31998R2513



Official Journal L 313 , 21/11/1998 P. 0016 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2513/98

ta’ l-20 ta’ Novembru 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1501/95 li jistipula ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar ir-rifużjoni ta’ esportazzjoni ta’ ċereali u l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ ċaqliq fis-suq taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 923/96 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (11) tiegħu,

Billi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2094/98 [4], biex tiġi kalkolata r-rifużjoni ta’ esportazzjoni fuq prodotti pproċessati, il-koeffiċjenti applikabbli ta’ ipproċessar għandhom ikunu magħrufa; billi dawk il-koeffiċjenti huma fil-fatt il-figuri li hemm fl-Anness li jinsab ma’ dak ir-Regolament; billi, minħabba l-progress tekniku fis-settur, il-figuri li hemm għax-xgħir mhux inklajat u dak inklajat huma meħtieġa li jiġu aġġustati; billi r-Regolament (KE) Nru 2094/98 jaġġorna dawk il-koeffiċjenti;

Billi l-koeffiċjenti ġodda huma applikabbli mill-1 ta’ Settembru 1998; billi, iżda, għall-liċenzi ta’ esportazzjoni tax-xgħir użati matul Settembru il-koeffiċjenti validi qabel il-bidla li għaliha jipprovdi dak ir-Regolament tibqa’ tapplika għall-għan tal-kalkolazzjoni taż-żieda ta’ kull xahar;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

‘1300’ u ‘1520’ fl-aħħar kolonna ta’ l-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 1501/95 għal xgħir, mhux inkaljat, riferiti fil-kodiċi CN 11071019 u 11071099 u xgħir, inklajat, riferit fil-kodiċi CN 11072000 huma mibdula bi ‘1270’ u ‘1490’ rispettivament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2094/98 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika b’effett mill-1 ta’ Settembru 1998.

Iżda, għall-liċenzi ta’ esportazzjoni wżati bejn l-1 u t-30 ta’ Settembru 1998, l-ammont taż-żieda ta’ kull xahar għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi tal-koeffiċjenti ta’ ipproċessar validi qabel l-1 ta’ Settembru 1998.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Novembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 26.

[2] ĠU L 126, ta' l-24.5.1996, p. 26.

[3] ĠU L 147, tas-6.30.1995, p. 7.

[4] ĠU L 266, ta’ l-10.1.1998, p. 61.

--------------------------------------------------