31999D0244



Official Journal L 091 , 07/04/1999 P. 0037 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Marzu 1999

li temenda d-Deċiżjoni Nru 97/296/KE li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd hija awtorizzata għal konsum tal-bniedem

(innotifikata taħt dokument numru C(1999)768)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(1999/244/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet biex jitfasslu, għal perjodu interim, listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom Stati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/603/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 7 tagħha,

(1) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/136/KE [4], telenka l-pajjiżi u t-territorji li minnhom importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għal konsum tal-bniedem hija awtorizzata:. Il-Parti I ta’ l-Anness I telenka l-ismijiet tal-pajjiżi u territorji koperti minn Deċiżjoni speċifika u l-Parti II issemmi dawk li jikkwalifikaw taħt l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE. L-Anness II jelenka l-ismijiet tal-pajjiżi u territorji li minnhom importazzjonijiet kienu awtorizzati sal-31 ta’ Jannar 1999, bil-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(7) jew tad-Direttiva 91/493/KEE;

(2) Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/245/KE [5], ippreskriviet kondizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni għal prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw mis-Seychelles. Billi s-Seychelles għandhom għalhekk jiżdiedu mal-Parti I tal-lista ta’ l-Anness I ta’ pajjiżi u territorji li minnhom importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd għal konsum tal-bniedem hija awtorizzata;

(3) Billi l-Polineżja Franċiża, il- Gabon u Saint Pierre u Miquelon, taw informazzjoni li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet ekwivalenti u li jistgħu jiggarantixxu li l-prodotti tas-sajd li jesportaw lejn il-Komunità jissodisfaw il-htiģijiet tas-saħħa tad-Direttiva 91/493/KEE, huwa għalhekk meħtieġ li l-lista ta’ hawn fuq tkun immodifikata biex tinkludi dawk il-pajjiżi u territorji fil-Part II tal-lista;

(4) Billi s-serjetà tan-nuqqasijiet osservati matul żjara ta’ spezzjoni fil-Kazakhstan l-importazzjonijiet ta’ kavjal ma jkunux awtorizzati u, għalhekk, dan il-pajjiż għandu jitħassar mill-Part II tal-lista;

(5) Billi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II mhumiex iktar awtorizzati, sa mill-1 ta’ Frar 1999;

(6) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni preżenti jissostitwixxi l-Anness I u l-Anness II mad-Deċiżjoni 97/296/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, ta’ l-1.10.1995, p. 17.

[2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36.

[3] ĠU L 122, ta’ l-14.5.1997, p. 21.

[4] ĠU L 44, tat-18.2.1999, p. 61.

[5] Ara paġna 40 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

Lista ta’ pajjiżi u territorji li minnhom importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd f’kull għamla maħsuba għal konsum tal-bniedem hija awtorizzata:

I. Pajjiżi u territorji koperti minn deċiżjoni speċifika taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KE

AL — Albanija

AR — l-Arġentina

AU — l-Awstralja

BD — il-Bangladesh

BR — il-Brażil

CA — il-Kanada

CI — Cote d’Ivoire (il-Kosta ta’ l-Avorju)

CL — iċ-Ċili

CO — il-Kolombja

CU — Kuba

EC — l-Ekwador

EE — l-Estonja

FK — il-Gżejjer Falkland

FO — il-Gżejjer Faroe

GH — il-Gana

GM — il-Gambja

GT — il-Gwatemala

ID — l-Indoneżja

IN — l-Indja

JP — il-Ġappun

KR — il-Korea t’Isfel

MA — il-Marokk

MG — il-Madagaskar

MR — il-Mawritanja

MV — il-Maldives

MX — il-Messiku

MY — il-Malasja

NG — in-Niġerja

NZ — in-New Zealand

PE — il-Peru

PH — il- Filippini

RU — ir-Russja

SC — is-Seychelles

SG — Singapore

SN — is-Senegal

TH — it-Tajlandja

TN — it-Tuniżija

TW — Tajwan

TZ — it-Tanzanija

UY — l-Urugwaj

ZA — l-Afrika t’Isfel

II. Pajjiżi u territorji li jissodisfaw it-termini ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE

AG — Antigwa u Barbuda [1]

AN — l-Antilles Olandiżi

AO — Angola

AZ — l-Ażerbajġan [2]

BJ — Benin

BS — il-Baħamas

BZ — Belize

CM — il-Kamerun

CH — l-Isvizzera

CN — Iċ-Ċina

CR — il-Kosta Rika

CV — Kap Verde

CY — Ċipru

CZ — ir-Repubblika Ċeka

DZ — l-Alġerija

ER — l-Eritrea

FJ — Fiġi

GA — il-Gabon

GL — Greenland

GN — il-Ginea Konakri

HK — Ħong Kong

HN — il-Ħonduras

HR — il-Kroazja

HU — l-Ungerija [3]

IL — l-Iżrael

lR — l-Iran

JM — il-Ġamajka

KE — il-Kenya

LK — Sri Lanka

LT — il-Litwanja

LV — il-Latvja

MM — Myanmar

MT — Malta

MU — il-Mauritiu

MZ — il-Mozambique

NA — in-Namibja

NI — in-Nikaragwa

PA — il-Panama

PF — il-Polineżja Franċiża

PG — il-Papwa Ginea Ġdida

PK — il-Pakistan

PL — il-Polonja

PM — St Pierre u Miquelon

RO — ir-Rumanija

SB — il-Gżejjer Solomon

SH — Santa Elena

SI — is-Slovenja

SR — is-Surinam

TG — Togo

TR — it-Turkija

UG — l-Uganda

US — l-Istati Uniti ta’l-Amerika

VC — St.Vincent u il-Grenadines [4]

VE — il-Venezwela

VN — il-Vjetnam

ZW — Iż-Żimbabwe

[1] Awtorizzati biss għal importazzjonijiet ta' ħut frisk.

[2] Awtorizzati biss għal importazzjonijiet ta' kavjal.

[3] Awtorizzati biss għal importazzjoni ta' annimali ħajjin maħsuba għal konsum tal-bniedem.

[4] Awtorizzati biss għal importazzjonijiet ta' ħut frisk.

--------------------------------------------------