Official Journal L 291 , 13/11/1999 P. 0028 - 0035
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 85/377/KEE li tistabilixxi tipoloġija Komunitarja għal ażjendi agrikoli (notifikata taħt id-dokument numru K(1999) 3414) (1999/725/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi ‘network’ għall-kollezzjoni ta’ data tal-konteġġi dwar id-dħul u l-operazzjoni tan-negozju ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1256/97 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/377/KEE tas-7 ta’ Ġunju 1985 li tistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għal ażjendi agrikoli (3), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/393/KE(4), hija l-bażi għall-klassifikazzjoni ta’ azjendi agrikoli skond id-daqs ekonomiku u t-tip ta’ biedja kemm fl-istħarriġ ta’ l-istruttura tar-razzett kemm taħt in-network tad-data tal-konteġġi tal-biedja (NDKB); billi t-tipoloġija Komunitarja hija wkoll il-bażi għall-kalkolazzjoni tad-daqs ta’ l-unitajiet Ewropej (UED) u għall-limiti wżati biex jiddelimitaw il-qasam ta’ l-osservazzjoni u għat-tfassil tal-pjan għall-għażla ta’ l-azjendi bi dħul inkluż jew li għandhom jiġu nklużi fin-NDKB; (2) ir-riżultati ta’ l-istħarriġ ta’ l-istruttura tal-biedja, kklassifikati mill-UED u mit-tip ta’ biedja jservu bħala l-bażi għad-definizzjoni tal-qasam ta’ l-osservazzjoni tan-NDKB, li jservu bħala bażi għall-għażla u l-ippeżar tal-kampjun tal-biedja tan-NDKB; billi l-għażla ta’ l-azjendi bir-dħul għall-qasam ta’ osservazzjoni għandha tkun rappresentattiva f’termini ta’ l-objettivi ta’ kull wieħed mill-analiżi ppjanati; (3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88)5), kif l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 98/377/KE(6), ġie estiż sabiex jipprovdi għal serje ta’ stħarriġ dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli mill-1998 sa l-2007 u jelenka il-karatteristiċi li għandhom jiġu mistħarrġa; (4) l-istruttura u l-kontenut tal-lista tal-karatteristiċi ta’ l-istħarriġ għall-istħarriġ bażiku Komunitarju ta’ l-1999/2000 ġew emendati, sabiex il-karatteristiċi fil-lista l-ġdida jvarjaw minn dawk rekordjati fl-istħarriġ preċedenti u huwa għalhekk meħtieġ li d-Deċiżjoni 85/37/KEE tiġi adattata għall-listi tal-karatteristiċi ta’ l-istħarriġ preskritti bir-Regolament (KEE) Nru 571/88; (5) modifikazzjoni tal-klassijiet tad-daqs ekonomiku ta’ azjendi applikati fit-tipoloġija Komunitarja hija adattata sabiex turi l-iżvilupp fl-istruttura ta’ l-agrikoltura fi ħdan il-Komunità; (6) il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjonijiet tal-Kumitat Komunitarju għan-network tad-data tal-konteġġi tal-Biedja u tal-Kumitat Permanenti għall-istatistika agrikola, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 L-Annessi II u III li jinsabu mad-Deċiżjoni 85/377/KEE huma emendati kif ġej: 1. Annex II: (a) l-intestatura tat-Taqsima Ċ, is-Sezzjoni I, hija sostitwita bit-test li ġej: "Kodiċi li jirraggruppaw diversi karatteristiċi inklużi fl-istħarriġ ta’ l-istruttura tal-biedja ta’ l-1999/2000;"; (b) fit-taqsima Ċ, is-Sezzjoni II, it-tabella tal-korrispondenza hija sostitwita bit-tabella fl-Anness I li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni. 2. Annex III: It-Taqsima Ċ hija sostitwita bit-test fl-Anness II li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni. L-Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Ottubru 1999. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni -------------------------------------------------- L-ANNESS I "II. II. Korrispondenza bejn l-intestaturi ta' l-istħarriġ ta' struttura u d-dħul tal-biedja tan-network tad-data tal-konteġġi tal-biedja (NDKB) Intestaturi ekwivalenti għall-applikazzjoni ta' SGM | Stħarriġ bażiku Komunitarju 1999/2000 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/377/KE) | Dħul tal-biedja tan-NKDB (Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 2237/77, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2940/93) | I.1. L-UĊUH D01 | Qamħ komuni u qamħ bi żbul li ma jinqalax | 120. | Qamħ komuni u qamħ bi żbul li ma jinqalax | D02 | Qamħ tad-durum | 121. | Qamħ tad-durum | D03 | Sikrana | 122. | Sikrana (inkluż il-maħlut) | D04 | Xgħir | 123. | Xgħir | D05 | Ħafur | 124. | Ħafu | + | + | 125. | Taħlit ta' ċereali tas-sajf | D06 | Żerriegħa tal-qamħirrum | 126. | Żerriegħa tal-qamħirrum (inkluża żerriegħa tal-qamħirrum niedja) | D07 | Ross | 127. | Ross | D08 | Ċereali oħrajn | 128. | Ċereali oħrajn | D09 | Agumi għall-produzzjoni taż-żerriegħa (inkluż żrieragħ u taħlit ta' ċereali u agumi), | 129. | Agumi niexfa | Li minnhom: | | | – – – | 329. | Agumi niexfa għall-għalf imkabbra bħala wiċċ wieħed: Piżelli, fażola ħadra, ġulbiena, lupini ħelwin | – – – | 330. | Uċuh oħrajn ta' | D09ċ: | Piżelli, uċuh puri biex jinħasdu niexfa għall-għalf | | – – – | D09d | Fażola ħadra, uċuh puri biex jinħasdu niexfa għall-għalf: | | – – – | D10 | Patata (inkluża patata bikrija u patata taż-żerriegħa) | 130. | Patata (inkluża patata bikrija u żerriegħa) | D11 | Pitravi (bl-esklużjoni taż-żerriegħa) | 131. | Pitravi (bl-esklużjoni taż-żerriegħa) | D12 | Egħruq għall-għalf u brassicas(bl-esklużjoni taż-żerriegħa) | 144. | Egħruq għall-għalf u brassicas(bl-esklużjoni taż-żerriegħa) | D13 | Pjanti industrijali (inkluża ż-żerriegħa għal pjanti erbaċi taż-żerriegħa taż-żejt; bl-esklużjoni ta' żerriegħa għall-pjanti tal-fibri, ħops, tabakk u pjanti oħra industrijali) | | – – – | Li minnhom: | | | (a)tabakk | 134. | Tabakk | b)(b).ħops | 133. | Ħops | (ċ)qoton | 347. | Qoton | (d)pjanti oħrajn taż-żerriegħa taż-żejt jew pjanti tal-fibri u pjanti industrijali oħrajn: | | | (i)pjanti taż-żerriegħa taż-żejt jew pjanti tal-fibri (total) | 132. | Uċuh erbaċi taż-żerriegħa taż-żejt | li minnhom: | | | – ir-rapa u r-rapa tan-neweb | 331. | Rapa | – il-ġirasol | 332. | Ġirasol | – is-soja | 333. | Soja | – – – | 334. | Oħrajn | (ii)pjanti aromatiċi, pjanti mediċinali u kulinari | 345. | Kondimenti ta' pjanti mediċinali, aromatiċi u spajsis inklużi t-te, il-kafe u ċ-ċikwejratal-kafe | (iii)pjanti industrijali oħrajn | 346. | (Zokkor tal-kannamieli | + | + | 348. | Pjanti industrijali oħrajn) | D14 | Ħaxix frisk, bettiegħ, frawli: mkabbar barra jew taħt kopertura ta' protezzjoni baxxa (mhux aċċessibbli) | | – – – | Li minnhom: | | | D14a | għalqa miftuħa | 136. | Ħaxix frisk ta' l-għelieqi, bettiegħ u frawli ta' l-iskala ta' l-egħlieqi mkabbra fil-beraħ | D14b | imkabbra f'ġonna għas-suq | 137. | Ħaxix frisk, bettiegħ, frawli, mkabbra f'ġonna tas-swieq fil-beraħ | D15 | Ħaxix frisk, bettiegħ, frawli: taħt kopertura tal-ħġieġ jew oħra ta' protezzjoni (aċċessibbli) | 138. | Ħaxix frisk, bettiegħ u frawli taħt protezzjoni | D16 | Fjuri u pjanti ornamentali (esklużi l-mixtla): ta' barra jew taħt kopertura baxxa ta' protezzjoni (mhux aċċessibbli) | 140. | Fjuri u pjanti ornamentali mkabbra fil-beraħ (bl-esklużjoni tal-mixtla) | D17 | Fjuri u pjanti ornamentali (bl-esklużjoni tal-mixtli): taħt il-ħġieġ jew taħt kopertura ta' protezzjoni oħra (aċċessibbli) | 141. | Fjuri u pjanti ornamentali mkabbra għall-kenn | D18 | Pjanti għall-għalf | | | (a)ħaxix temporanju | 147. | Ħaxix temporanju | (b)oħrajn | 145. | Pjanti oħrajn għall-għalf | Li minnhom: | | | (i)qamħirrum aħdar (qamħirrum għas-sillaġġ) | 326. | Qamħirrum għall-għalf | (ii)pjanti tal-legumi | | – – – | – – – | 327. | ¬ereali tas-sillaġġ oħrajn | – – – | 328. | Pjanti għall-għalf oħrajn | D19 | Żerriegħa tar-raba' għall-ħsad u żerriegħa żgħira (bl-esklużjoni taċ-ċereali, l-ħaxix niexef, il-patata u l-pjanti taż-żerriegħa taż-żejt) | 142. | Żerriegħa tal-ħaxix | + | + | 143. | Żerriegħa oħra | D20 | Uċuh tar-raba' oħrajn għall-ħsad | 148. | Użuh għall-ħsad oħrajn mhux inklużi fl-intestaturi 120 sa 147 | + | + | 149. | Raba' lest għaż-żriegħ mikri lill-oħrajn, inkluż raba' magħmul disponibbli għall-impjegati bħala benefiċċju mod ieħor | D21 | Raba' mhux miżrugħ mingħajr ebda sussidji | 146. | Raba' mhux miżrugħ - Kodiċi 0: Raba' mhux miżrugħ (mingħajr "raba' mwarrab") | D22 | Raba' mwarrab mhux miżrugħ suġġett għal skemi ta' inċentivi b'ebda użu ekonomiku | 146. | —- Kodiċi 5: raba' mhux miżrugħ, b'possibilitajiet ta' rotazzjoni (skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 797/85/KEE) | + | —- Kodiċi 8: żona mwarrba obbligatoja u mhux koltivata (skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1765/92/KEE_ | F01 | Marġ permanenti u mergħat: Marġ u mergħa, esklużi r-regħi ħorox | 150. | Mergħat u marġ permanenti | F02 | Marġ permanenti u mergħat: Regħi ħorox | 151. | Regħu aħrax | G01 | Pjantazzjonijiet tal-frott u l-koċċ | 152. | Ġonna tal-frott u tal-koċċ | (a)frott frisk u speċi tal-koċċ ta' żoni ta' klima medja | 349. | Frott tal-pome | + | + | 350. | Frott ta' l-għadma | + | + | 352. | Frott żgħir u koċċ | (b)frott u speċji tal-koċċ ta' żoni ta' klima subtropikali | 353. | Frott tropikali u subtropikali | (ċ)lewż | 351. | Lewż | G02 | Pjantazzjonijiet taċ-ċitru | 153. | Ġonna tal-frott taċ-ċitru | G03 | Pjantazzjonijiet taż-żebbuġ | 154. | Ortijiet taż-żebbuġ | (a)li normalment jipproduċu żebbuġ għall-ikel | 281. | Żebbuġ għall-ikel | (b)li normalment jipproduċu żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt | 282. | Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt | + | + | 283. | Żejt taż-żebbuġa | G04 | Dwieli | 155. | Dwieli | Li minnhom normalment jipproduċu: | | | (a)nbid ta' kwalità | 286. | Għeneb għal inbid ta' kwalità | + | + | 289. | Inbid ta' kwalità | | (b)bejjed oħrajn | 287. | Għeneb għall-inbid tal-mejda u nbid minbarra nbid ta' kwalità | | + | + | | 288. | Prodotti mixxellanji tad-dwieli: most ta' l-egħneb, sugu, brandy,ħall u prodotti oħrajn fuq ir-razzett | | + | + | | 290. | Inbid tal-mejda u nbid minbarra inbid ta' kwalità | | (ċ)għeneb għall-ikel | 285. | Għeneb għall-ikel | | (d)Żbib | 291. | Żbib | G05 | Mixtli | 157. | Mixtli | G06 | Uċuh permanenti oħrajn | 158. | Uċuh permanenti oħrajn | G07 | Uċuh permanenti taħt il-ħġieġ | 156. | Uċuh permanenti mkabbra għall-kenn | I01 | Uċuh sekondarji suċċessivi (bl-esklużjoni ta' uċuh tas-suq/tal-ġonna u ta' uċuh taħt il-ħġieġ) li minnhom: (a)ċereali mhux għall-għalf (D01 sa D08)(b)Ħaxix niexef mhux għall-għalf (D09)(ċ)Pjanti taż-żerriegħa taż-żejt mhux għall-għalf (D13(d)(i))(d)Uċuh sekondarji suċċessivi oħrajn | | Il-Kultura tal-Kodiċi "3" jew "7" | I02 | Faqqiegħ | 139. | Faqqiegħ | E | Ġonna tal-kċejjen | | – – – | II.II. BHEJJEM J01 | Equidae | 22. | Equidae (l-etajiet kollha) | J02 | Annimali bovini, taħt sena | 23. | Għoġġiela għas-simna | + | + | 24. | Bhejjem oħrajn ta' inqas minn sena | (a)rġiel | | – – – | (b)nisa | | – – – | J03 | Annimali bovini rġiel, ta' iktar minn sena iżda taħt sentejn | 25. | Bhejjem irġiel, ta' iktar minn sena iżda taħt sentejn | J04 | Annimali bovini nisa, ta' iktar minn sena iżda taħt sentejn | 26. | Bhejjem nisa, ta' iktar minn sena iżda taħt sentejn | J05 | Annimali bovini rġiel, ta' sentejn u iktar | 27. | Bhejjem irġiel, ta' sentejn jew iktar | J06 | Erħiet, ta' sentejn u iktar | 28. | Erħiet għat-trobbija | + | + | 29. | Erħiet għas-simna | J07 | Baqar tal-ħalib | 30. | Baqar tal-ħalib | + | + | 31. | Baqar tal-ħalib cull | J08 | Baqar oħrajn | 32. | Baqar oħrajn 1.Annimali bovini nisa, li kellhom iż-żgħar (inklużi dawk ta' inqas minn sentejn) li jinżammu esklussivament jew prinċiplament għall-produzzjoni u għall-għoġġiela2.Baqar għax-xogħol3.Baqar cull | J09 | Nagħaġ (l-etajiet kollha) | | – – – | (a)nisa għat-tammir | 40. | -40. Nagħaġ nisa (ta' sena jew iktar) | (b)nagħaġ oħrajn | 41. | -4. Nagħaġ oħrajn | J10 | Mogħoż (l-etajiet kollha) | | – – – | (a)nisa għat-tgħammir | -38. | Nisa għat-tgħammir | (b)mogħoż oħrajn | -39. | Mogħoż oħrajn | J11 | Majjali żgħar li għandhom piż ħaj taħt l-20 kilogramma | 43. | Majjali żgħar inqas minn 20 kilogramma piż ħaj | J12 | Majjali nisa għat-tagħammir li jiżnu 50 kilogramma u iktar | 44. | Majjali nisa għat-tgħammir ta' 50 kilogramma jew iktar | J13 | Majjali oħrajn | 45. | Majjali għas-simna | + | + | 46. | Majjali oħrajn | J14 | Flieles | 47. | Tiġieġ għall-ikel | J15 | Tiġieġ li jbidu | 48. | Tiġieġ li jbidu | J16 | Tjur oħrajn (papri, dundjani, wiżż, fawran) | 49. | Tjur oħrajn | J17 | Fniek, nisa għat-tgħammir | 34. | Fniek, nisa għat-tgħammir | J18 | Naħal | 33. | Naħal | -------------------------------------------------- L-ANNESS II "Ċ. KLASSIJIET TA’ DAQS EKONOMIKU TA’ AZJENDI L-azjendi huma kklassifikati skond il-klassijiet tad-daqs, li l-limiti tagħhom huma stipulati hawn taħt. Klassijiet | Limiti f'UED | I | Inqas minn 2 UED | II | Minn 2 sa inqas minn 4 UED | III | Minn 4 sa inqas minn 6 UED | IV | Minn 6 sa inqas minn 8 UED | V | Minn 8 sa inqas minn 12 UED | VI | Minn 12 sa inqas minn 16 UED | VII | Minn 16 sa inqas minn 40 UED | VIII | Minn 40 sa inqas min 100 UED | IX | Minn 100 UED sa inqas minn 250 UED | X | Ugwali għal jew iktar minn 250 UED | Ir-regoli preskritti għall-applikazzjoni fil-qasam tan-network tad-data tal-konteġġi tal-biedja u l-istħarriġ Komunitarju ta’ azjendi agrikolu jistgħu jipprovdu li l-klassijiet tad-daqs III u IV, V u VI, u IX u X hawn fuq jiġu miġbura flimkien. L-Istati Membri li, fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE, jiffissaw għatba ta’ daqs ekonomiku ta’ azjenda għall-qasam ta’ l-istħarriġ tan-network tad-data tal-konteġġi tal-biedja li ma jikkoinċidiex mal-limiti tal-klassijiet tad-daqs kif muri fuq, għandhom jissubdividu dawn f’sub-klassijiet, li l-limiti tagħhom jikkorrispondu għall-għatbiet ffissati." --------------------------------------------------