31999D0408



Official Journal L 156 , 23/06/1999 P. 0023 - 0023


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 ta' April 1999

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim li jemenda l-Ftehim għall-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada

(1999/408/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 130M, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), l-ewwel sentenza, u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

(1) Billi bid-Deċiżjoni tas-26 ta' Frar 1996 [3] il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim għall-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada;

(2) Billi bid-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta' Ġunju 1998 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja emenda għall-Ftehim imsemmi hawn iktar ‘il fuq biss safejn iż-żoni ta' koperazzjoni, imsemmija taħt l-Artikolu 4 ta' dak il-Ftehim, huma kkonċernati, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 12(b) ta' dak il-Ftehim;

(3) Billi bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 1998 il-Kunsill awtorizza l-firma tal-Ftehim li jemenda;

(4) Billi l-Ftehim li jemenda kien iffirmat fis-17 ta' Diċembru 1998;

(5) Billi l-Ftehim li jemenda għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim li jemenda l-Ftehim għall-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada huwa b'dan approvat.

It-test tal-Ftehim li jemenda huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Skond l-Artikolu 12 tal-Ftehim għall-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada, il-President tal-Kunsill għandu jagħti notifika li l-proċeduri għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda mehmuż ntemmu min-naħa tal-Komunità.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Müller

[1] ĠU C 400, 22.12.98, p. 27.

[2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' April 1999 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 74, 22.03.96, p. 25.

--------------------------------------------------