31999D0527



Official Journal L 203 , 03/08/1999 P. 0063 - 0067


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-14 ta’ Lulju 1999

li tistipula kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjoni ta’ ħut u prodotti ta’ akwakultura li joriġinaw fl-Oman

(notifikata skond id-dokument numru C(1999) 2059)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/527/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it- Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 Lulju 1991 li tistipula kundizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u t-tpoġġija fuq is-suq ta’ prodotti ta’ ħut [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

(1) Billi tim ta’ esperti tal-Kummissjoni għamel żjara ta’ ispezzjoni fl-Oman biex jivverifika l-kundizzjonijiet li bihom prodotti ta’ ħut huma prodotti, maħzuna u mibgħuta lill-Komunità;

(2) Billi d-disposizzjonijiet tal-liġijiet tal-Oman dwar ispezzjoni ta’ saħħa u tħaris ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kunsidrati ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE;

(3) Billi, fl-Oman id-Direttorat Ġenerali tar-Rizorsi ta’ Sajd (DGFR) tal-Ministeru ta’ Agrikoltura u Sajd huwa kapaċi illi jivverifika effettivament l-applikazzjonijiet tal-liġijiet fis-seħħ;

(4) Billi l-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha tapplika wkoll għad-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, il-ħtiġiet minimi li jirrigwardaw il-lingwa jew lingwi li bihom għandhom ikunu abbozzati u l-kariga tal-persuna li tista tiffirmah;

(5) Billi, skond l-artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandu jkun hemm marka fuq il-pakketti fuq prodotti ta’ ħut li jagħtu l-isem tal-pajjiz terz u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment fabbrika, ħażna kiesħa jew bastiment friza ta’ oriġini;

(6) Billi, skond l-artikolu 11(4)(ċ) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha ssir lista ta’ stabbilimenti ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni, bastimenti-fabbrika, jew ħazna kiesħa; billi għandha ssir lista ta’ bastimenti-friza reġistrati skond il-provvedimenti tad-Direttiva 92/48/KEE [3]; billi dawn il-listi għandhom isiru fuq bazi ta’ komunikazzjoni minn DGFR lill-Kummissjoni; billi huwa għaldaqstant għad-DGFR biex jiżgura konformità mad-disposizzjonijiet imnizzla għal dak il-fini fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

(7) Billi id-DGFR ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar konformità mar-regoli stipulati fil-Kapitolu V ta’ l-Anness tad-Direttiva 91/493/KEE, u fir-rigward tat-twettiq tal-ħtiġiet ekwivalenti għal dawk stipulati f’dik id-Direttiva għall-approvazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti, bastimenti-fabbrika, mħazen kiesħa, jew bastimenti-friza ta’ oriġini;

(8) Billi l-mizuri msemmija f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttorat Ġenerali tar-Rizorsi ta’ Sajd (DGFR) tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd għandu tkun l-awtorità kompetenti fl-Oman biex tivverifika u tiċċertifika konformità ta’ prodotti ta’ sajd u akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti ta’ sajd u akwakultura li joriġinaw fl-Oman għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet segwenti.

1. Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat orġinali innumerat ta’ saħħa, mimli, iffirmat, idattat u li fih folja waħda skond il-mudell f’L-Anness A.

2. Il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati, bastimenti-fabbrika, mħazen ksaħ jew bastimenti-friza reġistrati elenkati f’dan l-Anness B.

3. Hlief fil-kaz ta’ prodotti ta’ ħut iffrizati bil-qabda u ntiżi għall-immanifatturar ta’ ikel priservat, il-pakketti kollha għandhom iġibu l-kelma ‘Oman’ u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbiliment, bastiment-fabbrika, maħzen kiesaħ jew bastiment-friza ta’ oriġini b’ittri li ma jistgħux jitħassru.

Artikolu 3

1. Ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom isiru ta’ l-inqas b’lingwa uffiċjali waħda fl-Istat Membru fejn l-ispezzjonijiet isiru.

2. Ċertifikati għandhom iġibu l-isem, kariga u firma tar-rappreżentant tad-DGFR u t-timbru uffiċjali ta’ dan ta’ l-aħħar b’kulur differenti minn dik ta’ firem oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 187, tas-7.7.1992, p. 41.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI

Numru | Isem | Indirizz |

QC92/1 | Oman Fisheries Co Muscat (Ghala) | Ruwi |

QC92/10 | Al Arkan Trading Co. Sohar | Sohar |

QC92/20 | Annes Trad. Centre LLC Muscat (Darseit) | Muttrah |

QC92/33 | Al-Muqalla Trading Est. Sur | Sur |

--------------------------------------------------