31999D0132



Official Journal L 044 , 18/02/1999 P. 0033 - 0033


Id-Deċizjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Diċembru 1998

li tirrelata dwar il-konkluzjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta' l--Ewropa bil-għan li tistabbilixxi, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat- 2 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija, koperazzjoni mill-qrib bejn iċ-Ċentru u l-Kunsill ta' l-Ewropa.

(1999/132/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill(KE) Nu. 1035/97 [1], u partikolarment l-Artikolu 7(3) tiegħu, flimkien ma' l-Artikolu 228(2), tieni sentenza, u (3), l-ewwel subparagrafu, tat-trattat tat-Trattat tal-KE,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3];

billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta' l-Ewropa bl-iskop li jistabbilixxi, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razzizmu u l-Ksenofobija, koperazzjoni fil-qrib bejn iċ-Ċentru u l-Kunsill ta' Ewropa, għandu jigi approvat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta' l-Ewropa previst bl-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1035/97 għandu jiġi approvat f'isem il-Komunitajiet Ewropej.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat biex jinnomina l-persunal mogħti s-setgħa li jiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità [4].

Artikolu 3

Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, il-21 Diċembru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Bartenstein

[1] ĠU L 151, tal-15.6.1997, p. 1.

[2] ĠU C 171, tal-5.6.1998, p. 10.

[3] ĠU C 359, tat-23.11.1998.

[4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandu jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet ta' l-Ewropa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------