31999D0471



Official Journal L 184 , 17/07/1999 P. 0037 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' Ġunju 1999

dwar il-proċedura ta' l-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' apparat li jsaħħan

(notifikat taħt dokument numru K(1999) 1479)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/471/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(4) tagħha,

(1) Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, kif bejn iż-żewġ proċeduri taħt Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodott, il-"proċedura l-anqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà"; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għall-prodott jew grupp ta' prodotti partikolari, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-fabbrika ta' produzzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità mal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat ta' ċertifikazzjoni huwa għalhekk meħtieġ;

(2) Billi Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilità għandha tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew grupp ta' prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

(3) Billi ż-żewġ proċeduri li għalihom jipprovdi Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk huwa meħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu mplimentati, b'riferenza għal Anness III, għal kull prodott jew grupp ta' prodotti, minħabba li Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

(4) Billi l-proċedura riferita fil punt (a) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi mniżżla fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistema mniżżla fil-punt (i) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III;

(5) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti jew gruppi ta' prodotti mniżżla f'Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha il-manifattur ikollu fir-responsabbiltà unika tiegħu sistema ta' kontroll ta' produzzjoni tal-fabbrika li tiżgura li l-prodott ikun f’konformit à ma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti mniżżla f'Anness II għanddu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha, b'żieda mas-sistema ta' kontroll ta' produzzjoni tal-fabbrika mħaddma mill-manifattur, korp approvat ta' ċertifikazzjoni huwa nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll ta' produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif imniżżla f'Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.02.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.08.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Apparat li jsaħħan mingħajr sors ta' enerġija nterna [1] (b'mod partikolari radiators, convectors, fan convectors, inklużi fan coil unit,.skirting heaters, panewwijiet immuntati fis-saqaf u apparat ieħor statiku li jarmi s-sħana, settijiet tas-sħana tal-ħajt u ta' l-art)

Għall-użu suġġetti għar-reazzjoni tar-regolamenti dwar inl-ħruq għall-prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [2], B [3], C [4].

Tagħmir li jsaħħan li jaħraq karburanti solidi jew likwidi [5] b'mod partikolari stufi taż-żejt biċ-ċmieni, fran residenzjali, heatres tal-kmamar, stufi tal-fuklari, inserts li jsaħħnu, stufi tas-sauna)

Għall-użu suġġetti għar-reazzjoni tar-regolamenti dwar il-ħruq għall-prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [6], B [7], C [8].

[1] Eskluż apparat ta' l-elettriku li jsaħħan l-ispazju.

[2] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[3] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[4] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[5] Eskluż apparat li jaħraq karburant gassuż u apparat disinjat speċifikament għall-użu fi proċessi ndustrijali mwettqa fuq postijiet industrijali.

[6] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[7] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[8] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Apparat li jsaħħan mingħajr sors ta' enerġija nterna [1] (b'mod partikolari radiators, convectors, fan convectors,inklużi fan coil units.skirting heaters, panewwijiet immuntati fis-saqaf u apparat ieħor statiku li jarmi s-sħana, settijiet tas-sħana tal-ħajt u ta' l-art)

Għall-użu suġġetti għar-reazzjoni tar-regolamenti tan-nar għall-prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [2], B [3], C [4].

Tagħmir li jsaħħan li jaħraq karburanti solidi jew likwidi [5] b'mod partikolari stufi taż-żejt biċ-ċmieni, fran residenzjali, heaters tal-kmamar, stufi tal-fuklari, inserts li jsaħħnu, stufi tas-sauna)

Għall-użu suġġetti għar-reazzjoni tar-regolamenti tan-nar għall-prodotti magħmula minn matejali li huma fil-klassijiet A [6], B [7], C [8].

[1] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[2] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[3] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[4] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[5] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[6] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[7] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[8] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Nota:

għal prodotti li jkollhom aktar minn użu maħsub wieħed speċifikati fil-gruppi li ġejjin, ix-xogħlijiet għall-korp approvat, miksuba mis-sistema relevanti għall-attestazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

GRUPP TA' PRODOTTI:

APPARAT LI JSAĦĦAN (1/2)

1. Sistema ta' affermazjoni ta' konformità

Għall-prodott/i u l-użu/i maħsub/a elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i li ġejja/jin għall-attestazzjoni ta' konformità fl-i standard/s relevanti armonizzat/i:

Sistema 3 : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

Prodott/i | Użu/i maħsub/a | Livell/i jew klassi/jiet | Sistema ta' Attestazzjoni Ta' konformità |

Apparat li jsaħħan mingħajr sors ta' enerġija nterna Apparat li jsaħħan li jaħraq karburanti solidi u likwidi | F'bini | — | 3 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista "tiġi implimentata wkoll fejn ir-rendiment ma jentieġx li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tadDirettiva 89/106/KEE u, fejn japplika, punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każi l-verifika ta' dik il-karatteristika m'għandhix tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jkunx jixtieq li jiddikjara ir-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward."

GRUPP TA' PRODOTTI:

APPARAT LI JSAĦĦAN (2/2)

1. Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott/i u użu/i maħsuba/a elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i li ġejja/ji għall-attestazzjoni tal-konformità fl-istandard/s ta' armonizzazzjoni relevanti:

Sistema 1 : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i), mingħajr l-ittestjar ta' kampjuni awditjati.

Sistema 3 : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4 : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott/i | Użu/i maħsub/a | Livell/i jew klassi/jiet (reazzjoni għan-nar) | Sistema/i ta' Attestazzjoni ta' konformità |

Apparat li jsaħħan mingħajr sors ta' enerġija nterna Apparat li jsaħħan li jaħraq karburanti solidi u likwidi | Għall-użu suġġett għar-reazzjoni tar-regolamenti tan-nar | A, B, C | 1 |

A, B, C | 3 |

A, D, E, F | 4 |

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali li tkun tista "tiġi implimentata wkoll fejn ir-rendiment ma jinħtieġx li jkun stabbilit għal ċerta karatteristika, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed m'għandu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każi l-verifika ta' dik il-karatteristika m'għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk ma jkunx jixtieq li jiddikjara ir-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward."

--------------------------------------------------