31999D0630



Official Journal L 248 , 21/09/1999 P. 0034 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Settembru 1999

li taħtar id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

(1999/630/KE, KEFA, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2)tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(2) tiegħu,

Billi d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun maħtur,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Pierre De Boissieu qiegħed hawnhekk jiġi maħtur Deputat Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għall-perjodu ta' ħames snin b'effett mit-18 ta' Ottubru 1999.

Artikolu 2

Id- Deċizjoni se tkun notifikata lis-Sur Pierre De Boissieu mill-President tal-Kunsill.

Din għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Settembru 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Halonen

--------------------------------------------------