31998R2623



Official Journal L 329 , 05/12/1998 P. 0017 - 0019


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2623/98

ta’ l-4 ta’ Diċembru 1998

li jemenda r-Regolament (KEC) Nru 1555/96 dwar regoli ta’ applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta’ importazzjoni fuq frott u ħxejjex u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1556/96

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-frott u ħxejjex [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2520/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 31(2) u 33(4) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 [3] jipprovdi għall-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness li jinsab miegħu li jkunu suġġetti għas-sorveljanza; billi dik is-sorveljanza hija bażata fuq il-liċenzi ta’ importazzjoni maħruġa skond l-arranġamenti ntrodotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1556/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2306/98 [5]; billi dawk l-arranġamenti kienu ntrodotti bla ħsara li jistgħu jiġu mibdula bi proċedura rapida u komputerrizata għall-irrekordjar ta’ l-importazzjonijiet meta din ta’ l-aħħar tkun legalment u prattikament imwaqqfa; billi dik il-proċedura ġiet ittestjata b’suċċess;

Billi, għalhekk, l-iskema ta’ sorveljanza fuq l-importazzjoni preskritta fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jippreskrivi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1677/98 [7], għandu jkun eżtis għall-prodotti elenkati fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1555/96; billi biex is-sistema tad-dazji addizzjonali ta’ importazzjoni tkun tista’ titħaddem sew it-tagħrif għandu jkun notifikat lill-Kummissjoni kull ġimgħa; billi, b’żieda, disposizzjonijiet għandhom jiġu addottati li jippermettu lill-Istati membri li jiksbu it-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet ta’ sorveljanza fiż-żmien li l-prodotti in kwistjoni jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni libera skond il-proċeduri ta’ simplifikazzjoni preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93; billi bħala riżultat tas-sistema ta’ sorveljanza ir-Regolament (KE) Nru 1555/96 għandu jiġi aġġustat u r-Regolament (KE) Nru 1556/96 għandu jiġi mħassar b’effett mill-1 Diċembru 1998;

Billi l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura [8] jipprovdu għall-kriterji biex jiġu stabbiliti il-volumi li jiġbdu magħhom dazji addizzjonali; billi l-Artikolu 5(6) ta’ dak il-Ftehim jippermetti għall-perjodi li jġielu l-bidu għandhom jiġu ffissati skond il-karatteristiċi speċifiċi ta’ prodotti li jiskadu jew staġjonali; billi, fl-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji, il-volumi li jdaħħlu fis-seħħ id-dazji addizzjonali għandhom jiġu ffissati kif indikat fl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal- Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa b’dan emendat kif ġej:

1) L-Artikolu 1 qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Id-dazji addizzjonali ta’ importazzjoni li għalihom jirreferi l-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 [9], definit bħala "dazju addizzjonali"; hawn taħt, jista’ jiġi applikat għall-prodotti u matul il-perjodi elenkati fl-Anness hawn meħmuż bil-kondizzjonijiet stipulati hawn taħt.

2. Il-livelli li jqiegħdu fis-seħħ l-applikazzjoni tad-dazji addizzjonali jinsabu elenkati fl-Anness hawn meħmuż.";

2) L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

1. Għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness hawn meħmuż u matul il-perjodi ndikati l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-detalji tal-volumi mqiegħda f’ċirkolazzjoni libera billi jużaw il-metodu għas-sorveljanza fuq importazzjonijiet preferenzjali stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [*] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1..

Dawk in-notifikazzjonijiet għandhom iseħħu mhux aktar tard min-nofsinhar ta’ kull nhar t-Erbgħa għall-volumi mqiegħda f’ċirkolazzjoni libera matul il-ġimgħa ta’ qabel.

2. Dikjarazzjonijiet għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera tal-prodotti koperti bir-Regolament presenti li l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw fuq it-talba ta’ min jagħmel id-dikjarazzjoni mingħajr ma jkun fihom ċerti partikolaritajiet imsemmija fl-Anness 37 li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru) 2454/93 għandu jkun fihom, b’żieda mal-partikolaritahiet imsemmija fl-Artikolu 254 ta’ dak ir-Regolament, indikazzjoni tal-massa netta (kg) tal-prodotti konċernati.

Meta l-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata msemmija fl-Artikolu 260 tar-Regolament (KEE) Nru) 2454/93 tiġi wżata biex jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni libera il-prodotti koperti bir-Regolament presenti, id-dikjarazzjonijiet simplifikati għandu jkun fihom, b’żieda ma’ ħtiġiet oħra, indikazzjoni tal-massa netta (kg) tal-prodotti konċernati.

Meta l-proċedura ta’ rilaxx lokali msemmija fl-Artikolu 263 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tiġi wżata biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni libera il-prodotti koperti bir-Regolament presenti, in-notifikazzjonijiet lill-awtoritajiet doganali msemmijafl-Artikolu 266(1) ta’ dak ir-Regolament, għandu jkun fihom it-tagħrif meħtieġ għall-identifikazzjoni ta’ l-oġġetti, ki ukoll indikazzjoni tal-massa netta (kg) tal-prodotti konċernati.

L-Artikolu 266(2b) m’għandux japplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti koperti bir-Regolament presenti.";

3) L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 3

1. Jekk jinstab illi, għal xi wieħed mill-prodotti jew xi wieħed mill-perjodi elenkati fl-Anness hawn meħmuż, il-kwantità mqiegħda f’ċirkolazzjoni libera tkun teċċedi il-volum korrispondenti li jqiegħed fis-seħħ il-Kummissjoni għandha timponi dazju addizzjonali.

2. Id-dazju addizzjonali għandu jiġi mpost fuq il-kwantitajiet mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-data ta’ l-applikazzjoni ta’ l-imsemmi dazju, iżda:

- il-klassifikazzjoni tagħhom fit-tariffa stabbilita skond l-Artikolu 5 tar-Regolament(KE) Nru 3223/94 tikkirjedi l-applikazzjoni ta’ l-ogħla dazji speċifiċi applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ l-oriġini in kwistjoni,

- l-importazzjoni ssir matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni tad-dazju addizzjonali.";

4) l-Anness huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1556/96 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l- pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Diċembru 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Diċembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 41.

[3] ĠU L 193, tat-3.8.1996, p. 1.

[4] ĠU L 193, tat-3.8.1996, p. 5.

[5] ĠU L 288, tas-27.10.1998, p. 7.

[6] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[7] ĠU L 212, tat-30.7.1998, p. 18.

[8] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 22.

[9] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

“ANNESS

Mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tan-Nomenklaturi Maqgħuda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa li tkun biss indikattiva. L-iskop tad-dazji addizzjonali għall-għanijiet ta’ dan l-Anness huwa stabbilit bl-iskop tal-kodiċi NM kif jeżistu fiż-żmien tal-addozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Meta l-indikazzjoni "ex" tkun tinsab qabel xi kodiċi NM l-iskop tad-dazji addizzjonali għandu jiġi stabbilit kemm bl-iskop tal-kodiċi NM u bil-perjodu korrispondenti ji jitqiegħed fis-seħħ.

Numru tas-serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Perjodu li jġib fis-seħħ | Livell li jġib fis-seħħ(tunellati metriċi) |

78.0015 | ex07020000 | Tadam | —1 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu | 164102 |

78.0020 | | | —1 ta' April sat-30 ta' Settembru | 15622 |

78.0065 | ex07070005 | Ħjar | —1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru | 16028 |

78.0075 | | | —1 ta' Novembru sat-30 ta' April | 3865 |

78.0085 | ex07091000 | Qaqoċċ | —1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju | 1180 |

78.0100 | ex07099070 | Qara bagħli ægħir | —1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru | 45160 |

78.0110 | ex08051010ex08051030ex08051050 | Larinġ | —1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju | 465695 |

78.0120 | ex08052010 | Klementini | —1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar | 218217 |

78.0130 | ex08052030ex08052050ex08052070ex08052090 | Mandarini, nkluża l-mandolina, satsumas, wilkings u ibridi simili taċ-ċitrus | —1 ta' Novembru sa l-aħħar ta' Frar | 114194 |

78.0155 | ex08053010 | Lumi | —1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru | 285329 |

78.0160 | | | —1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju | 24448 |

78.0170 | ex08061010 | Għeneb tal-mejda | —21 ta' Lulju sa l-20 ta' Novembru | 190422 |

78.0180 | ex08081020ex08081050ex08081090 | Tuffieħ | —1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru | 395887 |

78.0190 | | | —1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu | 51279 |

78.0200 | | | —1 ta' April sal-31 ta' Awissu | 575829 |

78.0220 | ex08082050 | Lanġas | —1 ta' Jannar sat-30 ta' April | 155487 |

78.0235 | | | —1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru | 202569 |

78.0250 | ex08081000 | Berquq | — 11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju | 2432 |

78.0260 | ex080920 | Ċirasa | —21 ta' Mejju sa l-10 ta' Awissu | 108193 |

78.0270 | ex080930 | Ħawħ, inkluż nuċiprisk | —11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru | 1166 |

78.0280 | ex08094005 | Għajn baqar | —11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru | 112005 |

"

--------------------------------------------------