31999D0386



Official Journal L 147 , 12/06/1999 P. 0023 - 0023


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta' Ġunju 1999

dwar l-applikazzjoni provviżjorja mill-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Dniefel

(1999/386/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l- l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta'l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

(1) Billi l-Komunità hija kompetenti li tadotta miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar tar-riżorsi tas-sajd u li tidħol fi ftehim ma' pajjiżi oħra jew ma' organizzazzjoniiet internazzjonali oħra;

(2) Billi l-Komunità ffirmat il-Konvenżjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li teħtieġ li l-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkoperaw fil-konservazzjoni u l-immnaniġġjar tar-riżorsi bioloġiċi marini;

(3) Billi l-Komunità ffirmat il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Liġi tal-Baħar ta'l-10 ta' Diċembru 1982, rigward il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar tal-Ġlejjeb tal-Ħut tal-Post u ta' Ġlejjeb ta' Ħut li jpassu ħafna;

(4) Billi l-35 laqgħa Intergovernattiva dwar il-konservazzjoni tat-tonn u d-dniefel fl-Oċean Paċifiku Orjentali adottat fi Frar 1998 il-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Dniefel;

(5) Billi l-għanijiet tal-Ftehim jinkludu t-tnaqqis progressiv ta' l-imwiet ta' dniefel waqt is-sajd għat-tonn bit-tartarun tal-borża fl-Oċean Paċifiku tal-Lvant sa livelli li joqorbu lejn iż-żero, permezz tat-twaqqif ta' limiti annwali u s-sostenibbilità fuq medda twila tal-ġlejjeb tat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim;

(6) Billi s-sajjieda tal-Komunità jistadu għall-ġlejjeb tat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim u huwa fl-interess tal-Komunità li tisvolġi rwol effettiv fl-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(7) Billi l-Kunsill iddeċida fis-26 ta' April 1999 li l-Komunità għandha tiffirma l-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali tal-Konservazzjoni tad-Dniefel;

(8) Billi skond l-Artikolu XIV tal-Ftehim, il-Kumissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali (IATTC) għandu jkollha rwol integrali biex tikkordina l-implimentazzjoni tal-Ftehim u ħafna miżuri implimentattivi għandhom jiġu adottati fil-qafas tal-IATTC; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Komunità tingħaqad mal-IATTC malajr kemm jista' jkun;

(9) Billi l-Komunità diġà bdiet il-proċedura għalbiex tingħaqad ma' dik l-organizzazzjoni iżda dik l-għaqda tista' tiġi miżmuma minħabba raġunijiet tekniċi; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Dniefel provviżorjament biex jiġu protetti l-interessi tal-bastimenti Komunitarji li jistadu fir-reġjun matul il-perjodu interim;

(10) Billi l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim huma l-ewwel stadji lejn l-approvazzjoni susseġwenti tiegħu mill-Komunità skond il-proċeduri previsti għal dan il-għan mit-Trattat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Skond l-Artikolu XXIX tiegħu, dan il-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Koservazzjoni tad-Dniefel għandu japplika provviżorjament fil-Komunità Ewropea b'effett mill-1 ta' Ġunju 1999.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna awtorizzata biex tinnotifika l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim mill-Komunità lill-Gvern ta' l-Istati Unitit ta'l-Amerika bħala d-Depożitarju ta' dan il-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 Ġunju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Bulmahn

--------------------------------------------------