31999D0470

Official Journal L 184 , 17/07/1999 P. 0032 - 0036

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta' Ġunju 1999

dwar il-proċedura ta' l-attestazzjoni tal-konformità ta' prodotti għall-bini skond Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta' kolla tal-bini

(notifikat taħt dokument numru K(1999) 1478)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(1999/470/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma prodotti għall-bini [1], kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13(4) tagħha,

(1) Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, kif bejn iż-żewġ proċeduri taħt Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni ta' konformità ta' prodott, il-’proċedura l-anqas oneruża possibbli konsistenti mas-sigurtà; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għall-prodott jew grupp ta' prodotti partikolari, l-eżistenza ta' sistema ta' kontroll tal-fabbrika ta' produzzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hija kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni ta' konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mal-konformità mal-kriterji msemmija f'Artikolu 13(4), l-intervent ta' korp approvat ta' ċertifikazzjoni huwa għalhekk meħtieġ;

(2) Billi Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk stabbilità għandha tkun indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jiġi definit il-kunċett ta' prodotti jew grupp ta' prodotti kif użat fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

(3) Billi ż-żewġ proċeduri li għalihom jipprovdi Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettal f'Anness III li jinsab mad-Direttiva 89/106/KEE; billi għalhekk huwa meħtieġ li jiġu speċifikati b'mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati, b'riferenza għal Anness III, għal kull prodott jew grupp ta' prodotti, minħabba li Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

(4) Billi l-proċedura riferita fil punt (a) ta' l-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi mniżżla fl-ewwel possibiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibiltajiet tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta' Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistema mniżżla fil-punt (i) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III, u fl-ewwel possibiltà, b'sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-sezzjoni 2 ta' Anness III;

(5) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti jew gruppi ta' prodotti mniżżla f'Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha il-manifattur ikollu fir-responsabbiltà unika tiegħu sistema ta' kontroll ta' produzzjoni tal-fabbrika li tiżgura li l-prodott ikun f’konformità ma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

Artikolu 2

Il-prodotti mniżżla f'Anness II għandu jkollhom il-konformità tagħhom attestata bi proċedura li biha, b'żieda mas-sistema ta' kontroll ta' produzzjoni tal-fabbrika imħaddma mill-manifattur, korp approvat ta' ċertifikazzjoni huwa nvolut fl-istima u s-sorveljanza tal-kontroll ta' produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 3

Din il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif imniżżla f'Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 40, tal-11.02.1989, p. 12.

[2] ĠU L 220, tat-30.08.1993, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kolla tal-madum (b'mod partikolari binders idriċi, binders bis-siment , dispersion polymers, reżini ta' reazzjoni)

Użu intern u estern f'bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili oħra, esklużi dawk suġġetti għal reazzjoni għal regolamenti tal-ħruq għall-prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [1], B [2], C [3].

[1] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[2] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[3] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

--------------------------------------------------

ANNESS II

Kolla tal-madum (b'mod partikolari binders idriċi, binders tas-siment , dispersion polymers, reżini ta' reazzjoni)

Għall-użu suggetti għar-reazzjoni tar-regolamenti tal-ħruq għall-prodotti magħmula minn materjali li huma fil-klassijiet A [1], B [2], C [3].

Kolla strutturali (b'mod partikolari reżini tal-epoxy, reżini tal-polyurethane, reżini akriliċi, reżini tal-aminoplastic, u reżini tal -phenolic)

Għall-użu strutturali f'bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili oħra.

[1] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[2] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

[3] Materjali li dwarhom ir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq hija suxxettibbli għall-bildla matul il-produzzjoni (b'mod ġenerali, dawk suġġetti għall-modifikazzjoni kimika, eż. ritardanti għal ħruq, jew fejn bidliet fil-kompożizzjoni jistgħu jwasslu għall bidliet fir-reazzjoni ta' kif jaġixxu għal ħruq).

--------------------------------------------------

ANNESS III

Nota:

għal prodotti li jkollhom aktar minn użu maħsub wieħed speċifikati fil-gruppi li ġejjin, ix-xogħlijiet għall-korp approvat, miksuba mis-sistema relevanti għall-attestazzjoni ta' konformità, huma kumulattivi.

GRUPP TA' PRODOTTI:

KOLLA TAL-BINI (1/2)

Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott/i u użu/i maħsuba/a elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i li ġejja/jin għall-attestazzjoni tal-konformità fl-istandard/s ta' armonizzazzjoni relevanti:

Sistema 2+ : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), l-ewwel possibiltà, inkluża ċertifikazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika minn korp approvat fuq il-bażi ta' spezzjoni iniżjali fil-fabbrika u fil-kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika kif ukoll ta' sorveljanza kontinwa, stima u approvazzjoni tal-kontroll ta' approvazzjoni tal-fabbrika.

Sistema 3 : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

Prodott | Użu maħsub | Livell/i jew klassi/jiet | Sistema ta' attestazzjoni ta' konformità |

Kolla strutturali | Għall-użu strutturali f'bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili oħra | — | 2+ |

Kolla għall-madum | Għall-użu intern u estern f'bini u xogħlijiet ta' inġinerija ċivili oħra | — | 3 |

L-ispeċifikazzjoni tas-sistema għandha tkun tali li tkun tista' tiġi implimentata wkoll fejn ir-rendiment ma jkunx meħtieġ li jiġi stabbilit għal ċerta karatteristika, għaliex ta' l-anqas Stat Membru wieħed ma jkollu ebda ħtieġa legali għal dik il-karatteristika (ara Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn japplika, punt 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi). F'dawk il-każi l-verifika ta' dik il-karatteristika m'għandhiex tiġi imposta fuq il-manifattur jekk ma jkunx jixtieq li jiddikjara r-rendiment tal-prodott f'dak ir-rigward.

GRUPP TA' PRODOTTI:

KOLLA TAL-BINI (2/2)

Sistemi ta' attestazzjoni ta' konformità

Għall-prodott/i u użu/i maħsuba/a elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba li jispeċifikaw is-sistema/i li ġejja/ji għall-attestazzjoni tal-konformità fl-istandard/s ta' armonizzazzjoni relevanti:

Sistema 1+ : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(i), mingħajr ta' ittestjar awditjat tal-kampjuni

Sistema 3 : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tieni possibiltà.

Sistema 4 : Ara Direttiva 89/106/KEE, Anness III(2)(ii), it-tielet possibiltà.

Prodott | Użu maħsub | Livell/i jew klassi/jiet Sistema ta' | attestazzjoni ta' konformità |

Kolla strutturali | Għall-użu suġġetti għar-reazzjoni tar-regolamenti ta' kontra l-ħruq | A, B, C | 1 |

Kolla tal-madum | A, B, C | 3 |

A, D, E, F | 4 |