Official Journal L 245 , 17/09/1999 P. 0051 - 0051
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Settembru 1999 fuq it-trattament ta' pagamenti mill-ġdid tal-VAT għall- unitajiet mhux taxxabbli u għall- unitajiet taxxabbli fuq l-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-iskop li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom fuq l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni ta' prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq. (notifikat taħt dokument numru K(1999) 2533) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (1999/622/KE, Euratom) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 fuq l-armonizazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 ta' dan, (1) Billi s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA t-tieni edizzjoni), ma tispeċifikax espliċitament it-trattament ta' pagamenti mill-ġdid tal-VAT għal unitajiet mhux-taxxabbli u unitajiet taxxabbli, għall-attivitajiet eżenti tagħhom; (2) Billi għall-iskop tal-kalkolu tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq (GNPmp) skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, huwa neċessarju li jikkjarifikaw it-trattament ta' pagamenti mill-ġdid tal-VAT għal unitajiet mhux-taxxabbli u unitajiet taxxabbli, għall-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-iskop ta' l-ESA t-tieni edizzjoni; (3) Billi s-sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatata mat-taxxi fuq id-dħul - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi ta' stima uniformi [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/59/KE [3], tispeċifika l-kunċetti ta' persuna taxxabbli, ta' persuna mhux-taxxabbli u ta' attività eżenti; (4) Billi l-miżuri provduti għalihom f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fil-kumpilazzjoni t' ammonti ta' kontijiet nazzjonali għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, pagamenti mill-ġdid tal-VAT li ntefqu fuq ix-xiri tagħhom, sar lil - persuni mhux-taxxabbli, - persuni taxxabbli, għall-attivitajiet eżenti tagħhom, se jkunu ttrattati taħt l-ESA t-tieni edizzjoni bħala trasferimenti kurrenti (fid-distribuzzjoni tal-kont tad-dħul - C3) jew trasferimenti kapitali (fil-kont kapitali - C5), u mhux bħallikieku kienu VAT li jista' jitnaqqas. Għal applikazzjoni armonjuża ta' din id-Deċiżjoni, persuni mhux-taxxabbli huma kif definiti fl-Artikolu 4 tas-sitt Direttiva 77/388/KEE, Euratom, u l-attivitajiet eżenti previsti huma dawk imniżżla fl-Artikolu 13 tas-sitt Direttiva 77/388/KEE, Euratom. Artikolu 2 Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 għandhom japplikaw għad-data tal-GNP trasmessa skond Direttiva 89/130/KEE, Euratom, għas-snin mill-1988 'il quddiem. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Settembru 1999. Għall-Kummissjoni Yves-Thibault De Silguy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26. [2] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. [3] ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 63. --------------------------------------------------