31999D0304



Official Journal L 118 , 06/05/1999 P. 0060 - 0062


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' April 1999

dwar regolament tekniku komuni għan-network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN); teleservizz ta' telefonija 3,1 kHz, ħtiġiet ta' konnessjoni għat-terminali ta' settijiet ta' l-idejn (edizzjoni 2)

(notifikat taħt dokument numru K (1999) 875)

(Test b'relevanza għall-Ftehim ŻEE)

(1999/304/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li għandha x'taqsam mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari Artikolu 7(2), it-tieni inċiż, tagħha,

(1) Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir terminali li għalih regolament tekniku komuni huwa meħtieġ, kif ukoll dikjarazzjoni ta l-iskop assoċjat skond Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż;

(2) Billi l-istandards armonizzati li jikkorrispondu, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġiet essenzjali li għandhom jiġu mibdula f'regolamenti tekniċi komuni għandhom jiġu adottati;

(3) Billi biex tiġi żgurata l-kontinwità fl-aċċess għas-swieq għall-fabbrikanti, huwa meħtieġ li jiġu permessi arranġamenti trasitorji dwar tagħmir approvat skond ir-regolamenti ta' l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

(4) Billi l-proposta kienet intbagħtet lill-Kumitat ta' l-Approvazzjonijiet għal tagħmir ta' Telekomunikzzjonijiet (ACTE), skond Artikolu 29(2);

(5) Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jkun adottat minn din id-Deċiżjoni huwa skond l-opinjoni ta' l-ACTE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-apparat terminali maħsub għall-komunikazzjoni ma' network ta' telekomunikazzjoni pubblika u li jaqa' fi ħdan il-għan ta' l-istandard armonizzat identifikat f'Artikolu 2(1).

2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri l-ħtiġiet ta' konnessjoni għal tagħmir terminali maħsub biex jiġi kkonettjat ma' network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN), u li jipprovdi għal teleservizz ta' telefonija 3,1 kHz.

Artikolu 2

1. Ir-regolment tekniku komuni għandu jinkludi l-istandards armonizzati imħejjija mill-korp ta' l -istandardisation relevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli il-ħtiġiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 5(g) tad-Direttiva 98/13/KEE. Ir-referenza għall-istandard hija stipulata fl-Anness.

2. It-tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma mar-regolament tekniku komuni imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jilħaq il-ħtiġiet essenzjali imsemmija f'Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KE, u għandu jilħaq il-ħtiġiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, b'mod partikolari id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [2] u 89/336/KEE [3].

Artikolu 3

Il-korpi notifikati maħtura biex iwettqu l-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert b'Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jiġi wżat l-istandard armonizzat imsemmi fl-Anness bid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1. Id-deċiżjoni 95/526/KE għandha titħassar b'effett minn tliet xhur wara d-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2. Tagħmir terminali approvat taħt id-Deċiżjoni 95/526/KEE jista' jitkompla jitqiegħed fis-suq nazzjonali jew jitqiegħed fis-servizz.

Artikolu 5

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' April 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

[2] ĠU L 77, tas-26.03.1973, p. 29.

[3] ĠU L 139, tat-23.05.1989, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

Referenza għall-istandard armonizzat applikabbli

L-istandard armonizzat li għalih jirreferi Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa:

Network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN); teleservizz ta' telefonija 3,1 kHz; ħtiġiet ta' konnessjoni għal terminali ta' settijiet ta' l-idejn

(f'verżjonijiet ta' lingwi ħlief il-verżjoni Ingliża it-traduzzjoni ta' dan it-titolu għandha titqiegħed hawn fil-parentesi)

ETSI

Istitut Ewropew ta' li-Standards ta' Telekomunikazzjoni

Segretarjat ETSI

TBR8 - Ottubru 1998

(eskluza d-daħla)

Tagħrif addizzjonali

L-Istitut Ewropew ta' li-Standards tat-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE [1].

L-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq kien ġie armonizzat skond il-mandat maħruġ skond il-proċeduri relevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KE.

It-test sħiħ ta' l-istandard armonizzat imsemmi hawn fuq jista' jinkiseb minn:

Istitut ta' l-iStandards tat-Telekomunikazzjonijiet Ewropej,650, route des Lucioles,,F-06921 | jew | Kummissjoni Ewropea,DG XIII/A/2 - (BU 31 1/7),Rue de la Loi/Wetstraat 200,B-1049, |

jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ETSI disponibbli, li lista tagħhom tista' tinstab fuq l-Internet taħt l-indirizz

[1] ĠU L 204, tal-21.07.1998, p. 37.

--------------------------------------------------