Official Journal L 311 , 04/12/1999 P. 0001 - 0001
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Lulju 1999 dwar l-applikazzjoni temporanja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn min-naħa l-waħda l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u min-naħa l-oħra r-Repubblika ta' l-Afrika t' Isfel, (1999/753/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-Artikolu 310 f'konnessjoni ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) l-Komunità u l-Afrika t' Isfel obbligaw ruħhom li jadottaw proċeduri dwar it-tħaddim bikri tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn il-komunità u l-istati Membri tagħha, minn banda l-waħda, u r-Repubblika ta'l-Afrika t' Isfel mill-banda l-oħra; (2) it-tħaddim provvisorju ta'l-imsemmi Ftehim permezz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju t' Ittri huwa neċessarju sabiex jiġi pprovdut qafas komprensiv ta' koperazzjoni bejn il-Komunità u l-Afrika t' Isfel, sakemm jiġu mitmuma l-proċeduri meħtieġa sabiex il-Ftehim imsemmi jidħol fis-seħħ; (3) il-Ftehim fil-forma ta' Skambju t' Ittri għandu għaldaqstant jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju t' Ittri bejn il-Komunità u l-Afrika t' Isfel, li jipprovdi għat-tħaddim proviżorju ta' parti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn banda l-waħda, u r-Repubblika ta'l-Afrika t' Isfel, mill-banda l-oħra, huwa hawn approvat għan-nom tal-Komunità. It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju t' ittri huwa anness ma' din id-Deċiżjoni, kif ukoll it-test tal-Ftehim. Artikolu 2 Għall-fini tat-tħaddim ta'l-Artikolu 97 tal-Ftehim, rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresjedi fuq il-Kunsill tal-Koperazzjoni u jippreżenta l-qagħda tal-Komunità matul il-perjodu tat-tħaddim proviżjonali tal-Ftehim. Il-qagħda li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill tal-Koperazzjoni għandha titfassal mill-Kunsill fi fuq proposta mill-Kummissjoni. Artikolu 3 Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1999. Għall-Kunsill Il-President S. Hassi --------------------------------------------------