31999D0104



Official Journal L 033 , 06/02/1999 P. 0027 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta’ Jannar 1999

li temenda d-Deċiżjoni 98/83/KE li tagħraf ċerti pajjiżi terzi u ċerti żoni ta’ pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru)

(innotifikata fid-dokument numru C(1999) 121)

(1999/104/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul fil-Komunità ta’ organiżmi perikolużi għall-pjanti jew għall-prodotti mill-pjanti u kontra l-firxa tagħhom ġewwa l-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/2/EC [2], u b’ mod partikolari l-punti 16.2, 16.3 u 16.3(a) tat-Taqsima I tal-Parti A ta’ l-Anness IV ta’ magħha,

Billi l-punti 16.2, 16.3 u 16.3(a) tat-Taqsima I tal-Parti A ta’ l-Anness IV fihom referenza għall-frott taċ-Citrus L., il-Fortunella Swingle, il-Poncirus Raf. u l-ibridi tagħhom, li joriġinaw fil-pajjiżi terzi fejn huma magħrufa li jiġru x-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi taċ-Ċitru), iċ-Ċerkospora angolensis Carv. et Mendes u l-Giugnardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru);

Billi skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoin 98/83/KE [3], kienu magħrufa ċerti pajjiżi terzi bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru), iċ-Cercospora angolensis Carv. et Mendes u l-Guignardia cirticarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru) u ċertu żoni ħielsa minn dawn f’pajjiżi terzi fejn huma magħrufa li jiġru;

Billi s-Servizz ta’ l-Ispezzjon tas-Saħħa ta’ l-Annimali u tal-Pjanti tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ta’ l-Istati Uniti għarraf lill-Kummissjoni illi nkixfet infestazzjoni ġdida tal-Xanthomonas campestris, ir-razez patoġenċi għaċ-Ċitru fil-Kontea Collier, fi Florida; billi għalhekk il-Kontea Collier għandha tiġi kkanċellata miż-żoni magħrufa fi Florida bħala ħielsa mill-Xanthomonas campestris (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru);

Billi, mill-letteratura xjentifika disponibbli reċentement sar jidher ċar illi l-organiżmu Guignardia citricarpa Kiely, ir-razza patoġenika għaċ-Ċitru ġiet irreġistrata fiż-żoni tat-tkabbir taċ-ċitru fl-Argentina u fil-Brażil; billi għalhekk il-pajjiżi msemmija għandhom jiġu kkanċellati mill-lista tal-pajjiżi magħrufa fl-Amerika ta’ Isfel bħala ħielsa mill-Giugnardia citricarpa Kiely (ir-razez kollha patoġeniċi għaċ-Ċitru);

Billi għandu jsir arranġament speċifiku għall-oġġetti fit-transitu li għalihom inħarġet dikjarazzjoni uffiċjali prevista mill-punti 16.1,16.3 u 16.3(a) tat-Taqsima I tal-Parti A ta’ l-Anness IV mad-Direttiva 77/93/KEE skond id-Deċiżjoni 98/83/KE;

Billi l-miżura prevista f’din id-Direttiva hija skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 98/83/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1) Fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 2, it-test "Florida (bl-eċċezzjoni tal-Kontea Dade u l-Kontea Manatee)" jiġi mibdul bit-test "Florida (bl-eċċezzjoni tal-Kontea Collier, il-Kontea Dade u l-Kontea Manatee)".

2) Fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4, it-test "il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Amerika ta’ Fuq, Ċentrali u ta’ Isfel, il-Karibbew u l-Ewropa" jiġi mibdul bi "il-pajjiżi terzi kollha li jkabbru ċ-ċitru fl-Amerika ta’ Fuq, Ċentrali u ta’ Isfel (bl-eċċezzjoni ta’ l-Arġentina u l-Brażil), il-Karibew u l-Ewropa".

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni preżenti ma tapplikax għall-frott taċ-ċitru li għalih kienet ġiet maħruġa d-dikjarazzjoni uffiċjali prevista mill-punti 16.2, 16.3 u 16.3(a) tat-Taqsima I tal-Part A ta’ l-Anness IV mad-Direttiva 77/93/KEE skond id-Deċiżjoni 98/83/KE u li kien esportat qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi ta’ l-oriġini ġew imgħarrfa bid-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Jannar 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[2] ĠU L 15, tal-21.1.1998, p. 34.

[3] ĠU L 15, tal-21.1.1998, p. 41.

--------------------------------------------------