31999D0205



Official Journal L 070 , 17/03/1999 P. 0046 - 0048


ID-Deċiżjoni tal-kummissjoni

tas-26 ta' Frar 1999

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' Eko-tikketta Komunitarja lil kompjuters personali

(notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 425)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(1999/205/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 tat-23 ta' Marzu 1992 dwar l-iskema ta' għoti ta' eko-tikketta Komunitarja [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi l-ewwel sotto paragrafu ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 jipprevedi li l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' eko-tikketta Komunitarja għandhom ikunu definiti skond il-gruppi ta' prodotti;

Billi l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 jgħid li l-prestazzjoni ambjentali ta' prodott għandha tkun stimata b'referenza għall-kriterji speċifiċi tal-gruppi ta' prodotti;

Billi l-Komunità' qiegħda tinnegozja ftehim dwar il-kordinazzjoni tat-tikketta ta' l-enerġija, ibbażata fuq il-programm Amerikan "Energy Star";

Billi hu xieraq li jiġu riveduti l-kriterji fi żmien sentejn sabiex il-kondizzjonijiet enerġetiċi jiġu adattati għall-innovazzjoni teknoloġika, żviluppi tas-suq u l-programm hawn fuq imsemmi "Energy Star";

Billi skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 880/92 il-Kummissjoni ikkonsultat il-grupp ta' interess prinċipali waqt forum ta' konsultazzjoni;

Billi l-miżuri previsti fid-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 880/92,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta' prodotti "kompjuters personali" (minn issa l'quddiem imsejjaħ il-"grupp ta' prodotti") għandu jfisser:

"kompjuters stazzjonarji disponibbli fuq is-suq li fihom skrin, qafas tas-sistema u tastiera."

Artikolu 2

Il-prestazzjoni ambjentali u kemm il-grupp ikun tajjeb għall-użu għandhom ikunu stimati b'referenza għall-kriterji ekoloġiċi speċifiċi stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-definizzjoni tal-grupp tal-prodott u l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għall-grupp ta' prodotti għandha tibqa' valida għal perjodu ta' sentejn mill-ewwel jum tax-xahar wara l-adozzjoni tal-kriterji. Jekk kriterji ekoloġiċi riveduti ma jkunux ġew adottati fi tmiem dan il-perjodu, il-validita' tagħhom għandha tiġi estiża għal sena oħra.

Artikolu 4

Għall-għanijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi mogħti lil dan il-grupp ta' prodotti għandu jkun "013'."

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Frar 1999.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 99, tal-11.4.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

QAFAS

Sabiex jingħata l-eko-tikketta, il-kompjuter personali għandu jaqbel mal-kriterji ta' dan l-Anness, li huma maħsuba biex jippromwovu:

- it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali jew riskji relatati ma' l-użu ta' l-enerġija (riskaldament atmosferiku, aċidifikazzjoni, qerda ta' riżorsi li ma jiġġeddux) bit-tnaqqis tal-konsum ta' l-enerġija,

- it-tnaqqis tal-ħsara ambjentali relatata ma' l-użu ta' riżorsi naturali billi jiġu mħajjra t-titjib tal-kwalità', ir-riċiklabilita' u l-manutenzjoni tal-kompjuter.

Barra minn hekk, il-kriterji jħajru l-implimentazzjoni ta' l-aqwa prattika u jtejbu l-kuxjenza ambjentali fost il-konsumaturi.

Aktar minn hekk, l-immarkar tal-biċċiet tal-plastik iħajjar ir-riċiklaġġ tagħhom.

KRITERJI PRINĊIPALI

1. Iffrankar ta' l-enerġija: Skrin

L-iskrin għandu jkollu konsum ta' enerġija waqt l-i "sleep mode" ta' 10 watts.

L-iskrin għandu jkollu konsum ta' enerġija waqt id-"deep sleep mode" ta' 3 watts.

Il-ħin tal-bidla tal-mod ipprogrammat fil-kompjuter minn tħaddim għal "sleep" għal "deep-sleep" għandu jkun ta' 30 minuta ta' inattivita'. Il-manifattur għandu jkun jista' jħaddem din il-karatteristika, iżda għandu jkun jista' jitfiha.

2. Iffrankar ta' l-enerġija: Qafas ta' kontroll

Il-qafas ta' kontroll għandu jkollu konsum ta' enerġija waqt l-i "sleep mode" ta' 27 watt. Dan japplika għall-qafas ta' kontroll meta mhux waqt it-tħaddim tan-network (jiġifieri stand-alone mode).

Il-ħin tal-bidla tal-mod ipprogrammat fil-kompjuter minn tħaddim għal "sleep" għandu jkun ta' 30 minuta ta' inattivita'. Il-manifattur għandu jkun jista' jħaddem din il-karatteristika, iżda għandu jkun jista' jitfiha.

Il-konsum ta' l-enerġija waqt li l-kompjuter ikun mitfi m'għandux ikun ta' aktar minn 5 wotts.

3. Estensjoni tat-tul taż-żmien tal-funzjonament

Il-manifattur għandu joffri garanzija biex jiżgura li l-qafas tas-sistema u t-tastiera se jdumu jaħdmu mill-anqas tliet snin, u li l-iskrin se jdum jaħdem għal mill-anqas sena. Din il-garanzija għandha tkun valida mid-data tal-wasla għanda il-klijenti. Id-disponibbilita' ta' partijiet li jinbidlu kompatibbli u s-servizz għandha tkun garantita għal ħames snin minn meta jintbagħat il-prodott bil-baħar.

Barra minn hekk, il-kompjuter personali għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

1. il-qafas tas-sistema għandu jkollu disinn modulari, biex il-komponenti għandhom ikunu aċċessibli faċilment;

2. il-qafas tas-sistema għandu jkun aċċessibli b'għodod disponibbli kullimkien, biex b'hekk jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-komponenti:

3. it-titjib tal-kwalità' għandu jkun żgurat mill-anqas għall-proċessur, il-graphics card, ir-random access memory, il-hard disk u, jekk ikun disponibbli, is-CD-ROM drive;

4. slott vojt jew aktar minn wieħed għandhom ikunu disponibbli.

IL-KRITERJI GĦALL-AQWA PRATTIKA

4. Teħid lura u riċiklaġġ

Il-manifattur għandu jiggarantixxi t-teħid lura tal-kompjuter personali u tal-komponenti li jkun mibdula, minbarra għal affarijiet imħassra mill-utenti (p.e waqt operazzjonijiet mediċi jew nukleari).

Barra minn hekk, il-kompjuter personali għandu jissodisfa il-kriterji li ġejjin:

1. persuna waħda imħarrġa, waħidha, għandha tkun kapaċi żżarma l-qafas tas-sistema;

2. il-manifattur għandu jiċċekkja l-iżżarmar tal-qafas tas-sistema u jipprovdi rapport ta' l-iżżarmar. Fost l-oħrajn, ir-rapport għandu jikkonferma li l-joints huma:

- faċli biex jinstabu u aċċessibli,

- kemm jista' jkun standardizzati,

- aċċessibli b'għodod użati għal kollox;

3. materjali inkompatibbli u perikolużi għandhom ikunu separabbli;

4. 90 % tal-materjal tal-plastik u tal-metall fil-kisi u fix-xażi għandu jkun riċiklabbli;

5. jekk xi tikketti huma mitluba, għandhom ikunu separabbli faċilment jew inerenti;

6. il-partijiet tal-plastik:

(a) m'għandux ikollhom ċomb jew kadmju;

(b) għandhom ikunu ta' polimer wieħed jew polimer kompatibbli, minbarra l-għata li m'għandiex tikkonsisti f'aktar minn żewġ tipi ta' polimers li huma separabbli;

(ċ) m'għandux ikun fihom intarsi tal-metall li ma jistgħux jiġu separati;

7. partijiet tal-plastik itqal minn 25 gramma:

(a) m'għandux ikun fihom materjal li jżomm lura n-nar li jkun fihom bromu jew kloru marbut organikament;

(b) għandu jkollhom marka permanenti li tidentifika l-materjal, skond ISO 11469. Il-materjali tal-plastik huma esklużi minn dawn il-kriterji.

5. Istruzzjonijiet ta' l-użu

Il-kompjuter personali għandu jinbiegħ b'fuljett ta' istruzzjonijiet, li jagħti parir dwar l-użu ambjentali u, b'mod partikolari:

1. parir dwar l-użu ta' karatteristiċi ta' tħaddim tal-qawwa, inkluż tagħrif li t-tifi ta' dawn il-karatteristiċi jista' jwassal għal konsum akbar ta' enerġija u b'hekk jista' jżid l-ispejjeż tat-tħaddim;

2. tagħrif dwar l-użu massimu u minimu ta' l-enerġija tal-qafas tas-sistema u l-iskrin matul it-tħaddim, meta jkunu sleep u deep-sleep u meta jkunu mitfija, kif ukoll indikazzjoni li l-użu ta' l-enerġija jista' jitnaqqas għal żero jekk il-kompjuter mhux ipplaggjat jew jekk is-swiċċ ta' mal-ħajt ikun mitfi;

3. tagħirf dwar il-garanzija u d-disponibilita' tal-parijiet ta' skorta;

4. tagħrif dwar kif aċċess għas-sistema u l-komponenti ta' skambju, b'mod speċifiku l-proċessur, il-graphics card, ir-random access memory, il-hard disk u, jekk disponibbli, is-CD-ROM drive;

5. tagħrif dwar partijiet u materjali tal-kompjuter personali li jistgħu jintużaw mill-ġdid u/jew li huma riċiklabbli;

6. parir dwar kif il-konsumatur jista' jagħmel użu mill-garanzija tal-manifattur li jieħu l-prodott lura.

6. Dikjarazzjoni ambjentali

Dikjarazzjoni ambjentali għandha mehmuża mal-prodott u għandha tkun disponibbli lill-utent. Dan id-dokument għandu jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Tekniku ta' l-ECMA 'attributi ambjentali relatati mal-Prodott'.

ITTESTJAR

7. Laboratorju ta' l-ittestjar

Jekk l-ittestjar hu mitlub, għandu jsir fuq spejjeż ta' l-applikant mill-laboratorji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ġenerali misħuqa fil-livelli EN 45001.

TAGĦRIF LILL-KONSUMATUR

It-test li ġej għandu jkun ipprovdut b'tali mod li jkun viżibbli b'mod ċar (qrib it-tikketta, fejn possibli):

- Dan il-prodott jikkwalifika għall-eko-tikketta, minħabba li hu effiċjenti bl-enerġija u hu ddisinjat biex jiffaċilita t-titjib fil-kwalità', ir-riċiklaġġ u r-rimi mingħajr ħsara lill-ambjent.

- Informazzjoni żejda dwar kif jitnaqqsu l-impatti ambjentali hi mogħtija fil-fuljett ta' istruzzjoni.

--------------------------------------------------