31999D0236



Official Journal L 087 , 31/03/1999 P. 0013 - 0014


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta' Marzu 1999

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati minn ċerti partijiet ta' Kyrgyzstan

(notifikata permezz tad-dokument numru C(1999) 609)

(Test b'relevanza ŻEE)

(1999/236/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstria, il-Fillandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikoli 12, 13, 15, 16 u 19(ii) tagħha,

(1) Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [2], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/227/KE [3], lista ta' pajjiżi terzi ġiet stabbilita li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-annimali tal-fart, il-majjali, tar-razza taż-żwiemel, in-nagħaġ u l-mogħoż, il-laħam frisk u l-prodotti tal-laħam;

(2) Billi bid-Deċiżjoni 92/160/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/228/KE, il Kummissjoni kienet stabbiliet ir-reġjonalizzazzjoni ta' ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel;

(3) Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' żwiemel irreġistrati huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 197/526/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/227/KE;

(4) Billi wara missjoni ta' l-ispezzjoni veterinarja tal-Kummissjoni fil-Kyrgyzstan is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali fir-rigward ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel tidher li hija taħt il-kontroll sodisfaċjenti tas-servizzi veterinarji;

(5) Billi l-awtoritajiet veterinarji tal-Kyrgyzstan ipprovdew impenn bil-miktub li jinnotifikaw fi żmien 24 siegħa permezz tat-telefax, tat-telegramm jew tat-telex lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-konferma ta' xi mard infettuż jew li jittieħed fl-annimali tar-razza taż-żwiemel imsemmija fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE, li għandhom ikunu nnotifikati ta' bil-fors fil-pajjiż u fiż-żmien xieraq kull bidla fl-istrateġija ta' tilqim jew l-importazzjoni dwar l-annimali tar-razza taż-żwiemel;

(6) Billi t-testijiet ta' kull sena għall-glanders titwettaq fil-Kyrgyzstan u l-ebda sejbiet pożittivi ma ġew irrapportati f'mill-anqas sitt xhur; billi l-marda Afrikana taż-żwiemel, l-enċefalomelitis tal-Venezwela taż-żwiemel u l-istomatitis vesikulari qatt ma seħħew fil-Kyrgyzstan;

(7) Billi l-monitoraġġ ta' l-artrite virali taż-żwiemel għadu kemm beda u l-istatus tal-pajjiż fir-rigward ta' din il-marda ma jistax jigi stabbilit b'mod definittiv; billi għalhekk żwiemel maskili mhux kastrati ixjeħ minn 180 jum intiżi għall-importazzjoni fil-Komunità għandhom ikunu suġġetti għal testijiet fil-laboratorju għal din il-marda;

(8) Billi d-dourine ġiet irrapportata f'ċerti partijiet tal-Kyrgyzstan, billi, b'dana kollu, ir-reġjun Issyk-Kul kien ħieles mid-dourine għal ta' l-anqas sitt xhur u rċevew garanziji uffiċjali li l-moviment ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel f'dan ir-reġjun mill-bqija tal-pajjiż qiegħed taħt il-kontroll uffiċjali veterinarju;

(9) Billi għar-raġunijiet tas-sitwazzjoni tas-saħħa taż-żwimel f'ċerti partijiet tal-Kyrgyzstan jidher xieraq li jiġi reġjonalizzat il-pajjiż konċernat, biex ikun jippermetti l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel irreġistrati biss mill-parti tat-territorju tal-Kyrgyzstan li hija ħielsa mill-marda;

(10) Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għandhom ikunu adottati skond is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali tal-pajjiż terz konċernat; billi l-każ preżenti jirrelata biss għaż-żwiemel reġistrati;

(11) Billi d-Deċiżjoni 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet 92/160/KEE u 93/197/KEE għandhom jiġu hekk emendati;

(12) Il-miżuri li tipprovdi dwarhom din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti 2 ta' l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 79/542/KEE, il-kolonna speċjali għaż-żwiemel reġistrati, il-linja li ġejja hija mdaħħla skond l-ordni alfabetiku tal-kodiċi ISO tal-pajjiż:

"KG | Il-Kyrgyzstan | x | (1)" |

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 92/160/KEE huwa emendat kif ġej:

1. il-kliem li ġejjin huma miżjuda:

"Il-Kyrgyzstan (4)

Ir-reġjun ta' Issyk-Kul";

2. in-nota li fl-aħħar tal-paġna segwenti hija miżjuda:

"(4) L-importazzjoni permanenti biss fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati huma awtorizzati."

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

1. "Il-Kyrgyzstan (1) (2) (KG)" hija miżjuda fl-ordni alfabetiku tal-kodiċi ISO tal-pajjiż mal-lista ta' pajjiżi terzi fil-Grupp B ta' l-Anness I.

2. It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-Grupp B fl-Anness huwa mibdul b'dan li ġej:

"B — ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għall-importazzjoni fil-Komunità taż-żwiemel reġistrati mill-Kyrgyzstan (1) u ta' l-annimali tar-razza taż-żwiemel reġistrati u dawk għat-tagħmir u l-produzzjoni mill-Awstralja, il-Bosnja u Herzegovina, il-Bulgarija, il-Belarussja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, dik li darba kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, in-Nova Żelandja, il-Polonja, ir-Rumanija, r-Russja (1), ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, l-Ukrajna, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja."

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, is-17 ta' Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Franza Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 42.

[2] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, pġ. 15.

[3] ĠU L 83, tas-27.3.1999, pġ. 77.

[4] ĠU L 71, tat-18.3.1992, pġ. 27.

[5] ĠU L 86, tas-6.4.1993, pġ. 16.

--------------------------------------------------