31999D0819



Official Journal L 318 , 11/12/1999 P. 0020 - 0020


ID-Deċiżjoni tal-kummissjoni

tas-16 ta' Novembru 1999

dwar l-adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-1994 dwar is-Sigurtà Nukleari mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (Euratom)

(notifikat permezz tad-dokument K(1999) 3223)

(1999/819/Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 101 tagħha,

Wara li kunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1998 li tapprova l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika mal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari,

Billi l-Istati Membri kollha huma Partijiet Kontrattwanti tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari,

Billi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għandha tingħaqad mal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-adeżjoni mal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Nukleari hija b'hekk approvata f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

It-test tal-Konvenzjoni u d-dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 30(4)(iii) tal-Konvenzjoni huma mehmuża ma din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-istrumenti ta' l-adeżjoni għandhom ikunu depożitati mad-Direttur-Ġenerali ta' l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika, depożitarju tal-Konvenzjoni, fil-jum ta' wara l-adezzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Magħmulha fi Brussel, fis-16 ta' Novembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------