31999D0609



Official Journal L 242 , 14/09/1999 P. 0028 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-10 ta’ Settembru 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq ċerti prodotti maħsuba sabiex jiġu mpurtati minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE

(notifikata bid-dokument numru C(1999) 2784)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/609/KE)

L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE dwar il-konlużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali in konnessjoni mal-kummerċ fl-annimali ħajjin u prodotti tal-annimali [1] u b’ mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [2] u b’ mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

(1) Billi skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE, huwa mportanti fil-qasam tal-frekwenzi tal-kontrolli veterinarji fil-fruntieri esterni tal-Komunità, li jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jitħaddem il-ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal -Kanada;

(2) Billi l-Artikolu 10 tal-paragrafu 3 tad-Direttiva 97/78/KE speċifikament jipprevedi li t-tnaqqis fil-frekwenzi tal-kontrolli minħabba li jintlaħaq ftehim dwar l-ekwivalenza veterinarja għandhom jiġu mill-liġi tal-Komunità;

(3) Billi skond dawn il-kundizzjonijiet huwa xieraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KE tal-20 ta’ Mejju 1994 dwar it-tnaqqis fil-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi fuq il-kunsinni ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu mpurtanti minn pajjiżi terzi, skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/302/KE [4], jiġi mmodifikat sabiex jieħu in konsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-Artikolu 11 u tal-Anness VIII tal-ftehim veterinarju bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada;

(4) Billi l-miżuri pprovduti f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti li ġej huwa miżjud mat-tieni l-Anness tad-Deċiżjoni 94/360/KE:

"— Fil-każ tal-Kanada, il-frekwenzi li hemm provduti fl-Artikolu 11 u fl-Anness VIII tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-ħarsien tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali dwar il-kummerċ fl-annimali ħajjin u fil-prodotti tal-annimali [1] ĠU L 71, tat-18.3.1999, p. 1.."

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Settembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 71, tat-18.3.1999, p. 1.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9.

[3] ĠU L 158, tal-25.6.1994, p. 41.

[4] ĠU L 117, tal-5.5.1999, p. 58.

--------------------------------------------------