoni ta' tagħrif, hawnhekk iżjed ’l quddiem msejħa networks network telematiċi;

(11) Billi networkn-networks telematiċi li jgħaqqdu s-sistemi ta' informazzjoni ta' l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri u l-Komunità ma’ l-Ewropa kollha huma networksnetwork trans-Ewropej ta' telekomunikazzjoni għall-amministrazzjonijiet;

(12) Billi l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u l-eliminazzjoni ta' ostakoli għall-komunikazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-settur privat huma fatturi importanti għall-prosperità u kompetittività ta' l-industrija tal-Komunità;

(13) Billi l-użu tan-networks network telematiċi jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u għall-ġlieda kontra l-frodi;

(14) Billi l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tan-networks network telematiċi żviluppati fi ħdan il-kwadru ta' l-azzjoni tal-Komunità fl-iżvilupp tal-proġetti li jwettqu flimkien f'oqsma nklużi fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea bħala konsegwenza tat-Trattat ta' Amsterdam u f'oqsma oħra suġġetti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll kull azzjoni oħra li jistgħu jwettqu li tilħaq l-għanijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikoli 3(d), 14, 18 u 39 tiegħu;

(15) Billi l-modifikazzjoni u t-tisħiħ tan--networks network telematiċi jistgħu jkunu meħtieġa matul it-tħejjija għat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea;

(16) Billi amministrazzjonijiet pubbliċi responsivi u trasparenti jinkoraġġixxu liċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea biex jiksbu l-benefiċċji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni;

(17) Billi hija l-Komunità hija utent jew benefiċjarja ta' dawk in-networks network telematiċi li jsostnu l-politika u l-attivitajiet tal-Komunità, il-komunikazzjoni inter-istituzzjonali u l-unjoni ekonomika u monetarja;

(18) Billi l-kompitu biex jiġu stabbiliti dawn in-networks network jaqa’ kemm fuq il-Komunità u fuq l-Istati Membri;

(19) Billi huwa essenzjali li jiġi massimizzat l-użu ta' standards, speċifikazzjonijiet pubblikament disponibbli u l-applikazzjonijiet tad-dominju pubbliku biex tiġi żgurata interoperabilità sħiħa sabiex jinkisbu l-ekonomiji ta' l-iskala u biex jiżdiedu l-benefiċċji ta' dawn in-networksnetwork;

(20) Billi, permezz ta' żvilupp kooordinat, dawn in-networks network għandhom jikkonverġu lejn interface telematiku komuni bejn il-Komunità u l-Istati Membri;

(21) Billi, sabiex isir użu effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji tal-Komunità, huwa meħtieġ li n-nefqa ta' dawn in-networks tinqasam bejn l-Istati Membri u l-Komunità fuq bażi ġusta u fl-istess ħin, li tiġi evitata proliferazzjoni ta' tagħmir, repetizzjoni ta' investigazzjonijiet u diversità fl-approċċ;

(22) Billi l-Istati Membri għandhom fil-prinċipju jġorru l-ispejjeż magħmula fl-implimentazzjoni tagħhom stess ta' proġetti u servizzi IDA;

(23) Billi hemm il-ħtieġa li jiġu definiti linji gwida speċifiċi ta' l-appilkazzjoni ġenerali għal dawn in-networks kollha, kif ukoll kwadru finanzjaru speċifiku għall-proġetti ta' interess komuni taħt dawn il-linji gwida;

(24) Billi, skond il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità stabbiliti b'Artikolu 5 tat-Trattat, l-għan ta' l-istabbiliment ta' dawn in -networks ma jistgħax jintlaħaq adegwatament mill-Istati Membri u, minħabba l-iskala u effetti ta' l-azzjoni proposta, jista’ għalhekk jintlaħaq aħjar f'livell tal-Komunità; billi l-azzjoni proposta ma tmurx ’l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-imsemmi għan;

(25) Billi l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Komunità Ewropea teħtieġ li n-networks networktelematiċi relevanti jiġu modifikati u msaħħa;

(26) Billi hemm dimensjoni internazzjonali inerenti għan-networks telematiċi u għall-komunikazzjoni elettronika;

(27) Billi l-miżuri mmirati biex jassiguraw l-interoperabilità tan-networks telematiċi bejn l-amministrazzjonijiet huma skond il-prijoritajiet adottati b'relazzjoni mal-linji gwida għan-networks trans-Ewropejnetwork ta' telekomunikazzjoni trans-Ewropew;

(28) Billi twettqu azzjonijiet taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/468/KE tas-6 ta' Novembru 1995 dwar il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-iskambju reċiproku telematiku ta' tagħrif bejn l-amministrazzsjonijiet fil-Komunità (IDA) [10]; billi l-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-Deċiżjoni 95/468/KE fit-28 ta' Mejju 1998; billi l-effetti tal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' din id-Deċiżjoni qabel l-annullament mill-Qorti huma miżmuma fis-seħħ;

(29) Billi din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas finanzjarju li għandu jkun il-punt prinċipali ta' referenza, skond it-tifsira tal-punt 1 tad-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-6 ta' Marzu 1995 [11], għall-awtorità ta' l-estimi għall-għanijiet tal-proċedura annwali ta' l-estimi;

(30) Billi modus vivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li jikkonċerna l-miżuri ta' implimentazzjoni għall-atti adottati skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat kien konkluż fl-20 ta' Diċembru 1994 [12],

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni u għanijiet

1. Il-Komunità, f'kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha taġixxi fil-qasam tan-networks network telematiċi trans-Ewropej għall-amministrazzjonijiet u għandha tieħu l-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għall-għanijiet li ġejjin:

(a) L-istabbiliment ta' networks trans-Ewropej telematiċi operazzjonali u interoperabbli bejn l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri, sew nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll bejn dawn l-amministrazzjonijiet u l-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità, kif xieraq, biex jippermetti l-iskambju reċiproku, effiċjenti effettiv u fiż-żgur ta' informazzjoni sabiex jiġi sostnut it-twaqqif ta' l-unjoni ekonomika u monetarja u biex l-Istati Membru u l-Komunità jkunu jistgħu jimplimentaw, fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom, il-politika u l-attivitajiet tal-Komunità msemmija f'Artikoli 3 u 4 tat-Trattat, waqt li jittieħed kont tax-xogħol li diġa qiegħed isir fil-programmi eżistenti tal-Komunità jew ta' l-Istati Membri;

(b) l-istabbiliment ta' networks telematiċi integrati biex tiġi faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunità u b'sostenn tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Komunità.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tkopri n-networks kollha taħt il-programm IDA.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni t-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "network telematiku": sistema komprensiva ta' komunikazzjoni ta' tagħrif, li tikkomprendi mhux biss l-infrastruttura u l-konnessjonijiet fiżiċi, iżda wkoll is-saffi ta' servizz u applikazzjoni li huma sovrapposti għal din l-infrastruttura, biex b'hekk ikun possibbli l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni elettronikament bejn l-organizzazzjonijiet u l-individwi;

(b) "Network IDA": network telematiku trans-Ewropew għall-amministrazzjonijiet stabbilit jew li jissokta taħt din id-Deċiżjoni. Dan in-network huwa stabbilit fuq l-inizjattiva tal-Komunità bħala utent ta', jew parti għan-network jew bħala benefiċjarja li għandha interess li tassigura l-implimentazzjoni tiegħu;

(ċ) "network settorjali": network telematiku trans-Ewropew għall-amministrazzjonijiet jew sett ta' servizzi u applikazzjonijiet, kommessi lejn l-implimentazzjoni jew is-sostenn amministrattiv ta' politika, attività jew għan partikolari wieħed tal-Komunità li hawnhekk iżjed "il quddiem huwa msejjaħ" settur amministrattiv;

(d) "Proġett IDA": sett ta' azzjonijiet relatati bejnithom li huma mwettqa jew li jissoktaw taħt din id-Deċiżjoni, kif identifikati fl-Anness, u li jikkonċernaw l-istabbiliment jew it-tisħiġ ta' networks settorjali.

Artikolu 3

Proġetti ta' interess komuni

1. Biex jinkisbu l-għanijiet stipulati f'Artikolu 1, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw proġetti ta' interess komuni kif stipulat fl-Anness.

2. L-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti għandha titwettaq skond il-programm ta' ħidma tal-IDA u mal-pjanijiet ta' implimentazzjoni globali kif imfissra f'Artikolu 5.

Artikolu 4

Prijoritajiet

Bil-għan li jkun stabbilit il-programm ta' ħidma IDA, u fl-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji tal-Komunità għall-proġetti IDA, għandha tingħata prijorità lil dawk il-proġetti li jsaħħu l-viabilità ekonomika ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi, istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, l-Istati Membri u r-reġjuni, u li, permezz ta' l-istabbiliment jew it-tisħiħ ta' network settorjali:

(a) jikkontribwixxu direttament għat-tneħħija ta' l-ostakoli għall-moviment liberu ta' persuni, merkanzija, servizzi u kapital; jew

(b) jikkontribwixxu direttament għall-implimentazzjoni b'suċċess jew tħaddim sodisfaċenti ta' l-unjoni ekonomika u monetarja; jew

(ċ) jinkoraġġixxu kooperazzjoni interistituzzjonali bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunità kif ukoll bejn dawn ta' l-aħħar u l-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali, inklużi parlamenti nazzjonali u reġjonali; jew

(d) jikontribwixxu għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-Istati Membri jew għall-ġlieda kontra l-frodi; jew

(e) jiffaċilitaw it-tħejjijagħtat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea; jew

(f) jiffaċilitaw il-kompetittività industrijali fil-Komunità, b'enfasi partikolari fuq il-kompetittività ta' l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju; jew

(ġ) jipprovdu benefiċċji għall-persuni fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Linji wiesa’ għall-implimentazzjoni

1. Fl-implimentazzjoni tal-proġetti IDA, il-prinċipji stipulati f'dan l-Artikolu għandhom jiġu osservati.

2. L-implimentazzjoni ta' proġett IDA għandha teħtieġ bażi legali. Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni, proġett IDA għandu jkun kunsidrat li wettaq din il-ħtieġa meta n-network jew networks konċernati jsostnu l-komunikazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet fil-qafas ta' l-implimentazzjoni ta' att wieħed jew aktar tal-Komunità.

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal proġetti li jsostnu komunikazzjoni interistituzzjonali jew il-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni tal-Komunità, jew għal attivitajiet komuni għas-sostenn ta' żewġ proġetti IDA jew aktar.

3. Il-proġetti IDA għandhom jikkomprendu l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-istabbiliment jew tisħiħ ta' networks settorjali, inklużi studji ta' fattibiltà u dimostrazzjonijiet, l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma ta' esperti ta' l-Istati Membri u l-Komunità, u l-akkwist ta' oġġetti u servizzi għall-Komunità, kif xieraq.

4. Proġetti ta' l-IDA għandhom jinkludi fażi ta' tħejjija, fażi ta' prattiċità, fażi ta' żvilupp u konvalidazzjoni, u fażi ta' implimentazzjoni.

Il-fażi ta' tħejjija għandha twassal għall-istabbiliment ta' rapport ta' tħejjija li jikkomprendi l-għanijiet, il-kamp ta' applikazzjoni u bażi xierqa tal-proġett u b'mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija, kif ukoll il-ksib ta' l-impenn ftehim meħtieġa bejn il-partiċipanti permezz ta' konsultazzjoni xierqa.

Il-fażi ta' fattibiltà għandha twassal għall-istabbiliment ta' pjan ta' implimentazzjoni globali li għandu jinkludi:

(a) deskrizzjoni tan-network jew networks maħsuba biex jiġu stabbiliti taħt il-proġett skond it-termini ta' l-għanijiet, funzjonalitajiet, partiċipanti u approċċ tekniku tagħhom;

(b) l-assenjazzjoni ta' rwol u kompiti lill-Komunità u lill-Istati Membri matul il-fażijiet sussegwenti ta' żvilupp u konvalidazzjoni u ta' implimentazzjoni;

(ċ) deskrizzjoni dettaljata tal-benefiċċji mistennija li tinkludi l-kriterji ta' stima għat-tkejjil ta' dawk il-benefiċċji ’l hinn mill-fażi ta' implimentazzjoni;

(d) skema li tiddefixxi t-tqassim ekwu bejn il-Komunità u l-Istati Membri ta' l-ispejjeż tat-tħaddim u manutenzjoni tan-networks konċernati mat-tmiem tal-fażi ta' implimentazzjoni.

Matul il-fażi ta' żvilupp u konvalidazzjoni, is-soluzzjoni proposta għan-n etwork jew networks konċernati tista’, jekk relevanti, tkun mibnija, ittestjata, evalwata u sorveljata fuq skala żgħira, u r-riżultati għandhom jintużaw biex hekk jaġġustaw l-implimentazzjoni globali tal-pjan.

Matul il-fażi ta' implimentazzjoni, in-network jew networks konċernati li jkunu jaħdmu b'mod sħiħ għandhom jiġu stabbiliti skond il-pjan ta' implimentazzjoni globali.

5. Il-proġetti IDA għandhom jibnu fuq l-azzjonijiet u miżuri orizzontali mwettqa fil-Komunità fi ħdan il-qafas tal-Parlament Ewropew u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1720/1999/KE tat-12 ta Lulju 1999 li taddotta serje ta' azzjonijiet u miżuri biex tiġi assigurata l-interoperabilità ta' u l-aċċess għan-networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta' tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA) [13]; b'mod partikolari, servizzi ġeneriċi komuni u applikazzjonijiet għandhom jiġu wżati fejn xieraq.

6. L-inizzjazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett IDA, id-definizzjoni tal-fażijiet tiegħu, kif ukoll id-definizzjoni tal-ħtiġiet ta' l-utent, kemm tekniċi u funzjonali, għan-network jew networks konċernati taħt dak il-proġett, għandhom isiru fi ħdan il-qafas tal-politika jew attività konċernata tal-Komunità u kontrollati skond il-proċedura applikabbli tal-kumitat jekk, ikun hemm.

Meta ebda proċedura settorjali tal-kumitat ma tkun tapplika, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu gruppi settorjali ta' esperti biex jeżaminaw dawn il-kwistjonijiet.

Il-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-kumitati settorjali u gruppi ta' esperti għandhom jiġu rapportati mill-Kummisjsoni lill-kumitat imsemmi f'Artikolu 8 flimkien mal-proposti tagħha għall-miżuri msemmija f'Artikolu 7.

7. Kull proġett IDA għandu jkun speċifikat teknikament b'referenza għall-istandards Ewropej jew speċifikazzjonijiet disponibbli pubblikament, bħal standards ta' Internet miftuħ, kif xieraq, biex jiġi assigurat grad għoli ta' interoperabilità bejn is-sistemi nazzjonali u tal-Komunità fi ħdan u bejn is-setturi amministrattivi u mas-settur privat. Kont partikolari għandu jittieħed għall-linji gwida tal-Komunità u l-għodda ta' sostenn fil-qasam ta' l-istandardizzazzjoni ta' l-akkwist pubbliku għal sistemi u servizzi ta' teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni (ICT).

8. Id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull proġett IDA għandha tibni fuq ir-riżultati adatti miksuba minn attivitajiet oħra relevanti tal-Komunità, b'mod partikolariil-programmi ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku tal-Komunità u l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam ta' networks ta' telekomunikazzjoni trans-Ewropej.

9. Reviżjoni wara l-implimentazzjoni ta' kull proġett IDA għandha titwettaq b'koordinazzjoni ma' l-Istati Membri fi ħdan il-qafas tal-politika jew attività konċernata tal-Komunità u preżentata lill-kumitat settorjali relevanti u lill-kumitat imsemmi f'Artikolu 8 fi żmien sena wara t-tmiem tal-fażi ta' implimentazzjoni. Din ir-reviżjoni għandha tinkludi analiżi tal-benefiċċju mill-kost.

Artikolu 6

Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

1. Fl-implimentazzjoni tal-proġetti IDA, il-Komunità għandha ġġor l-ispejjeż fi proporzjon ta' l-interessi tagħha.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjara tal-Komunità għal kull proġett IDA għandha tkun stabbilita skond il-paragrafi 3 sa 7. Din il-kontribuzzjoni ma tinkludix l-ispejjeż li jirriżultaw mill-użu kontinwat ta' l-applikazzjonijiet jew speċifikazzjonijiet li jikkontradixxu l-prijoritajiet jew il-ħtiġiet ta' din id-Deċiżjoni jew id-Deċiżjoni 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3. Fil-fażijiet ta' tħejjija jew tal-fattibiltà tal-proġett, il-kontribuzzjoni tal-Komunità tista’ tkopri il-kost sħiħ ta' l-istudji meħtieġa.

4. Fil-fażi ta' żvilupp u konvalidazzjoni u fil-fażi ta' l-implimentazzjoni tal-proġett, il-Komunità għandha ġġorr in-nefqa ta' dawk il-kompiti li huma assenjati lilha fil-pjan ta' implimentazzjoni globali ta' dak il-proġett.

5. Il-Komunità tista tikkontribwixxi, ħlief f'każi eċċezzjonali skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 8, permezz ta' għotjiet diretti għall-ispejjeż magħmula minn Stat Membru wieħed jew aktar, sabiex dawk l-Istati Membri jwettqu:

(a) l-attivitajiet li jirrelataw ma’ proġett jew network IDA li huma meqjusa li jkunu ta' benefiċċju għall-parteċipanti l-oħra jew proġetti oħra jew networks IDA,

(b) tisħiħ ta' sistema li hija meqjusa meħtieġa biex tittejjeb jew tiġi simplifikata l-implimentazzjoni kumplessiva ta' network partikolari IDA.

L-għotjiet maħsuba għandhom ikunu speċifikati fil-programm ta' ħidma IDA għal kull proġett jew network IDA konċernat u għas-sena ta' l-estimi kurrenti, skond il-valur massimu permissibbli tagħhom, il-benefiċċji mistennija għall-proġetti jew networks IDA, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, l-amministrazzjonijiet li jibbenefikaw fl-Istati Membri u l-kompiti li għandhom jiġu finanzjati permezz ta' dawn l-għotjiet.

Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għotjiet m'għandhomx jeċċedu nofs in-nefqa attwalment magħmula minn kull Stat Membru benefiċjarju fl-implimentazzjoni tal-kompiti li għalihom tingħata l-għotja.

6. Il-finanzjament Komunitarju taħt din id-Deċiżjoni għandu jieqaf mat-tlestija tal-fażi ta' implimentazzjoni ta' proġett IDA; iżda, aktar finanzjament jista’ eċċezzjonalment, u skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 8, jingħata taħt din id-Deċiżjoni biex ikopri l-ispiż kollha jew parti minnha tat-tħaddim u manutenzjoni tan-network IDA sat-tmien tas-sena li tiġi wara s-sena li fiha tkun tlestiet l-implimentazzjoni.

7. Il-Komunità tista’ wkoll, fi ħdan il-qafas ta' din id-Deċiżjoni u sa’ l-aħħar tal-1999, iġġorr il-kost tat-tħaddim u l-manutenzjoni ta' dawk in-networks l-IDA li jitkomplew taħt din id-Deċiżjoni u li huma diġa mħaddma fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

8. Ir-riżorsi finanzjarji provduti taħt din id-Deċiżjoni m'għandhomx, fil-prinċipju, jiġu assenjati għall-proġetti jew fażijiet ta' proġetti li jibbenefikaw minn sorsi oħra ta' finanzjament tal-Komunità.

Artikolu 7

Implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-azzjoni tal-Komunità stipulata f'Artikoli 3 sa 6.

2. Il-proċedura stipulata f'Artikolu 8 għandha tapplika fir-rigward ta' l-approvazzjoni, fuq il-bażi tal-konformità mal-prijoritajiet stabbiliti f'Artikolu 4 u l-prinċipji stipulati f'Artikolu 5, tas-sezzjoni tal-programm ta' ħidma IDA li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li l-Kummissjoni għandha tħejji f'intervalli ta' sena. Il-proġramm ta' ħidma IDA għandu jinkludi tqassim tan-nefqa magħmula skond il-proġett għas-sena/snin ta' qabel.

3. Il-proċedura stipulata f'Artikolu 8 għandha tapplika fir-rigward ta' l-approvazzjoni, fuq il-bażi tal-konformità tagħha mal-prinċipji stipulati f'Artikolu 5, tar-rapport preparatorju u tal-pjan globali ta' implimentazzjoni ta' kull proġett IDA fit-tmiem tal-fażi ta' fattibiltà u fit-tmiem tal-fażi ta' l-iżvilupp u konvalidazzjoni, kif ukoll l-approvazzjoni ta' kull emendi sostanzjali sussegwenti għal dak il-pjan ta' implimentazzjoni.

4. Il-proċedura stipulata f'Artikolu 8 għandha tapplika fir-rigward ta' l-approvazzjoni, fuq il-bażi tal-prijoritajiet stipulati f'Artikolu 4 u l-prinċipji stipulati f'Artikoli 5 u 6, u t-tqassim skond il-proġett tan-nefqa annwali ta' l-estimi taħt din id-Deċiżjoni. Proposti għal kull bidliet ta' l-estimi ta' aktar minn EUR 250000 għal kull linja ta' proġett fis-sena, għandhom ukoll ikunu suġġetti għal din il-proċedura.

5. L-ispeċifikazzjoni tekniċi ta' sejħiet għall-offerti li għandhom jinħarġu fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom, għall-valuri ta' kuntratti li jeċċedu l-EUR 500000 ikunu definiti b’koordinazzjoni ma’ l-Istati Membri.

Artikolu 8

Proċedura ta' kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat kompost mir-rappresentatnti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappresentant tal-Kummissjoni. Dan il-kumitat għandu jissejjaħ il-Kumitat dwar it-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (TAC)

Ir-rappresentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu ta' żmien li l-president jista’ jiffissa skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bill-maġġoranza kif stipulata f'Artikolu 205(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappesentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod stipulat f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Iżda, jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni u lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ:

il-Kummissjoni għandha tiddefferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet għall-perjodu ta' tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni;

il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu ta' żmien imsemmi fis-subparagrafu ta' qabel.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lit-TAC dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Reviżjoni u evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha, b'koordinazzjoni ma’ l-Istati Membri, twettaq evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'intervalli ta' sentejn.

2. L-evalwazzjoni għandha tistabbilixxi l-progress u l-istatus kurrenti tal-proġetti ta' interess komuni identifikati fl-Anness.

L-evalwazzjoni għandha teżamina wkoll, fid-dawl tan-nefqa magħmula mill-Komunità, il-benefiċċji miksuba min-networks IDA mill-Komunità għall-avvanz ta' politika komuni u kooperazzjoni istituzzjonali, l-Istati Membri, l-industrija tal-Komunità u ċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u tidentifika oqsma għal titjib potenzjali u tivverifika s-sinerġija ma’ attivitajiet oħra tal-Komunità fil-qasam tan-networks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, malli t-TAC ikun eżaminha, flimkien ma’ kull proposta xierqa għall-emenda ta' l-Anness. L-evalwazzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux aktar tard mill-abbozz ta' l-estimi għas-snin 2001, 2003 u 2005 rispettivament.

Artikolu 10

Estensjoni għaż-ŻEE u pajjiżi assoċjati

1. Il-programm IDA jista’ jinfetaħ, fi ħdan il-qafas tal-ftehim rispettivi tagħhom mal-Komunità Ewropea, għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant u Ċipru fi proġetti ta' interess komuni li huma relevanti għal dawk il- ftehim.

2. Fil-kors ta' l-implimentazzjoni ta' proġetti, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux membri u ma’ organizzazzjonijiet jew korpi internazzjonali, kif xieraq, għandha tiġi nkoraġġita.

Artikolu 11

Networks oħra settorjali

1. Fir-rigward ta' l-istabbiliment jew tisħiħ tan-networks settorjali l-oħra kollha li m'humiex proġetti IDA (hawnhekk iżjed l quddiem "networks oħra settorali"), l-Istati Membri u l-Komunità għandhom, skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġislazzjoni tal-Komunità li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' dawk in-networks settorjali, jassiguraw li l-paragrafi 2 sa 6 jiġu mħarsa.

2. In-networks settorjali l-oħra għandhom jagħmlu użu mill-azzjonijiet u mill-miżuri orizzontali imwettqa mill-Komunità fi ħdan il-qafas tad-Deċiżjoni 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ħlief jekk dawk l-azzjonijiet u l-miżuri ma jkunux adatti biex jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-utent tan-networks settorjali l-oħra.

3. Kull wieħed min-networks settorjali l-oħra għandu jkun teknikament speċifikat b’ referenza għall-istandards Ewropej jew speċifikazzjonijiet disponibbli pubblikament, bħal standards ta' Internet miftuħ, kif xieraq, sabiex jiġi assigurat grad għoli ta' interoperabilità bejn is-sistemi nazzjonali u tal-Komunità fi u bejn is-setturi amministrattivi u mas-settur privat. Kont partikolari għandu jittieħed tal-linji gwida tal-Komunità u l-għodda ta' appoġġ fil-qasam ta' l-istandardizzazzjoni fl-akkwist pubbliku għas-sistemi u servizzi ICT.

4. Fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull wieħed min-networks settorjali l-oħra, attenzjoni għandha tingħata li jinbnew fuq riżultati adatti miksuba minn attivitajiet relevanti oħra tal-Komunità, b'mod partikolari l-programmi ta' riċerka u żvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet tal-Komunità fil-qasam tan-networks trans-Ewropej tat-telekomunkazzjoni.

5. Reviżjoni wara l-implimentazzjoni ta' kull wieħed min-networks l-oħra settorali għandha titwettaq.

6. Fl-implimentazzjoni tan-networks l-oħra settorali il-Kummissjoni għandha ġġorr l-ispejjeż fil-proporzjon ta' l-interessi tagħha.

7. Sat-3 ta' Ottubru 1999, u f'intervalli ta' sena wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tibgħat lit-TAC rapport dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tispeċifika kull ħtieġa relevanti ta' l-utent li tipprevjeni lil networks settorjali oħra milli jagħmlu użu tas-servizzi ġeneriċi taħt il-paragrafu 2, u tiddiskuti l-possibiltà li ttejjeb dawk is-servizzi ġeneriċi sabiex ikunu soddisfatti dawk il-ħtiġiet ta' l-utenti.

Artikolu 12

Qafas finanzjarju

Il-qafas finanzjarju għall-azzjoni tal-Komunità taħt din id-Deċiżjoni għall-perjodu 1998 sa 2000 għandu jkun ta' EUR 38,5 miljuni.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità ta' l-estimi fil-limitu tal-perspettiva finanzjarja.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha u għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2004.

Artikolu 14

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

S. Niinistö

[1] ĠU Ċ 54, tal- 21.2.1998, p u ĠU Ċ 23, tat- 28.1.1999, p. 8.

[2] ĠU Ċ 214, ta' l- 10.7.1998, p. 33.

[3] ĠU Ċ 251, ta' l- 10.8.1998, p. 1.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 1998 (ĠU Ċ 379, tas- 7.12.1998, p. 68), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1998 (ĠU Ċ 55, tal- 25.2.1999, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta'April 1999 (ĠU Ċ 219, tat- 30.7.1999). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 1999.

[5] ĠU Ċ 181, 02.7.1994, p. 1.

[6] ĠU Ċ 376, tat- 12.12.1996, p. 1.

[7] ĠU Ċ 200, tat- 30.6.1997, p. 196.

[8] ĠU L 282, ta' l-24.11.1995, p. 16.

[9] ĠU L 183, tal-11.7.1997, p. 12.

[10] ĠU L 269, tal-11.11.1995, p. 23.

[11] ĠU C 102, 0 4.4.1996, p. 4.

[12] ĠU Ċ 102, ta' l-4.4.1996, p. 1.

[13] Ara paġna 9 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI FL-ISFERA TAN-NETWORKS TRANS-EWROPEJ GĦALL-ISKAMBJU TA' TAGĦRIF BEJN L-AMMINISTRAZZJONIJIET

Il-proġetti li ġejjin għandhom ikunu proġetti ta' interess komuni taħt il-programm IDA:

A. B'MOD ĠENERALI

1. L-iżvilupp u l-implimenbtazzjoni ta' networks telematiċi li jappoġġaw l-EMU u l-politika u l-attivitajiet tal-Komunità (skond is-sezzjoni B), skambju inter-istituzzjonali ta' informazzjoni (skond is-sezzjoni Ċ), kif ukoll il-globalizzazzjoni tan-networks IDA (skond is-sezzjoni D).

2. Il-kontinwazzjoni u t-tisħiħ ta' proġetti u networks settorjali mwettqa taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/468/KE, bl-eċċezzjoni tan-networks msemmija fis-sezzjoni E.

3. L-implimentazzjoni ta'dawk in-networks meħtieġa għall-funzjonament ta' l-Aġenziji u korpi Ewropej u b'sostenn għall-qafas legali li joħroġ mill-ħolqien ta'l-Aġenziji Ewropej.

4. L-implimentazzjoni tan-networks fil-qasam tal-politika relatata mal-moviment liberu ta' persuni, sal-limitu li huma meħtieġa biex isostnu l-azzjoni tal-Komunita u/jew ta' l-Istati Membri taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

5. L-implimentazzjoni ta' dawk in-networks li, fil-qafas tal-politika u attivitajiet tal-Komunità u f'ċirkostanzi mhux preveduti, huma urġentement meħtieġa biex isostnu l-azzjoni tal-Komunità u l-Istati Membri, fost ħwejjeġ oħra, fil-protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, l-annimali u l-pjanti, id-drittijiet tal-konsumaturi Ewropej, il-kondizzjonijiet ta' l-għijxien ta' persuni fl-Unjoni Ewropea, jew l-interessi fundamentali tal-Komunità.

B. NETWORKS SPEĊIFIĊI LI JSOSTNU L-EMU U L-POLITIKA U ATTIVITAJIET TAL-KOMUNITÀ

1. Networks telematiċi li jikkonċernaw il-politika ekonomika u monetarja, notevolment biex jiffaċilitaw is-sorveljanza tal-konformità ma' kriterji ta' konverġenza u l-introduzzjoni ta' l-euro.

2. Networks telematiċi li jikkonċernaw it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, notevolment permezz ta' l-implimentazzjoni ta' komunikazzjoni elettronika effiċjenti bejn, min-naħa 'l waħda, s-servizzi ta' traduzzjoni tal-Kummissjoni u l-Kunsill u, min-naħa 'l oħra, l-uffiċċji temporanji ta' traduzzjoni/reviżjoni li jistgħu jitwaqqfu f'kull pajjiż kandidat.

3. Networks telematiċi li jikkonċernaw il-politika reġjonali u ta' koeżjoni, partikolarment biex jiffaċilitaw il-ġbir, l-immaniġġjar u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-politika reġjonali u koeżjoni fil-livell ta' l-amministrazzjoni ċentrali u reġjonali.

4. Networks telematiċi li jikkonċernaw l-iffinanzjar tal-Komunità, notevolment biex joħolqu interface mad-databases eżistenti tal-Kummissjoni biex jiġi faċilitat l-aċċess ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej, u partikolarment l-SMEs, għas-sorsi ta' finanzjament Komunitarju.

5. Networks telematiċi fil-qasam ta' l-istatistika, notevolment fir-rigward tal-kollezzjoni u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni statistika.

6. Networks telematiċi fiż-żona tal-pubblikazzjoni ta' dokumenti uffiċjali.

7. Networks telematiċi fis-setturi ta' l-agrikoltura u tas-sajd, notevolment fir-rigward ta' sostenn għall-immaniġġjar ta' l-istrutturi u tas-swieq agrikoli, immanniġġjar finanzjarju aktar effiċjenti, l-iskambju ta' tagħrif dwar il-kontijiet ta' l-irziezet (RICA) bejn aġenziji nazzjonali u l-Kummissjoni, u l-ġlieda kontra l-frodi.

8. Networks telematiċi fis-settur ta' l-industrija, notevolment fir-rigward ta' l-iskambju ta' tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet inkarigati mill-affarijiet industrijali, u bejn dawn l-amministrazzjonijiet u l-federazzjonijiet ta' l-industrija, għall-iskambju ta' tagħrif fir-rigward ta' data dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bejn l-amministrazzjonijiet, kif ukoll servizzi biex jissimplifikaw u jtejjbu l-proċess tal-mili ta' formoli amministrattivi.

9. Networks telematiċi li jikkonċernaw il-politika dwar il-kompetizzjoni, notevolment permezz ta' l-implimentazzjoni ta' skamju mtejjeb ta' tagħrif elettroniku ma' l-amministrazzjonijiet nazzjonali sabiex jiġu faċilitati l-proċeduri ta' informazzjoni u konsultazzjoni.

10. Networks telematiċi fl-oqsma tal-kultura, informazzjoni, komunikazzjoni u s-settur awdjoviżwali, notevolment għall-iskambju ta' informazzjoni li tikkonċerna kwistjonijiet ta' kontenut fuq networks miftuħa u biex tippromwovi l-iżvilupp u ċ-ċirkolazzjoni libera ta' servizzi ġodda awdjoviżivi u ta' informazzjoni.

11. Networks telematiċi fis-settur tat-trasport, notevolment għas-sostenn ta' skambju ta' tagħrif li jikkonċerna s-sewwieqa, il-vetturi u l-operaturi tat-trasport.

12. Networks telematiċi fil-qasam tat-turiżmu, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur għas-sostenn ta' l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri.

Ċ. NETWORKS INTER-ISTITUZZJONALI

Networks telematiċi b'sostenn għall-iskambju inter-istituzzjonali ta' informazzjoni, notevolment:

1. b'sostenn għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet mill-Komunità u mistoqsijiet Parlamentari;

2. għall-istabbiliment tar-rabtiet telematiċi meħtieġa bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, istituzzjonijiet Ewropej oħra u l-Kunsill (inkluż is-sit tal-Presidenza fis-kariga ta' l-Unjoni Ewropea u r-Rappresentanza Permanenti ta' l-Istati Membri);

3. fil-faċilitazzjoni tal-multilingwiżmu fl-iskambju inter-istituzzjonali ta' informazzjoni, mezzi għall-immaniġġar tal-volum tax-xogħol ta' traduzzjoni, u l-għodda ta' sostenn għat-traduzzjoni, il-qsim/skambju ta' riżorsi multilingwali u l-organizzazzjoni ta' aċċess komuni għad-databases tat-terminoloġija;

4. għall-qsim ta' dokumenti bejn l-Aġenziji u korpi Ewropej u l-istituzzjonijiet Ewropej.

D. GLOBALIZZAZZJONI TAN-NETWORKS IDA

L-estensjoni tan-networks IDA għaż-ŻEE, EFTA, CEECs u pajjiżi oħra assoċjati, kif ukoll għall-pajjiżi G7, u organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, u n-networks telematiċi għall-farmaċewtiċi u l-ambjent.

E. NETWORKS OĦRA SETTORALI

Il-proġetti li qabel kienu ffinanzjati mill-programm IDA u li issa għandhom l-iffinanzjar tal-Komunità tagħhom proprju madanakollu jaqgħu fil-grupp "networks oħra settorali" imsemmija f'Artikolu 11 tad-Deċiżjoni.

--------------------------------------------------