Official Journal L 255 , 30/09/1999 P. 0038 - 0038
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 1999/507/KE dwar ċerti miżuri protettivi rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Peniżola) u l-Awstralja (notifikata bid-dokument numru C(1999) 2975) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (1999/643/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jmexxu l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 96/43/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 18(7) tagħha, (1) Billi bid-Deċiżjoni 1999/507/KE [3] il-Kummissjoni adottat miżuri protettivi rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Peniżola) u l-Awstralja rigward mard Nipah u Hendra rispettivament; billi r-rikjesti ta’ testijiet għal qtates importati mill-Awstralja jridu jinbidlu biex jippermettu l-użu ta’ testijiet dijanjostiċi validati biex jinstabu antikorpi kontra l-virus tal-marda Hendra; (2) Billi din id-Deciżjoni taqbel ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L- Artikolu 1 It-tieni parti tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/507/KE hi emendata kif ġej: 1. Il-kliem "test IgM u IgG ELISA" jinbidlu bil-kliem "test ta’ newtralizzazjoni serum". 2. Il-kliem "10t ijiem" jinbidlu bil-kliem "14-il jum". L- Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw rigward l-Awstralja biex iġibuhom jaqblu ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. L- Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta’ Settembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56. [2] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1. [3] ĠU L 194, tas-27.7.1999, p. 66. --------------------------------------------------