31998R2646



Official Journal L 335 , 10/12/1998 P. 0030 - 0032


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2646/98

tad-9 ta' Diċembru 1998

li jiffissa regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2494/95 f'dak li għandu x'jaqsam ma' livelli minimi għat-trattament ta' tariffi fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 2494/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bank Ċentrali Ewropew [2],

Billi, permezz ta' l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) No 2494/95, kull Stat Membru għandu jipproduċi Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (IAPK) li jibda bl-indiċi għal Jannar 1997;

Billi l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru. 2494/95 jitlob li jiġi żgurat li l-formula ta' l-indiċi tat-tip Laspeyres tiġi applikata b'mod konsistenti għas-sub-indiċijiet jew il-kategorija ta' l-ispiża konċernata; billi l-piż tagħhom għandu jirrefletti b'mod xieraq ix-xgħira ta' l-ispiża tal-popolazzjoni ta' l-indiċi;

Billi s-sub-indiċijiet tal-IAPK li jinvolvu prezzijiet ta' tariffi huma, fil-prattika, jew direttament miksuba mingħand min jissupplixxi jew maħduma mill-Istati Membri abbażi ta' informazzjoni dwar prezzijiet ta' tariffi u x-xgħiriet tal-konsum provduti minn min jissupplixxi; billi hemm lok konsiderevoli għad-differenzi proċedurali fil-kostruzzjoni tas-sub-indiċijiet fejn bdil fl-istruttura tat-tariffi jiġu magħmula fl-istess ħin li jsiru bidliet fil-prezz ta' element partikolari sal-punt illi l-konsumaturi jiġu obbligati jagħmlu għażliet ġodda fil-konsum tagħhom; billi hu għalhekk importanti li jiġi żgurat li l-informazzjoni bażika li tkun relevanti tista' tiġi miksuba biex tisgura li l-IAPK li jirriżultaw ma jonqsux milli jissodisfaw ir-rekwiżit tal-komparabiltà fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) No 2494/95;

Peress illi, permezz tal-Artikolu 6 tar-Regolament (EC) Nru 2494/95, l-informazzjoni bażika għall-produzzjoni tal-IAPK li trid tinkiseb mill-istatistika, tikkonsisti f'dawk il-prezzijiet u l-piżijiet li jridu jittieħdu inkonsiderazzjoni biex ikuni jistgħu jiġu komparati;

Peress illi, permezz ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2494/95, l-unitajiet statistiċi msejjħa mill-Istati Membri biex jikkooperaw fil-ġbir jew l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prezzijiet għandhom jiġu obbligati jippermettu li jiġu osservati l-prezzijiet attwalment mitluba u jagħtu informazzjoni onesta u sħiħa fiż-żmien meta tkun mitluba;

Billi permezz ta' l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1749/96 [3], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1688/98 [4], l-IAPK għandhom jiġu maħduma b'mod li jinkludu bdil fil-prezzijiet ta' oġġett jew servizz li jsir rilevanti;

Billi dan ir-regolament ma jitlobx lill-Istati Membri jagħmlu stħarriġ statistiku ġdid;

Billi l-miżuri ta' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programm Statistiku (KPS),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament hu li jistabbilixxi livelli minimi għat-trattament ta "prezzijiet tariffali" fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (IAPK).

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

1. tariffa hija lista ta' prezzijiet u kondizzjonijiet stabbiliti minn qabel għax-xiri u l-konsum ta' l-istess oġġett jew servizz jew ta' oġġetti jew servizzi simili li tkun stabbilita ċentralment minn min jissupplixxi, mill-gvern, jew bi qbil sabiex jiġu nfluwenzati x-xgħiriet tal-konsum permezz ta' prezzijiet differenzjati b'mod xieraq u kondizzjonijiet skond il-karatteristiċi tal-konsumaturi, il-livell, l-istruttura jew iż-żmien tal-konsum. It-tariffi mhumiex negozjabbli ghad-djar;

2. prezz tariffali huwa prezz ġo tariffa li japplika għal komponent jew għal unità tal-konsum ta' l-oġġett jew servizz inkwistjoni.

L-Artikolu 3

Informazzjoni bażika

L-informazzjoni bażika għandha tkun magħmula mill-prezzijiet tariffali u l-piżijiet kollha li jirreflettu l-istruttura tal-konsum ta' l-oġġett jew servizzi skond il-karatteristiċi tal-konsumaturi, il-livell, l-istruttura jew iż-żmien tal-konsum.

L-Artikolu 4

Sorsi ta' dati

1. Is-sub-indiċijiet tal-IAPK li jinvolvu prezzijiet tariffali għandhom jiġu maħduma mill-Istati Membri mill-informazzjoni bażika kif imfissra fl-Artikolu 3, provduta minn min jissupplixxi.

2. L-unitàjiet statistiċi msejħa mill-Istati Membri biex jikkooperaw fil-ġbir jew l-għoti ta' informazzjoni bażika huma obbligati li jagħtu informazzjoni onesta u sħiħa fiż-żmien meta din tiġi mitluba u biex iħallu l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet li huma inkarigati milli jiġbru l-istatistiċi uffiċjali, fuq talba tagħhom stess, jiksbu informazzjoni fil-livell ta' dettal meħtieġ sabiex tiġi meqjusa l-konformità mar-rekwiżiti ta' paragunabilità u l-kwalità tas-sub-indiċijiet tal-IAPK.

L-Artikolu 5

Proċedura

Is-sub-indiċijiet tal-IAPK li jinvolvu prezzijiet ta' tariffi jiġu kkalkolati bl-użu ta' formula li tkun konsistenti mal-formula tat-tip Laspeyres użata għas-sub-indiċijiet l-oħrajn. Huma għandhom jirriflettu l-bdil fil-prezzijiet fuq il-bażi ta' bdil fl-infiq billi jinżamm l-istess mudell ta' konsum magħżul mill-familji qabel il-bdil fit-tariffa. Fejn ikun hemm bdil fit-tariffa u fejn, wara dak il-bdil:

1. komponent jew unità ta' konsum ma jinbidilx fir-rigward tad-deskrizzjoni tiegħu, allura l-prezz ta' dak il-komponent jew unità skond it-tariffa l-qadima u l-ġdida jigi mqabbel direttament u d-differenza fil-prezz tiġi mdaħħhla fl-IAPK;

2. komponent jew unità ta' konsum jinbidel fir-rigward tad-deskrizzjoni tiegħu, jew jiġi miżjud komponent ġdid li mhux oġġett jew servizz għall-konsumatur, allura l-bdil fil-prezz jiġi maħdum permezz ta' piżijiet li jkunu jikkorrispondu ma' l-ispiża biex jinżamm il-mudell ta' konsum applikabbli f'perijodu, sa sena, qabel il-bdil. L-aġġustamenti għall-bdil fid-deskrizzjoni għandhom ikunu konsistenti ma' l-aġġustamenti fil-kwalita' magħmula fir-rigward ta' sub-indiċijiet oħrajn;

3. komponent jew unità ta' konsum b'deskrizzjoni ġdida u distinta li tikkostitwixxi oġġett jew servizz ġdid għall-konsumatur tiġi miżjuda mat-tariffa, għandha tiġi trattata bħala "oġġetti u servizzi li saru sinjifikanti" kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1749/96. Jekk l-ispiża fuq l-oġġett jew servizz il-ġdid hija sinjifikanti, dan għandu jittieħed fl-indiċi billi jitgħaqqad max-xahar meta t-tariffa daħlet fis-seħħ bl-użu ta' stima tal-konsum mistenni fi żmien immedjat jew inkella fi żmien 12-il xahar.

L-Artikolu 6

Paragunabilità

IAPK maħduma skond il-proċedura mfissra fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament jew skond proċeduri oħrajn li ma jirriżultawx f'indiċi illi sistematikament ivarja b'iżjed minn deċimu ta' punt perċentwali bħala medja fuq sena waħda kontra s-sena ta' qabel xħin imqabbel ma' indiċi maħdum skond dawk il-proċeduri, għandu jiġi kunsidrat komparabbli.

Kwalunkwe emendi fil-proċeduri u l-prattika intiżi biex jiżguraw il-paragunabilità għas-sub-indiċijiet kif imfissra f'dan il-paragrafu għandhom jiġu implementati mill-aktar fis wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u mhux aktar tard minn Diċembru 1998 u japplikaw ma' l-indiċi għal Jannar 1999.

L-Artikolu 7

Kontroll fuq il-Kwalità

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kunmissjoni (Eurostat) informazzjoni fuq il-proċeduri żviluppati għat-trattament tal-prezzijiet ta' tariffi fejn dawn il-proċeduri huma differenti minn dawk speċifikati fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, qabel ma jintużaw.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni (Eurostat), fuq it-talba tagħha stess, informazzjoni dwar il-proċeduri użati sabiex tintlaħaq l-eżigenza ta' livelli minimi mwaqqfa f'dan ir-Regolament.

L-Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jkun ġie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault de Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] OJ L 257, tas-27.10.1995, p. 1.

[2] L-opinion mogħtija fit-8 ta' Lulju 1998.

[3] OJ L 229, ta' l-10.9.1996, p. 3.

[4] OJ L 214, tal-31.7.1998, p. 23.

--------------------------------------------------