31999D0403



Official Journal L 151 , 18/06/1999 P. 0035 - 0038


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-31 ta’ Mejju 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/426/KE li tistipula kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja

(notifikata taħt dokumenti numru C(1999) 1405)

(Test b’ rilevanza għall-Ftehim ŻEE)

(1999/403/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE [2] u b’ mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

(1) Billi l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/426/KE tal-25 ta’ Ġunju 1997 li tistipula kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja [3] tiddikjara li d-Dipartiment għall-Industriji Primarji u l-Enerġija — Awstral Quarantine and Inspection Service — (AQIS) għandha tkun l-awtorità kompetenti fl-Awstralja biex tivverifika u tiċċertifika l-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KE;

(2) Billi, wara ristrutturazzjoni mill-gvern Awstraljan, l-awtorità kompetenti għaċ-ċertifikati tas-saħħa tal-prodotti tas-sajd (AQIS) inbidlet mid-Dipartiment għall-Industriji Primarji u l-Enerġija għad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, Sajd u Qtugħ tas-Siġar; u billi din l-awtorità l-ġdida hi kapaċi li effettivament tivverifika l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ; billi huwa għalhekk, meħtieġ li tkun immodifikata n-nominazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti msemmija fid-Deċiżjoni 97/426/KE;

(3) Billi huwa konvenjenti li jkun armoniżżat il-kliem tad-Deċiżjoni 97/426/KE mal-kliem tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni adottati reċentement, li jistipulaw kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd u l-akwakultura f’ċerti pajjiżi terzi;

(4) Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 97/426/KEE għandha tkun modifikata kif ġej:

1. Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Id- Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, Sajd u Qtugħ ta’ Siġar — Australian Quarantine and Inspection Service — (AQIS) għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Awstralja biex jivverifika u jiċċertifika il-konformità tal-prodotti tas-sajd u l-akwa kultura mal-ħtiġiet tad-Direttiva 91/493/KEE."

2. Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Il-prodotti tas-Sajd u l-akwakultura li joriġinaw fl-Awstralja iridu jikkonformaw ma’ dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat oriġinali enumerat, debitament mimlija, ffirmata, datata u li tkun tikkonsisti minn folja waħda skond il-mudell fl-Anness A hawn mehmus;

2. il-prodotti għandhom ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati, bastimenti fabbrika, kmamar tat-tkessieħ jew bastimenti reġistrati bil-friża elenkati fl-Anness B hawn mehmuż:

3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati f’ammonti kbar u maħsuba għall-manifattura ta’ ikel ippreservat, il-pakketti kollha għandhom juru l-kelma "AWSTRALJA" u n-numru ta’ approvazzjoni/reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti, bastiment fabbrika, kamra tat-tkessieħ jew basiment bil-friża ta’ oriġini f’ittri li ma jistgħux jitħassru."

3. L-Anness A għandu jiġi sostitwit bl-Anness hawn mehmuż.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 31.

[3] ĠU L 183, tal-11.7.1997, p. 21.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------