31999D0246



Official Journal L 093 , 08/04/1999 P. 0024 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta’ Marzu 1999

li tapprova ċerti pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer

(notifikata bid-dokument numru C(1999) 769)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/246/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li tintroduċi miżuri tal-Kommunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer [1], kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni Nru 93/384 KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 14b tagħha,

Billi l-kriterji li għandhom jiġu applikati mutatis mutandis meta jiġu mfassla l-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer ġew stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 91/42/KEE [3];

Billi ċerti Stati Membri taw għall-approvazzjoni l-pjanijiet ta’ kontinġenza; billi wara eżami nstab li dawn il-pjanijiet jissodisfaw il-kriterji kollha preskritti fid-deċiżjoni Nru 91/42/KEE u jippermettu li l-għan mixtieq jiġi milħuq soġġett għal implimentazzjoni effettiva;

Billi sabiex tassigura l-effettività tal-pjanijiet huwa neċessarju li twettaq studji spekulattivi u eżerċizzji simulattivi;

Billi l-pjanijiet ta’ kontinġenza għandhom jinżammu aġġornati fuq bażi regolari;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjanijiet ta’ kontinġenza għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer mogħtija mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I huma approvati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-30 ta’ Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 47, tal-21.1.1980, p. 11.

[2] ĠU L 166, tat-8.7.1993, p. 34.

[3] ĠU L 23, tad-29.1.1991, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-Belġju

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

L-Irlanda

L-Italja

L-Olanda

L-Awstrija

Il-Portugall

Il-Finlandja

L-Isvezja

Ir-Renju Unit

--------------------------------------------------