31999D0529



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0073 - 0075


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l- 14 ta’ Lulju 1999

li temenda d-Deċiżjoni 94/766/KE li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd li ġejjin mit-Taiwan

(notifikata bid-dokument numru K (1999) 2061)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/529/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2], u b’mod partikolari l-Artiklu 11 tagħha,

(1) Billi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/766/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li ġejjin mit-Taiwan [3] kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 96/255/KE [4], jgħid li l-Uffiċċju għall-Ispezzjoni tal-Merkanzija u l-Kwarantina (USMK) għandu jkun l-Awtorita Kompetenti fit-Taiwan biex tivverifika u tiċċertifika l-konformita tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura mal-ħtiģijiet tad-Direttiva 91/493/KEE;

(2) Billi, wara li saret ristrutturazzjoni ta’ l-amministrazzjoni tat-Taiwan, l-awtorita għaċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ prodotti tas-sajd inbidlet minn ‘USMK’ għal Uffiċċju ta’ l-Istandards, Metroloġija u Spezzjonijiet (USMS) tal-Ministeru għall-Affarijiet ta’ l-Ekonomija u din l-awtorita ġdida hija kapaċi li tivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; billi, għalhekk, hu meħtieģ li tkun modifikata n-nominazzjoni ta’ l-awtorita kompetenti msemmija fid-Deċiżjoni 94/766/KE;

(3) Billi jaqbel li jkun hemm armonizzazzjoni fil-kliem tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/766/KE mal-kliem adottat aktar reċentement tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu kondizzjonijiet speċjali dwar importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li jkunu ģejjin minn pajjiżi terzi;

(4) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 94/766/KE għandha tkun modifikata kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jkun sostitwit b’li ġej:

"L-Artikolu 1

L-‘Uffiċċju ta’ l-Istandards, Metroloġija u Spezzjonijiet (USMS) tal-Ministeru għall-Affarijiet ta’ l-Ekonomija għandu jkun l-awtorita kompetenti fit-Taiwan biex tivverifika u tiċċertifika l-konformita tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura mal-ħtiģijiet tad-Direttiva 91/493/KEE;"

2. L-Artikolu 2 għandu jkun sostitwit b’li ġej:

"L-Artikolu 2

Prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura li ġejjin mit-Taiwan iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ģejjin:

1) kull kunsinna irid ikollha magħha ċertifikat oriģinali tas-saħħa, numerat, mimli kif għandu jkun, iffirmat, datat u li jkun fih folja waħda skond il-mudell fl-Anness A hawnhekk;

2) il-prodotti jridu jkunu ģejjin minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, imħażen tal-friża jew bastimenti ffriżati reģistrati kif elenkati fl-Anness B ma’ dan;

3) ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati, bil-massa u li jkunu maħsuba għall-produzzjoni ta’ ikel priservat il-pakketti irid ikollhom fuqhom il-kelma "TAIWAN" u n-numru ta’ l-approvazzjoni/reģistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, maħżen tal-friża jew bastiment tal-friża ta’ oriģini b’ittri li ma jitħassrux."

3. L-Anness A għandu jkun sostitwit b’dan l-Anness

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 305, tat-30.11.1994, p. 31.

[4] ĠU L 86, ta’ l-4.4.1996, p. 81.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------