Official Journal L 307 , 02/12/1999 P. 0061 - 0061
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 1999 li tikkonċerna l-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (1999/784/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jisstabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 157(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi: (1) Ir-Riżoluzzjoni (97) 4, adottata mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill Ewropew fl-20 ta' Marzu 1997 ikkonfermat il-kontinwazzjoni ta' l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew inizjalment stabbilit bir-Riżoluzzjoni (92) 70 adottata mill-Kumitat tal-Ministri fil-15 ta' Diċembru 1992; (2) L-Istati Membri kollha huma membri ta' l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew; ir-rappreżentazzjoni tal-Komunià fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew mill-Kummissjoni ma taffetwawx ir-rappreżentazzjoni individwali diretta minnhom infushom ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea; (3) Il-Kunsill adotta fis-26 ta' April 1999, Deċiżjoni li tistabbilixxi infrastruttura ta' l-informazzjoni tal-istatistika tal-Komunità li tirrigwardja l-industrija u s-swieq tas-setturi Awdjoviżivi u dawk relatati magħhom [4]; (4) Huwa għalhekk meħtieġ li tkun assigurata l-komplimentarjità bejn ix-xogħol mibdi mill-insemmija Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew; (5) L-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew jikkontribwixxi għat-tisħieħ tal-kompetittività ta' l-industria Awdjoviżiva tal-Komunità, notevolment għat-tittjib tat-trasferiment ta' l-informazzjoni lejn l-industria, partikolarment l-impriżi ta' daqs żgħir u medju, u li jħeġġeġ stampa aktar ċara tas-suq, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Komunità għandha tkun membru ta' l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew. Artikolu 2 Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fir-relazzjonijiet tagħha ma l-Osservatorju. Artikolu 3 L-appropprazzjonijiet meħtieġa għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lejn l-estimi operattivi ta' l-Osservatorju għandhom ikunu awtorizzati mill-Awtorità tal-Burget b'konformità mal-perspettiva finanzjarja li tkun fis-seħħ. Artikolu 4 Qabel it-tmiem tat-tielet sena li ssegwi s-sena ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, kif ukoll ma l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lejn il-Parlament Ewropew, lejn il-Kunsill u lejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, rapport dwar l-implementazzjoni tagħha. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli sa l-aħħar jum ta' l-aħħar xhar tal-ħames sena li ssegwi is-sena ta' l-adozzjoni tagħha. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1999. Għall-Kunsill Il-President K. Hemilä [1] ĠU C 110, tal-21.4.1999, p. 14. [2] L-Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Ottubru 1999 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] L-Opinjoni mogħtija fit-22 ta' Settembru 1999 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [4] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 39. --------------------------------------------------