31999D0412



Official Journal L 156 , 23/06/1999 P. 0037 - 0046


ID-Deċiżjoni tal-kummissjoni

tat-3 ta' Ġunju 1999

dwar kwestjonarju fuq l-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti skond l-Artikolu 41(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93

(notifikat bin-numru tad-dokument K(1999) 1456)

(1999/412/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll tat-tagħbija ta' l-iskart fuq vapuri fil-, għal ġo u barra mill-Komunita‘ Ewropea [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 41(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 dwar l-istandardizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-rapporti fuq l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi [2] li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

(1) Billi l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 jirrikjedi li l-Istati Membri għandhom, qabel l-għeluq ta' kull sena skond il-kalendarju, ifasslu rapport skond l-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta' Basel u jibagħtuh lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Basel u kopja tiegħu lill-Kummissjoni;

(2) Billi l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti, tistabbilixxi kull tlett snin rapport dwar l-implimentazzjoni tal-imsemmi Regolament mill-Komunita’ u l-Istati Membri tagħha;

(3) Billi l-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista' titlob, bil-għan li telabora r-rapport tagħha, informazzjoni addizjonali skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE;

(4) Billi r-rapport tat-tlett snin segwenti għandu jkopri l-perjodu 2000 sa 2002 inkużi;

(5) Billi l-miżuri stabbiliti minn din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kwestjonarju mehmuż ma' din id-Deċiżjoni, rigward ir-Regolament (KEE) Nru 259/93 hu hawnhekk adottat.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju mehmuż sabiex jipprovdu infromazzjoni lill-Kummissjoni, fuq bażi annwali, u dan b'żieda ma' l-obbligu eżistenti skond l-Artikolu 41(1) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93, li tintbagħat kopja tar-rapport annwali skond l-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta' Basel lill-Kummissjoni.

2. L-informazzjoni annwali mogħtija fuq il-bażi tal-kwestjonarju għandha tiġi trasmessa qabel l-għeluq ta' kull sena skond il-kalendarju għas-sena preċedenti. L-ewwel rapport ibbażat fuq dan il-kwestjonarju għandu jkopri informazzjoni għas-sena 2000 u għandu jingħata qabel it-tmiem tas-sena 2001.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fis-sena 2004 fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 259/93 li tidher mir-rapporti miġbura permezz ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Ġunju 1999.

Għall -Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1.

[2] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------