31999D0502



Official Journal L 194 , 27/07/1999 P. 0053 - 0057


Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni

ta’ l-1 ta’ Lulju 1999

li tfassal lista ta’ reġjuni koperti bl-Objettiv 1 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2000 sa 2006

(notifikata taħt id-dokument numru Ċ(1999) 1770)

(1999/502/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [1], u b’mod partikolari Artikolu 3(2) tiegħu,

(1) Billi l-punt 1 ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jiddikjara li l-Objettiv 1 tal-Fondi Strutturali għandu l-għan li jtejjeb l-iżvilupp u l-aġġustament strutturali tar-reġjuni li l-iżvipupp tagħhom għadu lura;

(2) Billi l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jispeċifika li r-reġjuni koperti bl-Objettiv 1 huma reġjuni li jikkorrespondu għal-livell II tan-Nomenklatura ta’ Unitajiet Statistikali Territorjali (NUTS livell II) li l-prodott gross domestiku per capita (PGD) tagħhom, imkejjel f’parità ta’ saħħa tax-xiri u kkalkolat fuq il-bażi tal-figuri tal-Komunità għall-1994, 1995 u 1996 disponibbli nhar is-26 ta’ Marzu 1999, huwa inqas minn 75 % tal-medja tal-Komunità;

(3) Billi t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li r-reġjuni l-aktar `l barra (id-dipartimenti barranin Franċiżi, l-Ażores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira), li huma kollha taħt il-limitu ta’ 75 %, u ż-żoni eliġibbli taħt l-Objettiv 6 għall-perjodu 1995 sa 1999 bi qbil mal-Protokoll 6 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja [2] huma koperti wkoll b’dan il-Għan;

(4) Billi, l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jiddikjara li minkejja Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, ir-reġjuni koperti bl-Objettiv 1 fl-1999 taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1988 dwar ix-xogħlijiet tal-Fondi Strutturali u l-effettività tagħhom u dwar il-koordinament ta’ l-attivitajiet tagħhom bejniethom u ma’ l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti oħra [3], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KE) Nru 3193/94 [4], li ma hemmx referenza għalihom fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandhom jibqgħu jirċievu għajnuna mill-Fondi taħt l-Objettiv 1 fuq bażi transizzjonali mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2005;

(5) Billi t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li, fiż-żmien ta’ l-adozzjoni tal-lista li hemm referenza għaliha f’Artikolu 3(2), il-Kummissjoni għandha tfassal, bi qbil ma’ Artikolu 4(5) u (6) ta’ dak ir-Regolament, lista taż-żoni ta’ livell III tan-NUTS li huma ta’ dawk ir-reġjuni li għandhom jirċievu għajnuna mill-Fondi taħt l-Objettiv 1 fuq bażi transizzjonali fl-2006;

(6) Billi, iżda, it-tielet subparagrafu ta’ Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li l-Kummissjoni li taġixxi fuq proposta minn Stat Membru, tista’ tissostitwixxi dawn iż-żoni b’żoni fi jew inqas minn livell III tan-NUTS ta’ dawk ir-reġjuni li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-Artikolu 4(5) sa (9), mingħajr ma żżid il-proporzjon tal-popolazzjoni fi ħdan kull reġjun li hemm referenza għalih fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 6(1) u soġġett għall-konformità mat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 4(4) ta’ dak ir-Regolament; billi l-Kummissjoni kkunsidrat it-talbiet ta’ l-Istati Membri, f’dan ir-rigward;

(7) Billi r-raba’ subparagrafu ta’ Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li ż-żoni li huma ta’ reġjuni li mhumiex inklużi fil-lista msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafu għandhom jibqgħu jirċievu għajnuna mill-FSE, mill-IFGS u mit-Taqsima ta’ Gwida tal-EDFFG fl-2006 biss, taħt l-istess forma ta’ għajnuna,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-reġjuni koperti bl-Objettiv 1 għandhom ikunu dawk elenkati f’Anness I.

Il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2006.

Artikolu 2

Ir-reġjuni u ż-żoni li għandhom jirċievu għajnuna transizzjonali taħt l-Objettiv 1 għandhom ikunu dawk elenkati f’Anness II.

Din il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2005 jew 31 ta’ Diċembru 2006, rispettivament, għar-reġjuni elenkati fih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Monika Wulf-mathies

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 1, ta’ l-1.1.1995, p. 11.

[3] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 9.

[4] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista ta' reġjuni ta' NUTS II koperti bl-Objettiv 1 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2006

Il-Ġermanja

Brandenburg

Mecklenburg-Vorpommern

Chemnitz

Dresden

Leipzig

Dessau

Halle

Magdeburg

Thüringen

Il-Greċja

Anatoliki Makedonia, Thraki

Kentriki Makedonia

Dytiki Makedonia

Thessalia

Ipiros

Ionia Nisia

Dytiki Ellada

Sterea Ellada

Peloponnisos

Attiki

Vorio Aigaio

Notio Aigaio

Kriti

Spanja

Galicia

Principado de Asturias

Castilla y León

Castilla-La Mancha

Extremadura

Comunidad Valenciana

Andalucía

Región de Murcia

Ceuta y Melilla

Canarias

Franza

Guadeloupe

Martinique

Guyane

Réunion

L-Irlanda

Border Midlands and Western

L-Italja

Campania

Puglia

Basilicata

Calabria

Sicilia

Sardegna

L-Awstrija

Burgenland

Il-Portugall

Norte

Centro

Alentejo

Algarve

Açores

Madeira

Il-Finlandja

Itä-Suomi

Väli-Suomi [1]

Pohjois-Suomi [2]

L-Isvezja

Norra Mellansverige [3]

Mellersta Norrland [4]

Övre Norrland [5]

Ir-Renju Unit

South Yorkshire

West Wales and The Valleys

Cornwall and Isles of Scilly

Merseyside

[1] Dawk iż-żoni biss li huma elenkati f'Anness I għall-Protokoll 6 anness għall-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

[2] Dawk iż-żoni biss li huma elenkati f'Anness I għall-Protokoll 6 anness għall-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

[3] Dawk iż-żoni biss li huma elenkati f'Anness I għall-Protokoll 6 anness għall-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

[4] Dawk iż-żoni biss li huma elenkati f'Anness I għall-Protokoll 6 anness għall-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

[5] Dawk iż-żoni biss li huma elenkati f'Anness I għall-Protokoll 6 anness għall-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Iż-żoni elenkati taħt sejrin jibqgħu jirċievu għajnuna mill-FSE, mill-IFGS u mit-Taqsima ta' Gwida ta' l-EAGGF fl-2006 taħt l-istess forma ta' għajnuna biss.

Stat Membru | Għajnuna transizzjonali mill-1 ta' Jannar 2000 sa |

l-31 ta' Diċembru 2005 | l-31 ta' Diċembru 2006 |

Il-Belġju | Arrondissement d'Ath għajr il-komuni ta' Bernissart | Arrondisement d'Ath Il-komuni biss ta' Bernissart |

Arrondisement de Charleroi għajr il-komuni ta' Chapelle-lez-HerlaimontCharleroi (bl-eċċezzjoni ta' l-ex komuni ta' Mont-sur-Marchienne)ChâteletCourcellesFarciennesFontaine-l'EvêqueManage | Arrondissement de Charleroi Il-komuni biss ta': Chapelle-lez-HerlaimontCharleroi (bl-eċċezzjoni ta' l-ex komuni ta' Mont-sur-Marchienne)ChâteletCourcellesFarciennesFontaine-l'EvêqueManage |

Arondissement de Mons, għajr il-komuni ta': BoussuDourFrameriesHensiesMons (għajr il-komuni ta' Jemappes, Flenu et CuesnesQuaregnonQuiévrainColfontaine | Arrondissement de Mons Il-komuni biss ta': BoussuDourFrameriesHensiesMons (Il-komuni biss ta' Jemappes, flenu et Cuesnes)QuaregnonQuiévrainColfontaine |

Arrondissement de Mouscron | |

Arrondissement de Soignies għajr il-komuni ta' La Louvière (bl-eċċezzjoni ta' l-ex komuni ta' Boussoit) | Arrondissement de Soignies Il-komuni biss ta' La Louvière (bl-eċċezzjoni ta' l-ex komuni ta' Boussoit) |

Arrondissement de Thiun għajr il-komuni ta': AnderluesMorlanwelz | Arrondissement de Thiun Il-komuni biss ta': AnderluesMorlanwelz |

Arrondissement de Tournai | |

Id-Danimarka | | |

Il-Ġermanja | Kreis Berlin-Ost, Stadt | |

Il-Greċja | | |

Spanja | | Comunidad Automa Cantabria |

Franza | | Arrondissements d'Avesnes, de Douai et de Valenciennes |

| Région Corse |

L-Irlanda | Dublin, Mid-East, Mid-West, South-West | South-East |

L-Italja | | Regione Molise |

Il-Lussemburgu | | |

L-Olanda | Provincie Flevoland | |

L-Awstrija | | |

Il-Portugall | Lisboa e Vale de Tejo ghajr Médio Tejo e Lezíria de Tejo | Médio Tejo e Lezíria de Tejo |

Il-Finlandja | | |

L-Isvezja | | |

Ir-Renju Unit | Highlands and Islands għajr Islands | Islands (1995 il-fruntieri ta' NUTS III) |

Northern Ireland | |

--------------------------------------------------