31999D0547



Official Journal L 209 , 07/08/1999 P. 0033 - 0033


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-14 ta’ Lulju 1999

li temenda d-Deċiżjonijiet 94/432/KE u 94/433/KE li jfasslu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE u 93/24/KEE fuq l-istħarriġ ta’ l-istatistika li għandhom jitwettqu fuq it-trobbija u l-produzzjoni tal-ħnieżer u tal-baqar u l-barrin

(notifikata taħt id-dokument numru K (1999) 2080)

(1999/547/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ ta’ l-istatistika li għandha titwettaq dwar il-produzzjoni tal-ħnieżer [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 97/77/KE [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (3),

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta’ l-1 Ġunju 1993, fuq l-istħarriġ ta’ l-istatistika li għandha titwettaq dwar il-produzzjoni tal-baqar u l-barrin [3], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 97/77/KE, u b’ mod partikolari l-Artikolu 1(2) u (3),

(1) Billi, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/432/KE [4] u 94/433/KE [5], kif modifikati mid-Deċiżjoni 95/380/KE [6] u mid-Deċiżjoni 99/47/KE [7] ifasslu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE u 93/24/KEE;

(2) Billi L-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati jipprovdu rendikont fuq livell reġjonali għar-riżultati finali tal-istħarriġ tal-ħnieżer ta’ April jew ta’ Mejju/Ġunju jew ta’ Awissu;

(3) Billi, l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-baqar u l-barrin tagħhom hija anqas minn 1,5 miljun ras jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati jiddispensaw għal kollox minn wieħed miż-żewġ stħarriġ f’Mejju/Ġunju jew Novembru/Diċembru;

(4) Billi l-Belġju u l-Greċja għamlu applikazzjonijiet għat-tip ta’ awtorizzazzjoni imsemmija hawn fuq;

(5) Billi l-miżuri previsti ta’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Statistiċi Agrikoli imwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE [8].

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 94/432/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

Fl-Anness IV punt (d) taħt l-intestatura "Mejju/Ġunju", it-test "Belġju" għandu jiġi inserit.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/433/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

Fl-Anness V punt (b) taħt l-intestatura "Novembru/Diċembru", it-test "Greċja" għandu jkun imħassar, taħt l-intestatura "Mejju/Ġunju", it-test "Greċja" għandu jiġi inserit.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 149, tal-21.06.93, p. 1.

[2] ĠU L 10, tas-16.01.98, p. 28.

[3] ĠU L 149, tal-21.06.93, p. 5.

[4] ĠU L 179, tat-13.07.94, p. 22.

[5] ĠU L 179, tat-13.07.94, p. 27.

[6] ĠU L 228, tat-23.09.95, p. 25.

[7] ĠU L 15, ta’ l-20.01.99, p. 10.

[8] ĠU L 179, tas-7.8.72, p. 1.

--------------------------------------------------