31998R2692



Official Journal L 338 , 15/12/1998 P. 0005 - 0007


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2692/98

ta’ l-14 ta’ Diċembru 1998

li jemenda l-Anness II ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinari fl-ikel li joriġina mill-annimali

(Test b’ rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 għall-istabiliment ta’ proċedura tal-Komunità għall-limiti residwi massimi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2686/98 [2]

u b’ mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan,

Billi, bi qbil ma Regolament (KEE) Nru. 2377/90, limiti residwi massimi jridu jkunu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-amministrazzjoni lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi limiti residwi massimi għandhom ikunu stabbiliti biss wara eżami fil-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna s-sigurta ta’ residwi tas-sustanza konċernata għall-konsumatur ta’ affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’ l-affarijiet ta’ l-ikel.

Billi, fl-istabiliment tal-limiti residwi massimi għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, huwa neċessarju li tkun speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali f’liema residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti ottenuti mill-annimal ittrattat (tessut immirat) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-immonitorjar ta’ residwi (residwu markatur);

Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġislazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti ta’ residwi massimi għandhom ġeneralment ikunu stabbiliti għat-tessuti immirati ta’ fwied jew kliewi; billi, iżda, l-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li fic-ċaqlieq tagħhom fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti ta’ residwi massimi għandhom għalhekk dejjem ikunu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu u xaħam;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmel l-għasel, limiti ta’ residwi massimi jridu jkunu stabbiliti wkoll għall-bajd, ħalib jew għasel;

Billi sulfat tal-magneżju, ribonuklejat tal-magneżju, pidolat tal-magneżju, ossida tal-magneżju, gliċerofosfat tal-magneżju, glukonat tal-magneżju, klorida tal-magneżju u karbonat tal-magneżju għandhom ikunu mdaħħla f’L-Anness II għal Regolament (KEE) Nru. 2377/90;

Billi perijodu ta’ 60 ġurnata għandu jkun permess qabel id- dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kwalunkwe bidla li tista’ tkun neċessarja għall-awtroiżżazzjonijiet biex tippjazza l-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fuq is-suq li ġew mogħtija bi qbil ma Direttiva tal-Kunsill 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata minn Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħdu in konsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Wieqaf dwar Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II għal Regolament (KEE) Nru. 2377/90 huwa minn hawn emendat kif imfassal fl-Anness hawnhekk.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fis-sittin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Diċembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 20.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta' l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness II għal Regolament (KEE) Nru 2377/90 hu emendat kif isegwi:

2. Komposti Organiċi

"Sustanzi farmakoloġikament attivi | L-ispeċi ta' l-annimal | Dispożizzjonijiet oħra |

Dimanganese trioxide | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss |

Karbonat tal-magneżju | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss |

Kloridu tal-magneżju | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss |

Glukonat tal-magneżju | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss |

Gliċerofosfat tal-magneżju | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss |

Ossidu tal-magneżju | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss |

Pidolat tal-magneżju | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss |

Ribonuklejat tal-magneżju | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss |

Sulfat tal-magne | L-ispeċi kollha li jipproducu l-ikel | Għal użu orali biss" |

--------------------------------------------------