Official Journal L 084 , 27/03/1999 P. 0001 - 0137
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 1999 li taddotta reġistru ta' sustanzi tat-taħwir wżati ġewwa jew fuq oġġetti tal-ikel imfassal f'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1996 (notifikata taħt in-numru K (1999) 399) (test b'rilevanza għaż-ŻEE) (1999/217/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru n1996 li jistabbilixxi proċedura Kumunitarja għas-sustanzi tat-taħwir wżati jew maħsuba għall-użu ġewwa jew fuq oġġetti ta' l-ikel [1] u b'mod partikolari Artikolu 3(2) tiegħu; Billi, b'applikazzjoni ta' Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2232/96, l-Istati Membri, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti msemmija hawnfuq, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista ta' sustanzi tat-taħwir aċċettati għall-użu ġewwa jew fuq oġġetti ta' l-ikel mqiegħda fis-suq fit-territorju tagħhom; Billi, b'applikazzjoni ta' Artikolu 3(2) tar-Regolament imsemmi, sustanzi tat-taħwir notifikati, li l-użu legali tagħhom fi Stat Membru wieħed għandu jkun rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħrajn, għandhom jiġu mdaħħla f'reġistru addottat skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 7 tar-Regolament; Billi hu magħruf li f'xi Stati Membri, xi sustanzi tat-taħwir huma preżentament soġġetti għal miżuri restrittivi jew projibittivi; Billi hu magħruf li miżuri restrittivi u projibittivi bħal dawn fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni kurrenti jistgħu jibqgħu jiġu applikati, sakemm titlesta l-evalwazzjoni tas-sustanza; Billi, f'kull każ, meta Stat Membru jinnota li sustanza tat-taħwir kontenuta fir-reġistru tista' tikkostitwixxi periklu għas-saħħa pubblika, jista' jinvoka l-proċedura ta' salvagwardja prevista f'Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE)Nru 2232/96; Billi r-reġistru jifforma l-bażi għall-programm ta' evalwazzjoni previst f'Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi li għandu jiġi adotatt fi żmien għaxar xhur mill-adozzjoni tar-reġistru; Billi l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Oġġetti ta' l-Ikel, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Ir-reġistru tas-sustanzi tat-taħwir anness ma' din id-Deċiżjoni hu hawnhekk adottat. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Frar 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 299, tat-23.11.1996, p.1. -------------------------------------------------- L-Anness L-Anness gie sostitwit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/113/KE,ĠU L 49, 20.2.2002, p.1. --------------------------------------------------