31999D0677



Official Journal L 269 , 19/10/1999 P. 0017 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

ta' l-4 t'Ottubru 1999

li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim tal-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja

(1999/677/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 u 181 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

(1) Billi, taħt l-Artikolu 177 tat-Trattat, il-politika tal-Komunità fl-isfera ta' l-iżvilupp tal-koperazzjoni għandha tgħin l-iżvilupp ekonomikament sostenibbli u soċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni lixxa u gradwali tagħhom f'dinja ekonomika u t-tnaqqis tal-faqar f'dawn il-pajjiżi;

(2) Billi l-Komunità għandħa tapprova, biex tilħaq l-għanijiet tagħha fl-isfera ta' relazzjonijiet esterni, l-Ftehim tal-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim tal-Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja huwa minn issa approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill jagħti l-avviż li hemm provdut fl-Artikolu 21 tal-Ftehim [2].

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, mgħejuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, tirrappreżenta l-Komunità fuq il-Kumitat Konġunt kif hemm provdut fl-Artikolu 14 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 t'Ottubru 1999.

F'isem il-Kunsill

Il-President

K. Häkämies

[1] ĠU C 219, tat-30.7.1999, p. 189.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------