Official Journal L 216 , 14/08/1999 P. 0013 - 0017
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi il-mudell taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE (notifikata taħt id-dokument numru K (1999) 2425) (Test bir-rilevanza ŻEE) (1999/567/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, (1) Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jmexxu it-tpoġġija fis-suq ta’ annimali u prodotti akwatiċi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/45/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 16(l) tagħha, (2) (1) Billi l-annimali tal-akwakultura suxxettibbli għan-nekrosi ematopojetika infettiva (IHN) u s-settiċemija emorraġika virili (VHS) fil-kummerċ intra-Komunitarju bejn żoni mhux-approvati jistgħu jferrxu l-mard meta jkunu ġejjin minn razzett fejn tkun imxerrda il-marda; (3) (2) Billi biex jiġi evitat it-tixrid ta’ dan il-mard, għandu jkun assigurat li dawn l-annimali ta’ l-akwakultura jkunu akkumpanjati b’ċertifikat li jiċċertifika li l-annimali ġejjin minn razzett li mhux infettat b’IHN u VHS; (4) (3) Billi, bi qbil ma’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut [3], kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Fillandja u l-Isvezja, movimenti ta’ ħut ħaj jew bajd u gametes minn irziezet infettati mill-istess mard huwa permess; (5) (4) Billi, biex jiġi evitat it-tixrid ta’ mard li jinġarr mill-ħut, huwa neċessarju li tkun provvduta ċertifikazzjoni speċjali; (5) Billi l-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti. Artikolu 1 Kunsinni ta’ ħut ħaj, il-bajd jew gametes tagħhom fil-kummerċ intra-Komunitarju bejn żoni mhux approvati fir-rigward tal-mard imsemmi fil-lista II tal-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE, għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat magħmul bi qbil mal-mudell stabbilit f’L-Anness I. Artikolu 2 Kunsinni ta’ ħut ħaj, il-bajd jew gametes tagħhom fil-kummerċ intra-Komunitarju bejn żoni mhux approvati minn razzett infettat mill-mard imsemmi fil-lista II tal-Anness A tad-Direttiva 91/67/KEE lejn rziezet oħra infettati mill-istess mard, għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat magħmul bi qbil mal-mudell stabbilit f’L-Anness II. Artikolu 3 Iċ-ċertifikati msemmija f’L-Artikoli 1 u 2 għandhom: - isiru fil-lingwa jew lingwi ta’ l-Istat Membru ta’ destinizzjoni, - jakkumpanjaw il-ħut, bajd u gametes fl-oriġinal, - jikkonsistu f’karta waħda, - ikunu magħmula minn min jikkonsinja. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. [2] ĠU L 189, tat-3.7.1998, p. 12. [3] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------