Official Journal L 194 , 27/07/1999 P. 0049 - 0052
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Objettiv 1 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2000 sa 2006 (notifikata taħt dokument numru K(1999) 1769) (1999/501/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [1], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 7(3) tiegħu, (1) Billi l-punt 1 ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jiddikjara li l-Objettiv 1 tal-Fondi Strutturali għandu l-għan li jtejjeb l-iżvilupp u l-aġġustament strutturali tar-reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura; (2) Billi t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li 69,7 % ta’ l-approprjazzjonijiet għall-Fondi Strutturali għandhom jiġu allokati lill-Objettiv 1, inkluż 4,3 % taħt l-arranġamenti transizzjonali ta’ għajnuna; (3) Billi l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li l-Kummissjoni għandha tuża proċeduri trasparenti sabiex tagħmel analiżi indikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-ipprogrammar fl-2000 sa 2006 filwaqt li tingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, għall-Objettivi 1 u 2, ta’ kriterju oġġettiv wieħed jew aktar simili għal dawk applikati matul il-perjodu preċedenti kopert bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1988 dwar ix-xogħlijiet tal-Fondi Strutturali u l-effettività tagħhom u dwar il-koordinament ta’ l-attivitajiet tagħhom bejniethom u mal-ħidmiet tal-Bank Ewropew ta’ Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3193/94 [3], b’mod partikolari: il-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, il-prosperità nazzjonali u s-severità relattiva tal-problemi strutturali, speċjalment il-livell tal-qgħad; (4) Billi t-tielet subparagrafu ta’ Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula, fil-każ ta’ l-Objettivi 1 u 2, li dawn l-analiżi għandhom jagħmlu distinzjoni bejn allokazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet għal reġjuni u żoni li jibbenefikaw minn għajnuna transizzjonali, li dawn l-allokazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-kriterji li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu ta’ dak l-Artikolu u li l-analiżi annwali ta’ dawn l-approprjazzjonijiet għandha tkun digressiva sa mill-1 ta’ Jannar 2000 u għandha tkun inqas fl-2000 milli fl-1999; billi l-profil ta’ l-għajnuna transizzjonali jista’ jiġi mfassal għall-ħtiġiet speċifiċi tar-reġjuni individwali, u billi l-Kummissjoni kkunsidrat it-talbiet ta’ l-Istati Membri f’dan ir-rigward, filwaqt li jingħata kas ta’ l-analiżi annwali tar-riżorsi tal-Fondi Strutturali stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1260/1999; (5) Billi l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistabbilixxi taħt l-Objettiv 1, programm sabiex jgħin fil-proċess tal-paċi fl-Irlanda ta’ Fuq (Paċi) għall-2000 sa l-2004 għall-benefiċċju ta’ l-Irlanda ta’ Fuq u ż-żoni tal-fruntiera fl-Irlanda taħt l-istess kondizzjonijiet ta’ dawk li huma relevanti għall-programm għall-perjodu 1994 sa 1999; (6) Billi t-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistabbilixxi taħt l-Objettiv 1, programm ta’ assistenza speċjali għall-2000 sa l-2006 għar-reġjuni Svediżi ta’ NUTS II li mhumiex koperti bil-lista li hemm refernza għaliha f’Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’Artikolu 2 tal-Protokoll 6 anness għall-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja [4]; (7) Billi d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa għall-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 1999 tindika l-metodu li l-Kummissjoni sejra tuża sabiex tiddeċiedi l-allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet għall-Objettiv 1, bi qbil ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999; (8) Billi, filwaqt li wieħed għandu jżomm dan il-metodu f’moħħu, il-paragrafu 44(a), (b), (ċ), (e), (f), (h), (i) u (j) tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Berlin ta’ l-24 u tal-25 ta’ Marzu 1999 stabbilixxa l-ammont relatat ma ċerti każijiet speċifiċi għall-perjodu 2000 sa 2006; ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-ammonti indikattivi għal kull Stat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Objettiv 1 għall-2000 sa 2006, li jinkludu l-programm ta’ Paċi u l-programm speċjali għar-reġjuni Svediżi, għandhom ikunu kif stabbilit f’Anness I. Artikolu 2 L-ammonti indikattivi skond l-Istat Membru u skond is-sena ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal għajnuna transitorja taħt l-Objettiv 1 għall-2000 sa 2006 għandhom ikunu kif stabbilit f’Anness II. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 1999. Għall-Kummissjoni Monika Wulf-mathies Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1. [2] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 9. [3] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 11. [4] ĠU L 1, ta’ l-1.1.1995, p. 11. -------------------------------------------------- ANNESS I Allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Objettiv 1 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2000 sa 2006 (miljuni ta' Euro (prezzijiet ta' l-1999)) | Stat Membru | Ammont ta' approprjazzjonijiet | Reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv 1 | Programm ta' paċi | Programm speċjali għar-reġjuni Svediżi | Il-Belġju | — | — | — | Id-Danimarka | — | — | — | Il-Ġermanja | 19229 | — | — | Il-Greċja | 20961 | — | — | Spanja | 37744 | — | — | Franza | 3254 | — | — | L-Irlanda | 1215 | 100 | — | L-Italja | 21935 | — | — | Il-Lussemburgu | — | — | — | L-Olanda | — | — | — | L-Awstrija | 261 | — | — | Il-Portugall | 16124 | — | — | Il-Finlandja | 913 | — | — | L-Isvezja | 372 | — | 350 | Ir-Renju Unit | 4685 | 400 | — | Total | 126693 | 500 | 350 | -------------------------------------------------- ANNESS II Allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal għajnuna transitorja għall-Objettiv 1 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2000 sa 2006 (miljuni ta’ EUR (prezzijiet ta’ l-1999)) | Stat Membru | | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | Total | Il-Belġju | 105 | 100 | 95 | 95 | 91 | 90 | 49 | 625 | Id-Danimarka | — | — | — | — | — | - | - | - | Il-Ġermanja | 122 | 121 | 121 | 120 | 119 | 118 | 8 | 729 | Il-Greċja | — | — | — | — | — | — | — | — | Spanja | 78 | 67 | 56 | 45 | 37 | 37 | 32 | 352 | Franza | 83 | 81 | 79 | 79 | 78 | 76 | 75 | 551 | L-Irlanda | 400 | 350 | 300 | 250 | 200 | 150 | 123 | 1773 | L-Italja | 32 | 30 | 28 | 26 | 25 | 24 | 22 | 187 | Il-Lussemburgu | — | — | — | — | — | — | — | - | L-Olanda | 23 | 21 | 20 | 19 | 18 | 17 | 5 | 123 | L-Awstrija | — | — | — | — | — | — | — | - | Il-Portugall | 650 | 640 | 610 | 350 | 300 | 271 | 84 | 2905 | Il-Finlandja | — | — | — | — | — | — | - | — | L-Isvezja | — | — | — | — | — | — | — | - | Ir-Renju Unit | 216 | 204 | 193 | 181 | 166 | 133 | 73 | 1166 | Total | 1709 | 1614 | 1502 | 1165 | 1034 | 916 | 471 | 8411 | --------------------------------------------------